EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0075

Kawża C-75/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria ( “Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 221(3) u (4) — Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali — Preskrizzjoni — Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

(Kawża C-75/09) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 221(3) u (4) - Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali - Preskrizzjoni - Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali)

2010/C 221/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agra Srl

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Irkupru tal-ammont tad-dejn doganali — Skadenza tat-terminu għall-komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprati fil-każ ta’ dejn li jirriżulta minn att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għas-sospensjoni tal-imsemmi terminu sakemm id-deċiżjoni mogħtija fl-għeluq ta’ proċeduri kriminali mressqa minħabba l-att li jkun irriżulta fid-dejn doganali ssir res judicata.

Dispożittiv

L-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 Novembru 2000, għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, meta nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn doganali li għandu bħala l-oriġini tiegħu ksur penali, it-terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn doganali jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d deċiżjoni jew is-sentenza mogħtija wara t-tmiem ta’ proċeduri kriminali saret definittiva.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


Top