Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0064

    Kawża T-64/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2009 – Micro Shaping vs UASI (>packaging)

    ĠU C 102, 1.5.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 102/23


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Micro Shaping vs UASI (>packaging)

    (Kawża T-64/09)

    2009/C 102/36

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Micro Shaping Ltd (Worthing, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Franke, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Każ R 1063/2008-1 – dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 006354311 “>packaging”;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “>packaging” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 17 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 354 311)

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv neċessarju u ma jeżisti l-ebda rekwiżit ta’ disponibbiltà, kif ukoll tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top