EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AR3593

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

COR 2018/03593

ĠU C 86, 7.3.2019, p. 41–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/41


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

(2019/C 86/06)

Korelaturi:

Catiuscia MARINI (IT/PSE), President tar-Reġjun tal-Umbria

Michael SCHNEIDER (DE/PPE), Segretarju tal-Istat, Rappreżentant tal-Land ta’ Sachsen-Anhalt fi ħdan l-Istat Federali tal-Ġermanja

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi

COM(2018) 375 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa ġdida wara Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fir-rigward tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), jeħtieġ jinżammu sinerġiji u rabtiet b’saħħithom bejn il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u t-tieni pilastru (FAEŻR) tal-PAK. Il-FAEŻR ma għandux jiġi irtirat minn dan ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali sabiex tkun preservata r-rabta b’saħħitha bejn il-FAEŻR u l-istrutturi diġà stabbiliti fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-fondi strutturali.

Raġuni

Se jkun importanti li jinżammu sinerġiji b’saħħithom bejn il-FAEG u l-FAEŻR sabiex jippermettu l-inklużjoni tal-FAEŻR fis-CPR. Huwa għal din ir-raġuni li l-FAEŻR għandu jibqa’ parti mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, u dan ikun jirrikjedi l-bidliet rispettivi fil-partijiet segwenti tat-test, b’mod partikolari fil-premessi 2 u 23 u fl-Artikoli 17, 31, 48 u 58.

Emenda 2

Premessa ġdida wara Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti.

Raġuni

Hija meħtieġa referenza speċifika għal reġjuni bi żvantaġġi naturali u demografiċi biex jiġu indirizzati l-għanijiet tal-Artikolu 174 tat-TFUE.

EMENDA 3

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE, inklużi l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tan-NU u jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi , kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Il-Fondi ma għandhomx jappoġġaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippriżerva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE, inklużi l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tan-NU u jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. L-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru għandu jiġi inkorporat f’kull stadju tal-implimentazzjoni tal-fondi rilevanti, mill-programmazzjoni sar-rappurtar, anke permezz ta’ indikaturi rilevanti għall-ġeneru u ġbir ta’ data diżaggregata skont is-sessi. Il-Fondi ma għandhomx jappoġġaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippriżerva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Raġuni

Huwa importanti li jkun żgurat li l-fondi jqisu wkoll il-perspettiva tal-ġeneru biex tiġi żgurata l-ugwaljanza fl-oqsma kollha milquta mill-fondi u li jsir kontribut għal soċjetà inklużiva.

Emenda 4

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill (ir-“Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill (ir-“Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. L-Istati Membri fil-livell territorjali adatt, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom u l-korpi maħtura minnhom għal dawn il-finijiet, għandhom ikunu responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi.

Raġuni

Is-CPR jeħtieġ jesprimi b’mod ċar il-ħtieġa li, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jinvolvi lil-livell territorjali adatt biex jiżgura l-approċċ ibbażat fuq il-post.

Emenda 5

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta’ governanza f’diversi livelli u jiżgura l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 [13] ikompli japplika.

Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta’ governanza f’diversi livelli u jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Huwa strument għall-involviment u s-sjieda tal-partijiet interessati, u jqarreb lill-Ewropa lejn l-Ewropej. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 [13] ikompli japplika.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġ jissemmew b’mod espliċitu fil-Premessi u fl-Artikoli kollha tar-Regolament li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet komuni għall-prinċipju tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli.

Emenda 6

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-livell tal-Unjoni, is- Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment pluriennali nazzjonali tagħhom b’appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta’ riforma. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma bħala mod kif jiġu enfasizzati u kkoordinati proġetti ta’ investimenti ta’prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut, speċjalment mill-Fondi, mill-Funzjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropea u mill-InvestUE.

Fil-livell tal-Unjoni, Semestru Ewropew riformat li jintegra l-governanza f’diversi livelli u jkun allinjat ma’ strateġija tal-UE ġdida u fit-tul għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment pluriennali nazzjonali tagħhom b’appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta’ riforma. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji jiġu żviluppati f’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u ppreżentati fil-bidu u fid-dawl tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-perjodu ta’ programmazzjoni flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma bħala mod kif jiġu enfasizzati u kkoordinati proġetti ta’ investimenti ta’prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut, speċjalment mill-Fondi, mill-Funzjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropea u mill-InvestUE.

Raġuni

Ċiklu tas-Semestru Ewropew riformat fil-bidu u fid-dawl tar-rieżami ta’ nofs it-terminu jkun jista’ jintuża sabiex iċ-ċiklu tas-semestru jiġi allinjat aħjar mal-prijoritajiet ta’ investiment pluriennali tal-politika ta’ koeżjoni.

