EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0386

Kawża C-386/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Firma brita GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen ( Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Iżrael — Kamp ta’ applikazzjoni territorjali — Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-PLO — Rifjut ta’ applikazzjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali applikat favur prodotti li joriġinaw minn Iżrael għall-prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent — Dubji fir-rigward tal-oriġini tal-prodotti — Esportatur approvat — Verifika a posteriori tad-dikjarazzjonijiet fuq il-fattura mill-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni — Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq il-liġi tat-Trattati — Prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati )

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Firma brita GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-386/08) (1)

(“Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Iżrael - Kamp ta’ applikazzjoni territorjali - Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-PLO - Rifjut ta’ applikazzjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali applikat favur prodotti li joriġinaw minn Iżrael għall-prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent - Dubji fir-rigward tal-oriġini tal-prodotti - Esportatur approvat - Verifika a posteriori tad-dikjarazzjonijiet fuq il-fattura mill-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni - Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq il-liġi tat-Trattati - Prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati”)

2010/C 100/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Brita GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti l-oħra, iffirmat fi Brussell, fl-20 ta’ Novembru 1995 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Vol. 55, p. 167), u b’mod partikolari tal-Artikoli 32 u 33 tal-Protokoll Nru 4 ta’ dan il-ftehim, kif ukoll il-Ftehim ta’ assoċjazzjoni interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta’ Gaża, minn naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell, fl-24 ta’ Frar 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Vol. 26, p. 124) — Rifjut tal-applikazzjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali applikat favur prodotti li joriġinaw minn Iżrael għall-prodotti li joriġinaw minn kolonji ta’ popolament Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent — Setgħa tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ importazzjoni li jikkontrollaw a posteriori ċ-ċertifikati ta’ oriġini fin-nuqqas ta’ dubji fir-rigward tal-oriġini tal-prodotti inkwistjoni minbarra dawk li jirriżultaw minn interpretazzjoni diverġenti, bejn il-partijiet għall-Ftehim ta’ assoċjazzjoni KEE-Iżrael, tal-kunċett ta’ “territorju tal-Istat ta’ Iżrael” u sakemm ma jkunx sar rikors preċedenti f’dan is-sens, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett, għall-proċedura ta’ soluzzjoni ta’ disputi prevista fl-Artikolu 33 tal-Protokoll Nru 4 ta’dan il-ftehim.

Dispożittiv

(1)

L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru ta’ importazzjoni jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-benefiċċju ta’ trattament preferenzjali stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, mill-parti l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-20 ta’ Novembru 1995, peress li l-prodotti kkonċernati joriġinaw mix-Xatt tal-Punent. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru ta’ importazzjoni ma jistgħux jgħaddu għal klassifikazzjonijiet konkorrenti filwaqt li jħallu miftuħa l-kwistjoni dwar liema fost il-ftehim inkwistjoni, jiġifieri l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, mill-parti l-oħra, u l-Ftehim ta’ assoċjazzjoni interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta’ Gaża, minn naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Frar 1997, japplika fil-każ inkwistjoni u jekk il-prova tal-oriġini għandhiex tinħareġ mill-awtoritajiet Iżraeljani jew mill-awtoritajiet Palestinjani.

(2)

Fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 32 tal-Protokoll 4 anness mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni mhumiex marbuta bil-prova tal-oriġini prodotta u bir-risposta tal-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni meta l-imsemmija risposta ma jkunx fiha informazzjoni suffiċjenti skont l-Artikolu 32(6) ta’ dan il-protokoll, sabiex tiġi ddeterminata l-oriġini reali tal-prodotti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni ma għandhomx l-obbligu li jressqu quddiem il-Kumitat ta’ Koperazzjoni Doganali stabbilit bl-Artikolu 39 tal-imsemmi protokoll kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-imsemmi ftehim.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


Top