This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0396
Case C-396/07: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 27 November 2008 (reference for a preliminary ruling from the Korkein oikeus — Finland) — Mirja Juuri v Fazer Amica Oy (Social policy — Directive 2001/23/EC — Safeguarding of employees' rights — Transfer of undertakings — Article 4(2) — Substantial change in working conditions involved by a transfer — Collective agreement — Termination of the contract of employment by the employee — Termination for which the employer is regarded as responsible — Consequences — Financial compensation for which the employer is liable)
Kawża C-396/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema — Trasferiment ta' impriżi — Artikolu 4(2) — Bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol f'każ ta' trasferiment — Ftehim kollettiv — Tmiem tal-kuntratt tax-xogħol mill-ħaddiem — Tmiem ikkunsidrat bħala responsabbiltà ta' min iħaddem — Konsegwenzi — Kumpens għad-danni mingħand min iħaddem)
Kawża C-396/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema — Trasferiment ta' impriżi — Artikolu 4(2) — Bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol f'każ ta' trasferiment — Ftehim kollettiv — Tmiem tal-kuntratt tax-xogħol mill-ħaddiem — Tmiem ikkunsidrat bħala responsabbiltà ta' min iħaddem — Konsegwenzi — Kumpens għad-danni mingħand min iħaddem)
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy
(Kawża C-396/07) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema - Trasferiment ta' impriżi - Artikolu 4(2) - Bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol f'każ ta' trasferiment - Ftehim kollettiv - Tmiem tal-kuntratt tax-xogħol mill-ħaddiem - Tmiem ikkunsidrat bħala responsabbiltà ta' min iħaddem - Konsegwenzi - Kumpens għad-danni mingħand min iħaddem)
(2009/C 19/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mirja Juuri
Konvenuta: Fazer Amica Oy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Responsabbiltà ta' min iħaddem fil-konfront ta' ħaddiem li jirċievi l-paga mingħandu li temm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu stess wara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu marru sostanzjalment għall-agħar minħabba trasferiment ta' impriżi li kellu bħala effett l-applikazzjoni ta' ftehim kollettiv ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi ta' tmiem ta' kuntratt tax-xogħol jew ta' relazzjoni ta' xogħol fejn jiltaqgħu l-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u indipendentement minn kull nuqqas taċ-ċessjonarja fir-rigward tal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn din id-direttiva, dan ma jobbligax lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu lill-ħaddiem dritt għal kumpens mingħand iċ-ċessjonarja f'kundizzjonijiet identiċi għad-dritt li ħaddiem jista' jkollu meta min iħaddem illegalment itemm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu jew ir-relazzjoni ta' xogħol. Madankollu, il-qorti nazzjonali għandha, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, tiggarantixxi li għallinqas fl-istess ipoteżi ċ-ċessjonarja tbati l-konsegwenzi li d-dritt nazzjonali applikabbli jorbot mat-tmiem tal-kuntratt tax-xogħol jew tar-relazzjoni ta' xogħol minn naħa ta' min iħaddem, bħall-ħlas tal-paga u ta' vantaġġi oħra li jikkorrispondu, skont dan id-dritt, għall-perijodu ta' notifika li min iħaddem għandu jirrispetta.
Hija għall-qorti tar-rinviju li tevalwa s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/23, skond liema l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol miftiehma fi ftehim kollettiv li jiskadi fid-data tat-trasferiment ta' impriża mhuwiex iggarantit lil hinn minn din id-data.