Emenda 7

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw kif rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r- rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE (CSRs) jitqiesu fit-tħejjija ta’ dokumenti ta’ programmazzjoni. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 (“perjodu ta’ programmazzjoni”), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b’appoġġ għas-CSRs lill-kumitat ta’ monitoraġġ u lill-Kummissjoni b’mod regolari. Matul rieżami ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw kif rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE, li huma rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni u l-missjonijiet tal-Fondi, ir- rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE (CSRs) u valutazzjoni territorjali sħiħa li tieħu inkunsiderazzjoni d-dimensjoni reġjonali u r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali fl-implimentazzjoni tas-CSRs, jitqiesu fit-tħejjija ta’ dokumenti ta’ programmazzjoni. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 (“perjodu ta’ programmazzjoni”), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b’appoġġ għas-CSRs li huma rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni u l-missjonijiet tal-Fondi, lill-kumitat ta’ monitoraġġ u lill-Kummissjoni b’mod regolari. Matul rieżami ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni , f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali .

Raġuni

Għat-tisħiħ tad-dimensjoni territorjali tas-Semestru Ewropew, li jeħtieġ jinkludi valutazzjoni territorjali sħiħa, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dimensjoni reġjonali u r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Emenda 8

Premessa ġdida wara Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

It-taħlita ta’ popolazzjoni attiva li s-sehem tagħha qed jonqos flimkien mal-proporzjon dejjem jiżdied tal-persuni rtirati fil-popolazzjoni ġenerali kif ukoll il-problemi assoċjati mat-tibdil tal-popolazzjoni, mistennija tkompli żżid il-pressjoni, fost l-oħrajn, fuq l-istrutturi tal-edukazzjoni u ta’ appoġġ soċjali u fuq il-kompetittività ekonomika. L-adattament għal tali tibdil demografiku jikkostitwixxi waħda mill-isfidi ewlenin li se jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-snin li ġejjin, u għandu jingħata livell ta’ attenzjoni partikolarment għoli għar-reġjuni l-iktar milqutin mit-tibdil demografiku.

Raġuni

Jeħtieġ titqies din is-sitwazzjoni partikolari ta’ żoni b’tibdil demografiku.

Emenda 9

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b’mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi . Jenħtieġ li dawn is-sinerġiji jinkisbu permezz ta’ mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta’ rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni sakemm jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.

Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b’mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament permezz tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmi li faċli jintużaw, il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ governanza f’diversi livelli u koordinazzjoni b’saħħitha tal-politiki, li jkunu jikkonformaw mal-prinċipju tas-sussidjarjetà . Jenħtieġ li dawn is-sinerġiji jinkisbu permezz ta’ mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta’ rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni sakemm jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.

Raġuni

Il-KtR għandu dubji serji dwar is-siwi u l-ġustifikazzjoni tal-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi.

Is-sinerġiji ma’ programmi oħrajn tal-UE jeħtieġ ikunu faċli biex jintużaw u jkunu bbażati fuq il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ governanza f’diversi livelli u koordinazzjoni politika b’saħħitha.

Emenda 10

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta’ sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.

Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni u ta’ partijiet oħrajn tas-sistema amministrattiva u ta’ kontroll mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta’ sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.

Raġuni

L-introduzzjoni tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti jeħtieġ tiġi estiża għal oqsma oħrajn fis-sistema amministrattiva u ta’ kontroll.

Emenda 11

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata d-dispożizzjoni tal-appoġġ għal operazzjonijiet li diġà rċevew ċertifikazzjoni ta’ Siġill ta’ Eċċellenza.

Sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament, hija meħtieġa azzjoni apposta biex jiġu kkombinati aħjar l-approċċ ibbażat fuq il-post tal-FEŻR, tal-FAEŻR u dak tal-FSE+. B’mod partikolari ċ- ċertifikazzjoni ta’ Siġill ta’ Eċċellenza u l-finanzjament ta’ proġetti rilevanti mill-FSIE jenħtieġ li jiġu ffaċilitati f’konformità mal-prijoritajiet identifikati mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni filwaqt li jiġu żviluppati aktar biex jappoġġjaw l-ekosistemi ta’ innovazzjoni u jippermettu rabta aħjar bejn il-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Raġuni

L-allinjament aħjar tal-istrumenti tal-UE jeħtieġ li ma jkunx proċess f’direzzjoni waħda biss. Is-Siġill ta’ Eċċellenza biex jiġu promossi sinerġiji mal-finanzjament tal-Orizzont jeħtieġ jinkludi wkoll rabta aħjar mal-ekosistemi ta’ innovazzjoni fl-implimentazzjoni tal-programm Orizzont.

Emenda 12

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014  (2).

