Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0103

    Kawża C-103/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg — L-Awstrija) — Arthur Gottwald vs Bezirkshauptmannschaft Bregenz (Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 12 KE — Għoti lill-persuni b’diżabbiltà ta’ disk tal-pedaġġ kull sena mingħajr ħlas — Dispożizzjonijiet li jillimitaw l-għoti ta’ tali disk tal-pedaġġ lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju nazzjonali)

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg — L-Awstrija) — Arthur Gottwald vs Bezirkshauptmannschaft Bregenz

    (Kawża C-103/08) (1)

    (Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 12 KE - Għoti lill-persuni b’diżabbiltà ta’ disk tal-pedaġġ kull sena mingħajr ħlas - Dispożizzjonijiet li jillimitaw l-għoti ta’ tali disk tal-pedaġġ lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju nazzjonali)

    2009/C 282/13

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Arthur Gottwald

    Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Bregenz

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tat-Trattat KE — Diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-benefiċċju ta’ disk tal-pedaġġ mingħajr ħlas mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà unikament għal persuni residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju nazzjonali

    Dispożittiv

    L-Artikolu 12 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjoanli, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-għoti mingħajr ħlas u kull sena ta’ disk tal-pedaġġ lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, inklużi anki dawk il-persuni li jmorru f’dan l-Istat regolarment għal raġunijiet professjonali jew personali.


    (1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


    Top