Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0342

Kawża T-342/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Lulju 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Trasport bl-ajru — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Valutazzjoni tal-effetti ta’ konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni — Ostakoli għad-dħul — Effiċjenzi — Impenji” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/07) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Trasport bl-ajru - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Valutazzjoni tal-effetti ta’ konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Ostakoli għad-dħul - Effiċjenzi - Impenji)

2010/C 221/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Holdings plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy u D. Hull, solicitors, u G. Berrisch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aer Lingus Group plc (Dublin) (rappreżentanti: inizzjalment A. Burnside, solicitor, B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati, sussegwentement minn A. Burnside u B. van de Walle de Ghelcke); u l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan u J. Buttimore, aġenti, assistiti minn M. Cush, D. Barniville u N. Travers, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3104, tas-27 ta’ Ġunju 2007, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ryanair Holdings plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Aer Lingus Group plc.

(3)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top