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bl-aħħar lista disponibbli tar-reġjuni NUTS II li l-Eurostat jista’ jipprovdi d-dejta neċessarja għalihom  (1).

Raġuni

Huwa meħtieġ li ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista rigward il-klassifikazzjoni NUTS li għaliha l-Eurostat jista’ jipprovdi d-data meħtieġa fil-livell NUTS 2 għal tliet snin konsekuttivi.

Emenda 13

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.

Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda Urbana għall-UE, li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni jew permezz ta’ ġestjoni kondiviża.

Raġuni

L-Inizjattiva Urbana Ewropea l-ġdida għandha wkoll taqdi rwol ewlieni fl-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda Urbana tal-UE. Il-fatt li jkun permess approċċ ta’ ġestjoni kondiviża jżid il-flessibbiltà.

Emenda 14

Artikolu 2(8)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“benefiċjarju” tfisser:

[…]

(c)

fil-kuntest ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, l-impriża li tirċievi l-għajnuna;

“benefiċjarju” tfisser:

[…]

(c)

fil-kuntest ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, il-korp li jirċievi l-għajnuna, ħlief fil-każijiet fejn l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna ;

Raġuni

Id-definizzjoni ta’ benefiċjarju fil-kuntest tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat għandha tibbaża fuq id-definizzjoni attwalment fis-seħħ minħabba l-Omnibus. Dan se jkopri l-mudell tal-għoti mill-ġdid fil-PO.

Emenda 15

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS għandhom jappoġġaw l-objettivi ta’ politika li ġejjin:

Il-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS għandhom jappoġġaw l-objettivi ta’ politika li ġejjin:

(a)

Ewropa aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti;

(a)

l-Objettiv ta’ Politika 1 (OP 1) Ewropa aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti, pereżempju permezz ta’ appoġġ għall-SMEs u t-turiżmu ;

(b)

Ewropa aktar ħadra, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;

(b)

l-Objettiv ta’ Politika 2 (OP 2) Ewropa aktar ħadra, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta u mobilità urbana sostenibbli , investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;

(c)

Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà u l-konnettività reġjonali tal-ICT;

(c)

l-Objettiv ta’ Politika 3 (OP 3) Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà u l-konnettività reġjonali tal-ICT;

(d)

Ewropa aktar soċjali li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(d)

l-Objettiv ta’ Politika 4 (OP 4) Ewropa aktar soċjali li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(e)

Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta’ żvilupp sostenibbli u integrat taż-żoni urbani, rurali u kostali u inizjattivi lokali.

(e)

l-Objettiv Orizzontali ta’ Politika 5 (OP 5) Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta’ żvilupp sostenibbli u integrat taż-żoni urbani, rurali u kostali u inizjattivi lokali.

Raġuni

Fis-CPR m’hemmx referenza speċifika għall-SMEs u t-turiżmu. Barra minn hekk, l-OP 5 għandu jkun trasversali u għalhekk jintuża biex jintlaħqu l-OP 1-4.

Emenda 16

Artikolu 4(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta’ intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta’ ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f’livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta’ interventi stabbiliti fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta’ intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq il-leġislazzjoni ambjentali tal-UE eżistenti u għandha tikkonsisti mill-assenjar ta’ ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f’livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FAEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta’ interventi stabbiliti fl-Anness I.

Raġuni

Ir-rekwiżit biex tiġi żviluppata metodoloġija biex jitqiesu kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u tal-programm għandu jkun ibbażat fuq il-leġislazzjoni ambjentali eżistenti tal-UE.

Emenda 17

Artikolu 4(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarità u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.

Skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, l- Istati Membri kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Kummissjoni , fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sħubija fl-Artikolu 6, tas-sussidjarjetà u tal-governanza f’diversi livelli, għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarità u l-koerenza bejn il-Fondi , inkluż l-FAEŻR, u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.

Raġuni

Minħabba n-nuqqas ta’ Qafas Strateġiku Komuni fis-CPR il-ġdid huwa essenzjali li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-koordinament tal-fondi.

Emenda 18

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti.

Kull Stat Membru għandu , skont il-qafas istituzzjonali u legali tiegħu, jorganizza sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti.

Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lill-imsieħba li ġejjin:

Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lill-imsieħba li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;

(a)

l-awtoritajiet urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;

(b)

l-imsieħba ekonomiċi u soċjali;

(b)

l-imsieħba ekonomiċi u soċjali;

(c)

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-imsieħba ambjentali, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.

(c)

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-imsieħba ambjentali, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.

[…]

[…]

4.   Minn tal-anqas darba f’sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi.

4.   Minn tal-anqas darba f’sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-imsieħba u tal-partijiet interessati jeħtieġ ikunu disponibbli għall-pubbliku.

