EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0098

Kawża C-98/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trani — l-Italja) — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss — Klawżola 8 — Indikazzjonijiet li għandhom jissemmew f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss konkluż bil-għan li jiġi ssostitwit ħaddiem assenti — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema — Interpretazzjoni konformi)

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trani — l-Italja) — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-98/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss - Klawżola 8 - Indikazzjonijiet li għandhom jissemmew f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss konkluż bil-għan li jiġi ssostitwit ħaddiem assenti - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema - Interpretazzjoni konformi)

2010/C 221/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesca Sorge

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Trani — Interpretazzjoni tal-Klawżola 8 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-iffirmar ta’ kuntratt ta’ sostituzzjoni għal perijodu determinat, ma tipprevedix l-ispeċifikazzjoni tal-ismijiet tal-persuni ssostitwiti u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-Klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu [żmien] fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, u li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li neħħiet l-obbligu li min iħaddem jispeċifika, fil-kuntratti għal perijodu determinat li għandhom l-għan li jissostitwixxu ħaddiema assenti l-ismijiet ta’ dawn il-ħaddiema u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tagħhom, u li tipprevedi biss li tali kuntratti għal perijodu determinat għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jindikaw ir-raġunijiet li għalihom intużaw dawn il-kuntratti, sa fejn dawn il-kundizzjonijiet il-ġodda huma mpaċjija bl-adozzjoni ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni jew jaffettwaw biss kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss, fatt li għandha tivverifikah l-imsemmija qorti tar-rinviju.

(2)

Peress li l-Klawżola 8(3) ta’ dan il-ftehim qafas ma għandhiex effett dirett, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju jkollha tikkonstata li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, hija ma għandhiex twarrab l-applikazzjoni tagħha, imma għandha tagħtiha sa fejn ikun possibbli, intepretazzjoni konformi mad-Direttiva 1999/70 u mal-għan finali li dan il-ftehim qafas irid jilħaq.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


Top