Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0501

    Kawżi magħquda C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta’ Ottubru 2009 — GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc (C-501/06 P), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-513/06 P), European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (C-515/06 P), Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (C-519/06 P) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC), Bundesverband der Arzneimittel-Importeure eV, Spain Pharma SA, Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (Appelli — Akkordji — Limitazzjoni tal-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali — Artikolu 81(1) KE — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-prezzijiet — Sostituzzjoni tal-motivi — Artikolu 81(3) KE — Kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku — Stħarriġ — Oneru tal-prova — Motivazzjoni — Interess ġuridiku)

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc (C-501/06 P), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-513/06 P), European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (C-515/06 P), Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (C-519/06 P) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC), Bundesverband der Arzneimittel-Importeure eV, Spain Pharma SA, Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar)

    (Kawżi magħquda C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P) (1)

    (Appelli - Akkordji - Limitazzjoni tal-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali - Artikolu 81(1) KE - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-prezzijiet - Sostituzzjoni tal-motivi - Artikolu 81(3) KE - Kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku - Stħarriġ - Oneru tal-prova - Motivazzjoni - Interess ġuridiku)

    2009/C 282/02

    Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc (rappreżentanti: I. Forrester QC, S. Martínez-Lage, abogado, A. Komninos, dikigoros, A. Schulz, Rechtsanwalt), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti), European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (rappreżentanti: M. Hartmann-Rüppel u W. Rehmann, Rechtsanwälte), Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd u J. Buendía Sierra, abogados),

    Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti, European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (rappreżentanti: M. Hartmann-Rüppel u W. Rehmann, Rechtsanwälte), Bundesverband der Arzneimittel-Importeure eV (rappreżentanti: W. Rehmann, Rechtsanwalt), Spain Pharma SA, Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd u J. Buendía Sierra, abogados)

    Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, M. Kapko u K. Majcher, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tas-27 ta’ Settembru 2006, GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (T-168/01) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001) 1202 finali, tat-8 ta’ Mejju 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (IV/36.957/F3 Glaxo Wellcome, IV/36.997/F3 Aseprofar u Fedifar, IV/37.121/F3 Spain Pharma, IV/37.138/F3 BAI, IV/37.380/F3 EAEPC) — Prezzijiet imposti mir-rikorrenti fuq il-grossisti għall-bejgħ tal-prodotti mediċinali tagħha barra mis-sistema Spanjola ta’ prezzijiet iffissati mis-servizzi tas-saħħa.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appelli ppreżentati minn GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) u l-Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) huma miċħuda.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri rispettivi.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 42, 24.02.2007

    ĠU C 56, 10.03.2007


    Top