Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0307

    P9_TA(2022)0307 Emendi tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital fir-rigward tar-riżoluzzjoni (proposta “daisy chain”) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta' gruppi ta' istituzzjonijiet globali sistematikament importanti bi strateġija ta' riżoluzzjoni b'punti multipli ta' dħul u metodoloġija għas-sottoskrizzjoni indiretta ta' strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (COM(2021)0665 – C9-0398/2021 – 2021/0343(COD)) P9_TC1-COD(2021)0343 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Settembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti bi strateġija ta' riżoluzzjoni b'punti multipli ta' dħul u metodi għas-sottoskrizzjoni indiretta ta' strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    ĠU C 125, 5.4.2023, p. 171–171 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 125, 5.4.2023, p. 148–148 (GA)

    5.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 125/171


    P9_TA(2022)0307

    Emendi tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital fir-rigward tar-riżoluzzjoni (proposta “daisy chain”) ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta' gruppi ta' istituzzjonijiet globali sistematikament importanti bi strateġija ta' riżoluzzjoni b'punti multipli ta' dħul u metodoloġija għas-sottoskrizzjoni indiretta ta' strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (COM(2021)0665 – C9-0398/2021 – 2021/0343(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2023/C 125/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0665),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0398/2021),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Jannar 2022 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2021 (2),

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-15 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0020/2022),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 122, 17.3.2022, p. 33.

    (2)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 111.


    P9_TC1-COD(2021)0343

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Settembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti bi strateġija ta' riżoluzzjoni b'punti multipli ta' dħul u metodi għas-sottoskrizzjoni indiretta ta' strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2036.)


    Top