This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0338
Joined Cases C-338/08 and C-339/08: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 24 June 2010 (references for preliminary rulings from the Commissione tributaria regionale di Torino — Italy) — P. Ferrero e C. SpA v Agenzia delle Entrate — Ufficio di Alba (C-338/08), General Beverage Europe BV v Agenzia delle Entrate — Ufficio di Torino 1 (C-339/08) (Reference for a preliminary ruling — Directive 90/435/EEC — Concept of withholding tax — Application of a levy of 5 % at the time of distribution of dividends and of the ‘refund of the adjustment surtax’ by an Italian subsidiary to its parent company established in the Netherlands, pursuant to a bilateral convention)
Kawżi magħquda C-338/08 u C-339/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Torino — l-Italja) — P. Ferrero E C. SPA vs Agenzia delle Enrate — Ufficio Alba (C-338/08), General Beverage Europe BV vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Torino 1(C-339/08) ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 90/435/KEE — Kunċett ta’ ‘taxxa mnaqqsa (taxxa f’ras il-għajn)’ — Applikazzjoni ta’ taxxa ta’ 5 % matul it-tqassim ta’ dividendi u ta’ ‘rimbors taż-żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà’ ta’ sussidjarja Taljana lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ftehim bilaterali” )
Kawżi magħquda C-338/08 u C-339/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Torino — l-Italja) — P. Ferrero E C. SPA vs Agenzia delle Enrate — Ufficio Alba (C-338/08), General Beverage Europe BV vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Torino 1(C-339/08) ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 90/435/KEE — Kunċett ta’ ‘taxxa mnaqqsa (taxxa f’ras il-għajn)’ — Applikazzjoni ta’ taxxa ta’ 5 % matul it-tqassim ta’ dividendi u ta’ ‘rimbors taż-żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà’ ta’ sussidjarja Taljana lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ftehim bilaterali” )
ĠU C 221, 14.8.2010, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Torino — l-Italja) — P. Ferrero E C. SPA vs Agenzia delle Enrate — Ufficio Alba (C-338/08), General Beverage Europe BV vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Torino 1(C-339/08)
(Kawżi magħquda C-338/08 u C-339/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 90/435/KEE - Kunċett ta’ ‘taxxa mnaqqsa (taxxa f’ras il-għajn)’ - Applikazzjoni ta’ taxxa ta’ 5 % matul it-tqassim ta’ dividendi u ta’ ‘rimbors taż-żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà’ ta’ sussidjarja Taljana lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ftehim bilaterali)
2010/C 221/05
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P. Ferrero E C. SPA (C-338/08), General Beverage Europe BV (C-339/08)
Konvenut: Agenzia delle Entrate — Ufficio Alba (C-338/08), Agenzia delle Enrate — Ufficio di Torino 1 (C-339/08),
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Regionale Torino — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1) u 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147) — Kunċett ta’ taxxa f’ras il-għajn — Kumpannija parent fil-Pajjiżi l-Baxxi li tirċievi dividendi mis-sussidjarja tagħha fl-Italja suġġetti għal taxxa ta’ 5 % skont l-Artikolu 10(2) tal-Ftehim bejn l-Italja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar ħelsien minn taxxa doppja fuq id-dividendi — Tnaqqis applikat fuq is-somom imħallsa bħala “żieda ta’ taxxa abbażi tal eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà” [li fl-Italja hija magħrufa bħala “maggiorazione di conguaglio”], prevista mill-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni
Dispożittiv
(1) |
Bla ħsara, b’mod partikolari, għal-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel, skont it-termini esposti fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, tan-natura tar-“rimbors” taż-“żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà”, inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li kumpannija Taljana għamlet favur kumpannija Olandiża, skont l-Artikolu 10(3) tal-ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, dwar ħelsien minn taxxa doppja fil-qasam ta’ taxxi fuq id-dħul u fuq il-patrimonju u l-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali, flimkien ma’ Protokoll Addizjonali, konkluż f’Den Haag fit-8 ta’ Mejju 1990, għandu jiġi kkunsidrat li, sa fejn tapplika għall-imsemmi rimbors, taxxa bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, ma tikkostitwixxix taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mqassma li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, fil-verżjoni tagħha li kienet fis-seħħ meta ġraw il-fatti tal-kawżi prinċipali. Madankollu, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju tqis li l-imsemmi “rimbors” ta’ din iż-“żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà” ma għandux natura fiskali, taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, tikkostitwixxi taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mqassma li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435. |
(2) |
Jekk il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li t-taxxa inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hija taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mqassma, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435, fil-verżjoni tagħha li kienet fis-seħħ meta ġraw il-fatti tal-kawżi prinċipali, din it-taxxa tista’ tiġi kkunsidrata li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tal-imsemmija Direttiva 90/435 biss jekk, minn naħa, l-imsemmi ftehim jipprovdi dispożizzjonijiet intiżi li jeliminaw jew inaqqsu t-taxxa doppja ekonomika fuq it-tqassim ta’ dividendi u jekk, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-imsemmija taxxa ma teliminax l-effetti tagħha, ċirkustanza li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju. |