EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0037

Kawża C-37/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Ġestjoni tal-iskart mormi illegalment — Direttiva 2006/12/KE — Direttiva 80/68/KEE)

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-37/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Ġestjoni tal-iskart mormi illegalment - Direttiva 2006/12/KE - Direttiva 80/68/KEE)

2010/C 221/14

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-B. Laignelot, S. Pardo Quintillán u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. J. Lois u P. Lopes, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9), li kkodifikat id-Direttiva 75/442/KEE, dwar l-iskart, u tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE, tas-17 ta’ Diċembru 1979, dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 43) — Rimi ta’ skart f’barrieri li ma kinux qed jintużaw iżjed — Barrieri “dos Limas, dos Linos u dos Barreiras” [Lourosa] — Nuqqas ta’ kontroll

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji fil-kuntest tal-ġestjoni tal-iskart mormi illegalment fil-barrieri qodma “dos Limas” u “dos Linos”, li jinsabu fil-komun ta’ Lourosa, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha rispettivament skont l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart, li kkodifikat id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, u tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE, tas-17 ta’ Diċembru 1979, dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, iż-żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


Top