[…]

[…]

Raġuni

Il-parlamenti u l-assembleji reġjonali għandhom jiġu inklużi wkoll f’konformità ma’ sistemi stabbiliti ta’ governanza f’diversi livelli.

Emenda 19

Artikolu 6(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f’konformità mar -Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (1).

L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u mal-governanza f’diversi livelli fir -Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (1), filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti bħala msieħba sħaħ .

Raġuni

Il-kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija bħalissa huwa att iddelegat għas-CPR eżistenti. Biex tiżdied il-viżibbiltà tal-Kodiċi ta’ Kondotta, jeħtieġ jiġi miżjud mas-CPR bħala Anness. L-att legali jeħtieġ jiġi aġġornat – irrispettivament mill-forma legali! Dan ikun jirrikjedi bidliet rispettivi fil-partijiet segwenti tat-test tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, b’mod partikolari fil-premessa 11 u fl-Artikoli 11 u 21.

Emenda 20

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

[…]

Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

[…]

 

(iii)

komplementaritajiet bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura;

 

(iii)

komplementaritajiet u sinerġiji bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mas-Sħubijiet Ewropej tal-programm Orizzont u l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura;

 

[…]

 

(h)

fejn xieraq, approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi tar-reġjuni jew il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 174 tat-TFUE.

[…]

[…]

Raġuni

Rabta mill-qrib mas-Sħubija Ewropea tal-programm Orizzont hija essenzjali biex tiżgura komplementaritajiet u sinerġiji aħjar mal-Fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Referenza speċifika għal żoni ġeografiċi li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti hija meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 174.

Emenda 21

Artikolu 9(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta’ Sħubija u l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b’mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta’ Sħubija u l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b’mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi meta jkunu ġew inklużi b’mod espliċitu fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma wara negozjati mal-awtoritajiet lokali u reġjonali skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament .

Raġuni

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma ammissibbli meta dawn ikunu ġew żviluppati fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sħubija.

Emenda 22

Artikolu 10(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L- Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għal emenda ta’ programm, l-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f’kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. L-ammont li jrid jingħata f’kontribuzzjonijiet lil InvestEU ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni totali ta’ kull Fond, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati. Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jikkostittwixxu trasferimenti tar-riżorsi skont l-Artikolu 21.

F’każijiet ġustifikati kif dovut u skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju, l- Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għal emenda ta’ programm, l-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f’kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. L-ammont li jrid jingħata f’kontribuzzjonijiet lil InvestEU ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni totali ta’ kull Fond, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati , mingħajr ma jiddgħajjef l-approċċ ibbażat fuq il-post tal-fondi . Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu trasferimenti tar-riżorsi skont l-Artikolu 21.

Raġuni

It-trasferiment volontarju ta’ riżorsi għall-InvestEU m’għandux idgħajjef l-approċċ ibbażat fuq il-post tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, u sistemi stabbiliti ta’ governanza fuq diversi livelli.

Emenda 23

Artikolu 11(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għal kull objettiv speċifiku, f’dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom (“kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni”).

Għal kull objettiv speċifiku, f’dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom (“kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni”).

 

Kundizzjonijiet abilitanti jeħtieġ ikunu japplikaw biss sal-punt li, u sakemm, jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi segwiti fil-prijoritajiet tal-programm u jkunu jistgħu jiġu influwenzati minn dawk inkarigati għall-programmi.

L -Anness III jistipula l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali applikabbli għall-objettivi speċifiċi kollha u l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom.

B’kunsiderazzjoni ta’ dak li jissemma hawn fuq, l- Anness III jistipula l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali applikabbli għall-objettivi speċifiċi kollha u l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom.

L-Anness IV jistipula l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni tematiċi għall-FEŻR, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-FSE+ U l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom.

L-Anness IV jistipula l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni tematiċi għall-FEŻR, għall-Fond ta’ Koeżjoni , għall-FAEŻR u għall-FSE+ u l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom.

Raġuni

Minkejja li r-regoli għall-konformità mal-kundizzjonalitajiet ex ante ġew issemplifikati, huwa importanti li jiġi enfasizzat ukoll li l-kundizzjonijiet abilitanti għandhom ikunu marbutin mill-qrib mal-objettivi tat-Trattat fir-rigward tal-Fondi tal-politika ta’ koeżjoni.

Emenda 24

Artikolu 11(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku ma tistax tkun inkluża fit-talbiet għall-pagament sakemm il-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni skont il-paragrafu 4.

n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku tista’ wkoll tkun inkluża fit-talbiet għall-pagament qabel il-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni skont il-paragrafu 4 , mingħajr preġudizzju għas-sospensjoni tar-rimborż sakemm tiġi sodisfatta l-kondizzjoni .

