EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0024(01)

Kawża T-24/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ġunju 2010 — Biocaps vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Eżistenza tad-destinatarju tad-deċiżjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Biocaps vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/09) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Eżistenza tad-destinatarju tad-deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2010/C 221/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biocaps (Orsay, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart van Woerden u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Biocaps għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009.


Top