Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0438

    Kawża C-438/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Isvezja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Nuqqas li jordna trattament iktar rigoruż tan-nitroġenu fl-impjanti kollha ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10000 )

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Isvezja

    (Kawża C-438/07) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Nuqqas li jordna trattament iktar rigoruż tan-nitroġenu fl-impjanti kollha ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10000”)

    2009/C 282/06

    Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen, L. Parpala, M. Patakia u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u A. Guimaraes-Purokoski, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, p.40), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE, tas-27 ta’ Frar 1998 (ĠU L 67, p.29) — Nuqqas li jiżgura li l-iskariki kollha tal-impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000, li jintremew f’żoni sensittivi jew fil-żoni li fihom jinġabar l-ilma li jispiċċa f’dawn iż-żoni sensittivi, jissodisfaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998, ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE.

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma żgurax, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998, li l-iskariki kollha tal-impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000 elenkati fl-Annessi 2 u 3 tar-risposta tiegħu, kif emendati bir-replika tiegħu, li jidħlu direttament fiż-żoni sensittivi jew fiż-żoni li fihom jinġabar l-ilma li jispiċċa f’dawn iż-żoni sensittivi, jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE, tas-27 ta’ Frar 1998, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(2), (3) u (5) tal-imsemmija direttiva.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 283 24.11.2007


    Top