[…]

[…]

Raġuni

Minkejja li regoli għall-konformità ma’ kundizzjonalitajiet ex ante ġew issemplifikati, huwa importanti li jiġi evitat id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Emenda 25

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rappurtar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni kumplessiva tal-Fondi.

L-Istat Membru f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità rilevanti ta’ ġestjoni u f’konformità sħiħa mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u mal-governanza f’diversi livelli għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rappurtar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni kumplessiva tal-Fondi.

[…]

[…]

Raġuni

Hija l-awtorità ta’ ġestjoni dik responsabbli għat-tħejjija tal-programm, u li tistabbilixxi l-qafas ta’ prestazzjoni tal-programm.

Emenda 26

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru għandu jagħmel rieżami ta’ kull programm , filwaqt li jqis l-elementi li ġejjin:

1.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ , mill-FAEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru għandu jagħmel rieżami ta’ nofs it-terminu. L-Istat Membru u l-livell territorjali responsabbli mill-programm għandhom jagħmlu rieżami ta’ kull programm filwaqt li jqisu l-elementi li ġejjin

(a)

l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024;

(a)

l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024;

(b)

il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat;

(b)

il-qagħda soċjoekonomika u l-ħtiġijiet tal-Istat Membru u/ jew tar-reġjun ikkonċernat;

(c)

il-progress fl-ilħuq tal-istadji importanti;

(c)

il-progress fl-ilħuq tal-istadji importanti;

(d)

l-eżitu tal-aġġustament tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 104(2), fejn applikabbli.

(d)

l-eżitu tal-aġġustament tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 104(2), fejn applikabbli.

2.   L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta’ kull programm sal- 31 ta’ Marzu  2025 f’konformità mal-Artikolu 19(1). L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1.

2.   L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, talba għall-emendar ta’ kull programm , fejn dan ikun adatt , sat- 30 ta’ Ġunju  2025 f’konformità mal-Artikolu 19(1). L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Il-programm rivedut għandu jinkludi:

Il-programm rivedut għandu jinkludi:

(a)

l-allokazzjonijet tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;

(a)

ir-reviżjoni tal- allokazzjonijet tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità , inklużi l-ammonti indikattivi għas-snin 2026 u 2027;

(b)

miri ġodda jew riveduti;

(b)

miri ġodda jew riveduti;

(c)

l-allokazzjonijiet riveduti tar-riżorsi finanzjarji li jirriżultaw mill-aġġustament tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 104(2) inklużi l-ammonti għas-snin 2025, 2026 u 2027, fejn applikabbli.

(c)

l-allokazzjonijiet riveduti tar-riżorsi finanzjarji li jirriżultaw mill-aġġustament tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 104(2) inklużi l-ammonti għas-snin 2025, 2026 u 2027, fejn applikabbli.

3.   Meta jiġi ppreżentat programm ġdid b’riżultat tar-rieżami, il-pjan ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 17(3)(f) għandu jkopri l-approprjazzjoni finanzjarja totali għal kull wieħed mill-Fondi mis-sena tal-approvazzjoni tal-programm.

3.   Meta jiġi ppreżentat programm ġdid b’riżultat tar-rieżami, il-pjan ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 17(3)(f) għandu jkopri l-approprjazzjoni finanzjarja totali għal kull wieħed mill-Fondi mis-sena tal-approvazzjoni tal-programm.

Raġuni

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu għandu jkun ibbażat fuq l-impenji li saru għall-fondi għal kull Stat Membru għall-perjodu kollu biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-fondi. L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi hija bikrija wisq biex ikun żgurat li jitqiesu sew ir-riżultati tal-2024. Barra minn hekk talba għall-emendar tal-programm għandha ssir biss fejn dan ikun jidher meħtieġ.

Emenda 27

Artikolu 15(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirrieżamina u jipproponi l-emendi għall-programmi rilevanti, meta dan ikun meħtieġ biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirrieżamina u jipproponi l-emendi għall-programmi rilevanti, meta dan ikun meħtieġ biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti li huma adatti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali .

Talba bħal din tista’ ssir għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni rilevanti speċifika għall-pajjiżi adottata f’konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE u ta’ rakkomandazzjoni rilevanti tal-Kunsill adottata f’konformità mal-Artikolu 148(4) TFUE, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat.

(b)

biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat u adottati f’konformità mal-Artikoli 7(2) jew 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-emendi jitqiesu neċessarji biex jgħinu fl-irranġar tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

Talba bħal din tista’ ssir bil-għan li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni rilevanti speċifika għall-pajjiżi adottata f’konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE u ta’ rakkomandazzjoni rilevanti tal-Kunsill adottata f’konformità mal-Artikolu 148(4) TFUE, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat

Raġuni

Għandu jiġi żgurat li l-emendi ta’ programmi bbażati fuq is-CSRs ikunu adattati biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat fir-rigward tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-KtR huwa kontra l-kondizzjonalitajiet makroekonomiċi għall-politika ta’ koeżjoni.

