EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0100

Kawża C-100/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 1 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/14/KE — Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva2004/109/KE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 282, 21.11.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-100/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/14/KE - Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva2004/109/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 282/31

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Jelínek u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE, tat-8 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (ĠU L 69, p.27)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE, tat-8 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009


Top