Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0346

    Kawża C-346/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ‘s-Gravenhage (L-Olanda) fit- 28 ta’ Awissu 2009 — Staat der Nederlanden vs Denkavit Nederland BV et

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ‘s-Gravenhage (L-Olanda) fit-28 ta’ Awissu 2009 — Staat der Nederlanden vs Denkavit Nederland BV et

    (Kawża C-346/09)

    2009/C 282/44

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Gerechtshof ‘s-Gravenhage.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent

    :

    Staat der Nederlanden

    Konvenuti

    :

     

    Denkavit Nederland BV

     

    Cehave Landbouwbelang Voeder BV

     

    Arie Blok BV

     

    Internationale Handelsmaatschappij “Demeter” BV

    Domandi preliminari

    Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari, id-Direttiva 90/425/KEE (1), id-Deċiżjoni 94/381/KE (2) u d-Deċiżjoni 2000/766/KE (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2 tal-leġiżlazzjoni provviżorja li, għall-finijiet ta’ protezzjoni kontra l-ESB, tipprojbixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proteini mill-annimali pproċessati, intiżi għall-għalf tal-annimali tat-trobbija, hija kompatibbli ma’ dawn id-dipożizzjonijiet meta tali miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni

    daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2000 (u għaldaqstant, qabel id-Deċiżjoni 2007/766/KE) u

    kienet tapplika wkoll temporanjament (sad-Deċiżjoni 2001/9/KE (4) tad-29 ta’ Diċembru 2000) għall-ħut imqadded mitħun (fishmeal) u l-fosfat tad-dikalċju?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE,tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, p. 29).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/381/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1994, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni relattivi għall-enċefalopatija sponġiformi bovina u għall-għalf abbażi ta’ proteini li ġejjin minn mammiferi (ĠU L 172, p. 23).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali (ĠU L 306, p. 32).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/9/KE, tad-29 ta’ Diċembru 2000, dwar miżuri għall-monitoraġġ meħtieġ għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali (ĠU L 2, p. 32)


    Top