Emenda 28

Artikolu 15(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Talba mill-Kummissjoni lil Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun iġġustifikata b’referenza għall-ħtieġa li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tkun appoġġata u għandha tindika l-programmi jew il-prijoritajiet li skontha huma kkonċernati u n-natura tal-emendi mistennija.

Talba mill-Kummissjoni lil Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun iġġustifikata b’referenza għall-ħtieġa li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tkun appoġġata u għandha tindika l-programmi jew il-prijoritajiet li skontha huma kkonċernati u n-natura tal-emendi mistennija. Tali talba m’għandhiex issir qabel l-2022 jew wara l-2026, u lanqas m’għandha ssir b’rabta mal-istess programmi f’sentejn konsekuttivi.

Raġuni

Is-CPR il-ġdid għandu jinkludi wkoll limitu ta’ żmien għal bidliet simili għall-formulazzjoni tat-test fis-CPR attwali.

Emenda 29

Artikolu 15(7)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom għal programm wieħed jew aktar ta’ Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-Kunsill jiddeċiedi f’konformità mal-Artikolu 126(8) jew mal-Artikolu 126(11) TFUE, li Stat Membru ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu;

(b)

meta l-Kunsill jadotta żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta’ żbilanċ, f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-raġunijiet li Stat Membru jkun ippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva insuffiċjenti;

(c)

meta l-Kunsill jadotta żewġ deċiżjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta’ żbilanċ f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 li permezz tagħhom jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità minn Stat Membru għar-raġunijiet li ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata;

(d)

meta l-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru ma jkunx ħa miżuri kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b’konsegwenza ta’ hekk tiddeċiedi li ma tawtorizzax l-iżborż tal-assistenza finanzjarja mogħtija lil dak l-Istat Membru;

(e)

meta l-Kunsill jiddeċiedi li Stat Membru ma jikkonformax mal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew mal-miżuri mitluba minn deċiżjoni tal-Kunsill adottata f’konformità mal-Artikolu 136(1) TFUE.

Għandha tingħata prijorità lis-sospensjoni tal-impenji; il-pagamenti għandhom ikunu sospiżi biss meta titfittex azzjoni immedjata u fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità sinifikanti. Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għat-talbiet għall-pagamenti ppreżentati għall-programmi kkonċernati wara d-data tad-deċiżjoni għas-sospensjoni.

Il-Kummissjoni tista’, għal raġunijiet ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni jew tar-rakkomandazzjoni msemmija fis-sottoparagrafu preċedenti, tirrakkomanda li l-Kunsill jikkanċella s-sospensjoni msemmija fl-istess sottoparagrafu.

 

Raġuni

Il-KtR huwa kontra l-kondizzjonalitajiet makroekonomiċi għall-politika ta’ koeżjoni. It-tħassir tal-paragrafu 7 jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn bidliet korrispondenti fil-paragrafi sussegwenti ta’ dan l-Artikolu (tħassir tal-paragrafi 8 u 10, emenda ta’ paragrafi 9 u 11).

Emenda 30

Artikolu 15(12)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bl-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu. B’mod partikolari, meta waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7 tiġi ssodisfata għal Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf f’qasir żmien lill-Parlament Ewropew u tipprovdi dettalji tal-Fondi u tal-programmi li jistgħu jkunu soġġetti għal sospensjoni tal-impenji.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bl-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, wara li titqies it-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu.

Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, wara li titqies it-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex jagħti l-fehma tiegħu dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-proposta għal sospensjoni tal-impenji jew il-proposta biex titneħħa tali sospensjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-proposta għal sospensjoni tal-impenji jew il-proposta biex titneħħa tali sospensjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill , immedjatament wara l-adozzjoni tagħha . Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega r-raġunijiet għall-proposta tagħha .

Raġuni

Id-djalogu strutturat bejn il-Kummissjoni u l-PE jistgħu jintużaw ukoll biex jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet reġjonali. F’dan il-proċess, il-PE jista’ jistieden lill-KtR biex jieħu sehem f’dan id-dibattitu. Sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn il-Kummissjoni għandha tittrasmetti d-deċiżjoni minnufih.

Emenda 31

Artikolu 16(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

L-Istati Membri jew l-awtoritajiet rilevanti ta’ ġestjoni, bil-kooperazzjoni tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 16, għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Il-programmi għandhom jitfasslu skont il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-governanza f’diversi livelli .

Raġuni

B’hekk, il-punt ikun iżjed ċar.

