Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0051

Kawża T-51/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Antiche Terre ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) — Kuntratt għall-proġett ta’ kostruzzjoni f’Umbertide (l-Italja) ta’ impjant tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ teknoloġija ġdida ta’ ħruq tal-biomassa agroforestali — Tibdil sostanzjanali tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Xoljiment — Rimbors tas-somom imħallsa — Interessi” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Antiche Terre

(Kawża T-51/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) - Kuntratt għall-proġett ta’ kostruzzjoni f’Umbertide (l-Italja) ta’ impjant tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ teknoloġija ġdida ta’ ħruq tal-biomassa agroforestali - Tibdil sostanzjanali tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Xoljiment - Rimbors tas-somom imħallsa - Interessi)

2010/C 221/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn A. dal Ferro, avukat)

Konvenuti: Antiche Terre Soc. coop. rl Società Agricola Cooperativa (Arezzo, l-Italja) (rappreżentanti: L. Defalque u P. Van Leynseele, avukati)

Suġġett

Rikors ppreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Antiche Terre tiġi kkundannata għar-rimbors tas-somom imħallsa mill-Komunità Ewropea b’implementazzjoni tal-kuntratt BM/188/96, tat-23 ta’ Diċembru 1996, konkluż ma’ tliet kumpanniji, fosthom Antiche Terre, fil-kuntest tal-programm Thermie.

Dispożittiv

(1)

Antiche Terre Soc. coop. Rl Soċietà Cooperativa hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 479 332,40 miżjuda bl-interessi skont ir-rata legali Taljana, ikkalkolati skond ir-rati fis-seħħ mil-4 ta’ Jannar 2004 u sal-jum tal-ħlas kollu tad-dejn, wara tnaqqqis tas-somma ta’ EUR 461 979 irkuprata mill-Kummissjoni wara l-ħlas, fil-25 ta’ Jannar 2005 lilha, tal-garanzija bankarja li l-Kummissjoni kienet il-benefiċjarja tagħha.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Antiche Terre hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


Top