Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0483

    Kawża C-483/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance ta’ Mons — Il-Belġju) — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État belge — SPF Finances (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Is-Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 10(1) u (2) — Irkupru tat-taxxa mnaqqsa b’mod żbaljat — Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni)

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/18


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance ta’ Mons — Il-Belġju) — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État belge — SPF Finances

    (Kawża C-483/08) (1)

    (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 10(1) u (2) - Irkupru tat-taxxa mnaqqsa b’mod żbaljat - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni)

    2009/C 282/34

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Mons

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

    Konvenut: État belge — SPF Finances

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Mons — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Kunċetti ta’ “fatt taxxabbli” u “intaxxar” — Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċeduri għall-irkupru tat-taxxa — Jum tal-ħruġ tal-fattura jew jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni li biha l-persuna taxxabbli tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa?

    Dispożittiv

    L-Artikolu 10 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 145, p. 1): bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali u prattika amministrattiva nazzjonali li jistabbilixxu l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ prekrizzjoni tal-proċeduri għall-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud imnaqqsa b’mod żbaljat fil-jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni li biha l-persuna taxxabbli invokat għall-ewwel darba d-dritt tagħha għal tnaqqis.


    (1)  ĠU C 19, 24.01.2009


    Top