Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0070

    P8_TA(2019)0070 Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD)) P8_TC1-COD(2017)0309 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

    ĠU C 449, 23.12.2020, p. 216–218 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 449/216


    P8_TA(2019)0070

    Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2020/C 449/34)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0772/2),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0409/2017),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018 (2),

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0180/2018),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

    2.

    Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

    3.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    4.

    Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tuża riallokazzjonijiet sabiex tiffinanzja prijoritajiet ta' politika ġodda li jiżdiedu matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jinsab għaddej, peress li dan żgur li se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ewlenin oħra tal-Unjoni;

    5.

    Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jibda fl-2021, li jibni fuq ir-riforma preżenti tal-UCPM;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  ĠU C 361, 5.10.2018, p. 37.

    (3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-31 ta' Mejju 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0236).


    P8_TC1-COD(2017)0309

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/420.)


    ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni

    Il-pakkett finanzjarju addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fl-2019 u fl-2020 ġie ffissat għal EUR 205,6 miljun. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtorità baġitarja, parti miż-żieda totali tal-baġit ta' rescEU jenħtieġ li ssir disponibbli permezz ta' riallokazzjonijiet fl-ambitu tal-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u tal-Intestatura 4 (Ewropa globali) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. It-tliet istituzzjonijiet ifakkru li parti mir-riallokazzjonijiet diġà hi inkluża fil-baġit 2019 u li EUR 15,34-il miljun diġà huma inklużi fil-programmazzjoni finanzjarja għall-2020.

    Fil-qafas tal-proċedura baġitarja għall-2020, il-Kummissjoni hija mistiedna tipproponi EUR 18,24-il miljun oħra f'riallokazzjonijiet biex tilħaq il-50 % għall-2019 u għall-2020 fl-ambitu tal-istess intestaturi.


    Top