Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0163

    Kawża T-163/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Marzu 2010 — Bundesverband deutscher Banken vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Trasferiment ta’ assi pubbliċi favur Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha — Kriterju tal-investitur privat — Obbligu ta’ motivazzjoni )

    ĠU C 100, 17.4.2010, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 100/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — Bundesverband deutscher Banken vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-163/05) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Trasferiment ta’ assi pubbliċi favur Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    2010/C 100/54

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bundesverband deutscher Banken eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer, K.-S. Scholz u J.-O. Lenschow, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u T. Scharf, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti, assistiti minn J. Witting, avukat); Land Hessen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H.-J. Freund u M. Holzhäuser, sussegwentement minn H.-J. Freund u S. Lehr, avukati); u Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Freund, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/742/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar għajnuna mill-Ġermanja favur l-impriża Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale (ĠU 2006, L 307, p. 159)

    Dispożittiv

    (1)

    Id-dokumenti prodotti minn Bundesverband deutscher Banken eV fl-Annessi 9 u 10 tar-replika huma rtirati mill-proċess.

    (2)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Bundesverband deutscher Banken għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Land Hessen u tal-Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale.

    (4)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 155, 25.6.2005.


    Top