Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0335

    Kawża C-335/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Nuqqas li tordna trattament iktar rigoruż tan-nitroġenu fl-impjanti kollha ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10000 )

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

    (Kawża C-335/07) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Nuqqas li tordna trattament iktar rigoruż tan-nitroġenu fl-impjanti kollha ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10000”)

    2009/C 282/04

    Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen, L. Parpala, M. Patakia u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, p. 40) — Nuqqas li tiżgura trattament iktar effettiv tal-ilma mormi kollu li jinġabar fl-agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 235 06.10.2007


    Top