This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0267
Case C-267/08: Judgment of the Court (Second Chamber) of 6 October 2009 (reference for a preliminary ruling from the Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt (Austria)) — SPÖ Landesorganisation Kärnten v Finanzamt Klagenfurt (VAT — Entitlement to deduct input tax — Concept of economic activities — Regional groups of a political party — Advertising activities benefiting the party’s local groups — Expenditure relating to those activities exceeding income)
Kawża C-267/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt — L-Awstrija) — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt (VAT — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kunċett ta’ attivitajiet ekonomiċi — Organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku — Attivitajiet ta’ pubbliċità li minnhom jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet lokali tal-partit — Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jeċċedu d-dħul)
Kawża C-267/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt — L-Awstrija) — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt (VAT — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kunċett ta’ attivitajiet ekonomiċi — Organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku — Attivitajiet ta’ pubbliċità li minnhom jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet lokali tal-partit — Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jeċċedu d-dħul)
ĠU C 282, 21.11.2009, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt — L-Awstrija) — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt
(Kawża C-267/08) (1)
(VAT - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kunċett ta’ “attivitajiet ekonomiċi” - Organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku - Attivitajiet ta’ pubbliċità li minnhom jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet lokali tal-partit - Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jeċċedu d-dħul)
2009/C 282/21
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SPÖ Landesorganisation Kärnten
Konvenuta: Finanzamt Klagenfurt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Kunċett ta’ “attività ekonomika” — Organizzazzjoni, mill-organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku, ta’ attivitajiet publiċitarji favur organizzazzjonijiet lokali tal-imsemmi partit, fil-forma ta’ manifestazzjonijiet, produzzjoni u kunsinna ta’ materjal pubbliċitarju u organizzazzjoni ta’ ballu annwali — Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jaqbżu, b’mod kunsiderevoli, id-dħul provenjenti mill-addebitu ta’ wħud minn dawn l-attivitajiet lil organizzazzjonijiet lokali kif ukoll mill-bejgħ tal-biljetti tal-ballu
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li attivitajiet ta’ pubbliċità esterna mwettqa minn sezzjoni ta’ partit politiku ta’ Stat Membru ma jistgħux jitqiesu li huma attività ekonomika.