Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0091

    Kawża T-91/09 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2009 minn Carina Skareby mis-sentenza mogħtija fil- 15 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/07, Skaraby vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 102, 1.5.2009, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 102/32


    Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 minn Carina Skareby mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-34/07, Skaraby vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-91/09 P)

    2009/C 102/47

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tal-appellanti

    tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli;

    tannulla s-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fil-Kawża F-34/07;

    tilqa’ t-talbiet għal annullament u għal danni ppreżentati mill-appellanti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Diċembru 2008, mogħtija fil-Kawża Skareby vs Il-Kummissjoni, F-34/07, li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu l-appellanti kienet talbet, minn naħa, l-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tagħha għas-sena 2005, u min-naħa l-oħra, id-danni.

    Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni tliet aggravji bbażati fuq żball ta’ klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, ksur tal-Artikolu 5 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u difett fil-motivazzjoni, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata li ma wettqitx l-evalwazzjoni tal-appellanti għall-perijodu bejn Jannar sa Settembru 2005, minkejja li r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tal-appellanti għas-sena 2005 huwa sempliċement, kważi kelma b’kelma, riproduzzjoni kważi-identika tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tal-appellanti għas-sena 2004.


    Top