This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M9018
Prior notification of a concentration (Case M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 255, 20.7.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 255/07)
1.
Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Promontoria Holding 264 B.V. (“Promontoria”, in-Netherlands), li tappartjeni lil Cerberus Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
WFS Global Holding S.A.S. (“WFS”, Franza). |
Cerberus takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ WFS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Promontoria: kumpanija li hija kkontrollata minn Cerberus Group, ditta ta’ investiment privat involuta fil-proprjetà immobbli u l-proprjetà personali ta’ kull tip.
— għal WFS: il-provvediment ta’ servizzi inċidentali fuq l-art għat-trasport bl-ajru (servizzi fuq l-art għar-rampa, għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija) u servizzi oħra relatati mal-merkanzija (jiġifieri, servizzi offlajn u l-ispedizzjoni tal-merkanzija bit-trakkijiet). WFS tipprovdi servizzi fl-Amerka ta’ Fuq, fil-Karajbiċi, fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Afrika.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 122964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.