Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0080

    Kawża F-80/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2009 — Lenz vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/66


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2009 — Lenz vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-80/09)

    2009/C 282/127

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Erika Lenz (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Römer u V. Lenz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2009, li ma jiġux rimborsati l-ispejjeż marbuta mat-trattament mediku li r-rikorrenti rċeviet minn “Heilpraktiker”.

    Talbiet tal-partijiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-4 ta’ Mejju 2009, fil-forma tad-deċiżjoni dwar l-ilment tat-8 ta’ Lulju 2009 u tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors ta’ 85 % tal-ispejjeż tal-“Heilpraktiker”, li jammontaw għal EUR 297, u għalhekk għar-rimbors ta’ EUR 253,

    tiddikjara li l-konvenuta għandha tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż mediċi kollha sostnuti mill-1 ta’ April 2009 bħala ħlasijiet pagabbli lil “Heilpratiker”,

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża u d-drittijiet tal-avukat tar-rikorrenti fil-kawża u qabel il-kawża.


    Top