Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0169

Kawża C-169/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Rekwiżiti fil-qasam tal-eko-disinn applikabbli għal prodotti li jużaw l-enerġija — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-169/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Rekwiżiti fil-qasam tal-eko-disinn applikabbli għal prodotti li jużaw l-enerġija - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 221/21

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Schønberg u M. Karanasou Apostolopoulou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (ĠU L 191, p. 29)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


Top