Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0515(01)

Kawża T-515/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratt qafas multiplu ‘Commission 2007’ — Reklutaġġ ta’ esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi — Kompiti ta’ kompetenza — Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ ġranet fatturabbli pprovduti — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/08) (1)

(Kuntratt qafas multiplu ‘Commission 2007’ - Reklutaġġ ta’ esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi - Kompiti ta’ kompetenza - Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ ġranet fatturabbli pprovduti - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2010/C 221/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Volker Mauerhofer (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Schartmüller, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Boelaert, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li temenda l-kuntratt speċifiku 2007/146271, konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur ewlieni responsabbli mill-proġett “Value Chain Mapping Analysis”) imwettaq fil-Bożnija u l-Ħerżegovina, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol maħduma mir-rikorrent, abbażi tal-kuntratt li jorbtu mal-imsemmi kuntrattur ewlieni, li dan tal-aħħar seta jiffattura lill-Kummissjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Volker Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


Top