Emenda 32

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]

[…]

3.   Kull programm għandu jistabbilixxi:

3.   Kull programm għandu jistabbilixxi:

[…]

[…]

(d)

għal kull objettiv speċifiku:

(i)

it-tipi ta’ azzjonijiet relatati, inkluża lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

(d)

għal kull objettiv speċifiku:

(i)

it-tipi ta’ azzjonijiet relatati, inkluża lista indikattiva ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

 

[…]

 

[…]

 

(iv)

it-territorji speċifiċi fil-mira, inkluż l-użu ppjanat ta’ investiment territorjali integrat, l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għodod territorjali oħra;

 

(iv)

it-territorji speċifiċi fil-mira fuq il-bażi ta’ dokumenti strateġiċi mħejjija fil-livell nazzjonali u reġjonali , inkluż l-użu ppjanat ta’ investiment territorjali integrat, l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għodod territorjali oħra;

[…]

[…]

(g)

l-azzjonijiet meħuda sabiex l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 6 jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm, u r-rwol ta’ dawk l-imsieħba fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm;

(g)

l-azzjonijiet meħuda sabiex l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 6 jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm, u r-rwol ta’ dawk l-imsieħba fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm f’konformità mal-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli u l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija ;

[…]

[…]

7.   L- Istat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (3)(j) mingħajr il-bżonn ta’ emendar tal-programm.

7.   L- awtorità ta’ ġestjoni rilevanti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fil-lista indikattiva ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika msemmija fil-paragrafu (3) (d)(i), u l-informazzjoni msemmija taħt il-punti (d)(iii), (d)(vii) u (d) (j)  tal-paragrafu (3) mingħajr il-bżonn ta’ emendar tal-programm.

Raġuni

Sabiex tiżdied il-flessibbiltà, il-listi m’għandhomx jingħalqu fil-bidu tal-programm. Sabiex tissaħħaħ il-governanza fuq diversi livelli u jkun evitat dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni bil-kompitu tal-implimentazzjoni tal-fondi – wara li jiksbu l-approvazzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ – għandhom ikunu jistgħu jinnotifikaw il-bidliet ta’ partijiet tal-programm lill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda 33

Artikolu 17(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss .

Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2027, fejn l-ammonti għas-snin 2026-2027 jeħtieġ ikunu indikattivi biss, sakemm joħorġu r-riżultati tar-rieżami ta’ nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 14 .

Raġuni

Sabiex il-possibbiltà għal riallokazzjoni fi ħdan il-programmi wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu tiġi kkombinata mas-sigurtà tal-allokazzjoni għall-perjodu kollu hu ssuġġerit li jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-allokazzjoni għas-snin 2026-2027 hija indikattiva.

Emenda 34

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta’ Sħubija. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b’mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta’ Sħubija. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b’mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi , sakemm dawn ikollhom rabta mal-għanijiet tal-Fondi .

2.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru fuq il-bażi tal-informazzjoni pertinenti kollha .

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm u jqis il- kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm skont il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-governanza f’diversi livelli, b’kont meħud tal- kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

Raġuni

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma ammissibbli meta dawn ikunu r-riżultat tal-prinċipju tas-sħubija li jkun qed jiġi applikat sabiex jiġu żviluppati.

Emenda 35

Artikolu 19(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni jista’ jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni jista’ jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm Interreg , wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’konformità mal-Artikolu 6 tas-CPR, flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġ jiġu involuti fir-reviżjoni tal-programm.

Emenda 36

Artikolu 19(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista’ tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista’ tagħmel il-kummenti fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-programm emendat. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.

Raġuni

Il-proċess tal-emendar tal-PO wkoll jeħtieġ li jiġi ssupplementat bil-possibbiltà li l-Istat Membru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni.

Emenda 37

Artikolu 19(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il -kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm fid-dawl tal- kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

Raġuni

Jekk l-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni jiġux ikkunsidrati jew le jiddependi min-negozjati, peress li mhumiex vinkolanti.

Emenda 38

Artikolu 19(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta’ programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta’ programm mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

Raġuni

Iż-żmien għall-approvazzjoni għandu jitqassar biex jitħaffef il-proċess.

Emenda 39

Artikolu 19(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi ammont sa massimu ta’ 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta’ reġjuni.

Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Istat Membru , filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-governanza f’diversi livelli, jista’ jittrasferixxi ammont sa massimu ta’ 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm.

[…]

[…]

Raġuni

Iż-żieda tal-limitu sa 5 % tkun tappoġġja l-flessibbiltà. Għall-FEŻR u l-FSE +, it-trasferimenti għandhom jikkonċernaw l-istess kategorija ta’ reġjuni (bħal fil-proposta inizjali tal-KE).

