Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0420

    Kawża T-420/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 7 ta’ Ottubru 2009 — Vischim vs Il-Kummissjoni ( Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva chlorothalonil — Inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Proċedura ta’ evalwazzjoni — Direttiva 2005/53/KE — Rikors għal annullament — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Rikors għad-danni )

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/38


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Vischim vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-420/05) (1)

    (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva chlorothalonil - Inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Direttiva 2005/53/KE - Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Rikors għad-danni”)

    2009/C 282/70

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vischim Srl (Cesano Maderno, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament, fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE, tas-16 ta’ Settembru 2005, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, p. 51), talba għall-annullament tar-rapport ta’ reviżjoni tal-chlorothalonil (dokument SANCO/4343/2000 finali tal-14 ta’ Frar 2005), talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni u talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Vischim Srl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 36, 11.2.2006.


    Top