Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0207

    Kawża T-207/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2011 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NC NICKOL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti NIKE — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 )

    ĠU C 331, 12.11.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 331/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2011 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL)

    (Kawża T-207/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NC NICKOL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti NIKE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94)

    2011/C 331/32

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mustapha El Jirari Bouzekri (Malaga, Spanja) (rappreżentant: E. Ragot, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 554/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożzzjoni bejn Nike International Ltd u Mustapha El Jirari Bouzekri.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 554/2008-2), hija annullata.

    (2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Mustapha El Jirari Bouzekri. Nike International Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


    Top