Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0557

    Kawża T-557/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Lulju 2010 — mPAY24 vs UASI — Ultra (M PAY) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M PAY — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti MPAY24 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 221, 14.8.2010, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — mPAY24 vs UASI — Ultra (M PAY)

    (Kawża T-557/08) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M PAY - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti MPAY24 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2010/C 221/66

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H-G. Zeiner, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, Slovenja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 221/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn mPAY24 GmbH u Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 221/2007 1), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-oppożizzjoni magħmula minn PAY24 GmbH.

    (2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top