EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0556

Kawża C-556/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika komuni tas-sajd — Regolament (KE) Nru 894/97 — Għeżul tal-mitlaq — Kunċett — Xibka tas-sajd magħrufa bħala tunnara — Projbizzjoni tas-sajd ta’ ċerti speċi — Regolament (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 2371/2002 — Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni)

ĠU C 102, 1.5.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-556/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 894/97 - Għeżul tal-mitlaq - Kunċett - Xibka tas-sajd magħrufa bħala “tunnara” - Projbizzjoni tas-sajd ta’ ċerti speċi - Regolament (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 2371/2002 - Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni)

2009/C 102/11

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Nolin, M. Van Heezik u T van Rijn, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. During, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Politika komuni tas-sajd – Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU L 261, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd – Approvazzjoni tat-tunnara mill-awtoritajiet nazzjonali minkejja l-projbizzjoni Komunitarja tal-għeżula tal-mitlaq ta’ tul superjuri jew ugwali għal 2.5 km – Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva bil-għan li tiġi osservata din il-projbizzjoni

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tikkontrolla, tispezzjoni u tissorvelja b’mod sodisfaċenti l-attività tas-sajd fir-rigward tal-projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq għall-qbid ta’ ċerti speċi u billi ma ħaditx ħsieb li jittieħdu miżuri xierqa kontra l-persuni responsabbli għall-ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-użu tal-għeżul tal-mitlaq, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2846/98, tas-17 ta’ Diċembru 1998, kif ukoll tal-Artikoli 23(1) u (2), 24 u 25(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


Top