EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0479

Kawża T-479/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Settembru 2011 — adidas vs UASI — Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna b’żewġ strixxi) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żarbuna b’żewġ strixxi fil-ġenb — Trade mark nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi fil-ġenb — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni ta’ dritt preċedenti — Nuqqas ta’ traduzzjoni ta’ elementi essenziali li jiġġustifikaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti — Regola 16(3), Regola 17(2) u Regola 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95 )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2011 — adidas vs UASI — Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna b’żewġ strixxi)

(Kawża T-479/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żarbuna b’żewġ strixxi fil-ġenb - Trade mark nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi fil-ġenb - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni ta’ dritt preċedenti - Nuqqas ta’ traduzzjoni ta’ elementi essenziali li jiġġustifikaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Regola 16(3), Regola 17(2) u Regola 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95)

2011/C 331/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, avukati u I. Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: J. Løje u T. Meedom, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 849/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Patrick Holding ApS.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

adidas AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


Top