EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0008

Kawża C-8/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 24 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/17/KE — Rekwiżiti tekniċi relatati mad-donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 282, 21.11.2009, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-8/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/17/KE - Rekwiżiti tekniċi relatati mad-donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 282/29

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju [rappreżentant: D. Haven, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta’ Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mad- donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem (ĠU L 38, p. 40)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta’ Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mad-donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem, u f’kull każ, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


Top