This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0086
Case C-86/09: Reference for a preliminary ruling from VAT and Duties Tribunal, Manchester (United Kingdom) made on 27 February 2009 — Future Health Technologies Ltd v Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
Kawża C-86/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fis- 27 ta’ Frar 2009 – Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Kawża C-86/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fis- 27 ta’ Frar 2009 – Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
ĠU C 102, 1.5.2009, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Frar 2009 – Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-86/09)
2009/C 102/27
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, Manchester
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Future Health Technologies Ltd
Konvenuta: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Domandi preliminari
1) |
F’ċirkustanzi fejn Stat Membru jaċċetta li servizzi huma mwettqa minn stabbiliment li għandu jkun ikkunsidrat bħala stabbiliment debitament rikonoxxut ta’ natura simili għal sptar jew ċentru għat-trattament mediku jew dijanjosi skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1), l-espressjoni “sptar u kura medika” fl-Artikolu 132(1)(b) għandha tkun interpretata bħala li tinkludi s-servizzi kollha jew, inkella, servizz wieħed jew iktar (u f’dan il-każ liema) li għandhom is-segwenti deskrizzjonijiet (kif deskritti f’iktar dettall fid-dikjarazzjoni stabbilita tal-fatti):
|
2) |
Sussidjarjament, il-kunċett ta’ attivitajiet li huma “relatati mill-viċin” għal sptar u kura medika fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali tal-VAT għandu jkun interpretat b’mod li jinkludi s-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq jew xi wħud minnhom (u f’dan il-każ liema)? |
3) |
F’ċirkustanzi fejn Stat Membru jaċċetta li l-imsemmija servizzi huma mwettqa minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist mediku kkwalifikat kif xieraq wieħed jew iktar, l-espressjoni l-espressjoni “il-provvediment [provvista] ta’ kura medika” fl-Artikolu 132(1)(ċ) għandha tkun interpretata b’mod li tinkludi is-servizzi kollha jew, inkella, servizz wieħed jew iktar (u f’dan il-każ liema) li għandhom is-segwenti deskrizzjonijiet (kif deskritti f’iktar dettall fid-dikjarazzjoni stabbilita tal-fatti):
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).