Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0051

Kawża C-51/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Ġunju 2010 — Barbara Becker vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ( “Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark verbali Barbara Becker — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali BECKER u BECKER ONLINE PRO — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali fuq il-livelli kunċettwali” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Barbara Becker vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-51/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali Barbara Becker - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali BECKER u BECKER ONLINE PRO - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali fuq il-livelli kunċettwali)

2010/C 221/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Barbara Becker (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Appellati: Harman International Industries Inc. (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (l-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008, Harman International Industries vs OHMI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni R 502/2006-1 tal-Ewwel Bord ta’ Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tas-7 ta’ Marzu 2007, li tannulla d-deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Barbara Becker”, għall-prodotti fil-klassi 9, fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula minn Harman International Industries, Inc.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Diċembru 2008, Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), hija annullata.

(2)

Il-kawża ġiet irrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


Top