Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0102

    Kawża T-102/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 6 ta’ Ottubru 2009 — Sundholm vs Il-Kummissjoni ( Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera b'eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 — Assenzi ġustifikati — Obbligu ta’ motivazzjoni )

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/43


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Sundholm vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-102/08 P) (1)

    (“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera b'eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 - Assenzi ġustifikati - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    2009/C 282/82

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007, Sundholm vs Il-Kummissjoni, (F-27/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007, Sundholm vs Il-Kummissjoni, (F-27/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

    (2)

    Id-deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2006, li permezz taghħa l-evalwatur tal-appell adotta r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ Asa Sundholm għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002, hija annullata.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza huwa miċħud.

    (4)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll dawk tal-istanza preżenti.


    (1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


    Top