Emenda 40

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu jipprovdu appoġġ b’mod konġunt għall-programmi taħt l-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

1.   Il-FEŻR, l-FSE+ , i l-Fond ta’ Koeżjoni u, għas-CLLD u l-ITI, l-FAEŻR jistgħu jipprovdu appoġġ b’mod konġunt għall-programmi taħt l-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

2 .   Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u soġġett għal limitu ta’ 10 % ta’ appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta’ programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta’ eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.

2 .   Il-FEŻR, l-FSE+ u, għas-CLLD u l-ITI, l-FAEŻR jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u soġġett għal limitu ta’ 10 % ta’ appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta’ programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta’ eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.

Raġuni

Anke wara s-sitwazzjoni spjaċevoli tat-tluq tal-FAEŻR mill-qafas tal-FSIE, l-iżvilupp territorjali integrat li jinkludi l-FAEŻR għandu jkompli mill-inqas għall-ITI u s-CLLD.

Emenda 41

Artikolu 21(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment sa massimu ta’ 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi lejn Fond ieħor taħt ġestjoni kondiviża jew lejn kwalunkwe strument taħt ġestjoni diretta jew indiretta .

Skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, l- Istati Membri – bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni u filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-governanza f’diversi livelli  – jistgħu jitolbu t-trasferiment sa massimu ta’ 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi lejn Fond ieħor taħt ġestjoni kondiviża diretta jew indiretta għal proġetti ta’ rilveanza għall-koeżjoni, bl-eċċezzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi .

Raġuni

Minħabba t-tnaqqis ġenerali tar-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni, l-Istati Membri ma għandhomx jiġu mħeġġa jirtiraw saħansitra aktar riżorsi minn proġetti tal-politika ta’ koeżjoni lejn programmi li jistgħu jiġu mmaniġġjati iktar faċilment iżda li huma mingħajr rilevanza għall-koeżjoni.

Emenda 42

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp territorjali u lokali fi kwalunkwe forma fost dawn li ġejjin:

L-Istat Membru għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat – li jirrikjedi l-użu tal-Fondi kollha (inkluż il-FAEŻR) – permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp territorjali u lokali fi kwalunkwe forma fost dawn li ġejjin:

(a)

investimenti territorjali integrati;

(a)

investimenti territorjali integrati;

(b)

żvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

(b)

żvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

(c)

għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR skont l-objettiv ta’ politika msemmi fl-Artikolu 4(1) (e) .

(c)

għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill- awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-programmi għall-investimenti programmati għall-FEŻR skont l-objettivi kollha ta’ politika msemmija fl-Artikolu 4(1).

Raġuni

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni qed jiżviluppaw għodod territorjali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, anke fil-livell reġjonali. Dawn l-għodod huma bbażati fuq id-dokumenti strateġiċi u aġġustati sew għall-ħtiġijiet reġjonali u lokali.

L-implimentazzjoni effettiva tal-għodod territorjali tirrikjedi l-użu ta’ fondi differenti (mhux biss il-FEŻR) biex jiżdiedu s-sinerġiji u l-koordinazzjoni.

Emenda 43

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-istrateġiji territorjali implimentati skont il-punti (a) jew (c) tal-Artikolu 22 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

1.   L- awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l- istrateġiji territorjali implimentati skont il-punti (a) jew (c) tal-Artikolu 22 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija;

(a)

iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija;

(b)

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u tal-potenzjal taż-żona;

(b)

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u tal-potenzjal taż-żona;

(c)

deskrizzjoni ta’ approċċ integrat biex il-potenzjal u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp identifikati jiġu indirizzati;

(c)

deskrizzjoni ta’ approċċ integrat biex il-potenzjal u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp identifikati jiġu indirizzati;

(d)

deskrizzjoni tal-involviment tal-imsieħba f’konformità mal-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.

(d)

deskrizzjoni tal-involviment tal-imsieħba f’konformità mal-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.

Dawn jista’ jkun fihom ukoll lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati.

Dawn jista’ jkun fihom ukoll lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati.

2.   L-istrateġiji territorjali għandhom jitfasslu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali jew f’livell territorjali ieħor.

2.   L-istrateġiji territorjali għandhom jitfasslu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali , reġjonali jew f’livell territorjali ieħor.

3.   Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali jew f’livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.

L-operazzjonijiet li jintgħażlu għandhom jikkonformaw mal-istrateġija territorjali.

3.   Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali , reġjonali jew f’livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.

L-operazzjonijiet li jintgħażlu għandhom jikkonformaw mal-istrateġija territorjali.

4 .   Fil-każijiet fejn awtorità jew korp fil-livell urban, lokali jew f’livell territorjali ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta’ ġestjoni.

4 .     Meta jkunu qed jitħejjew l-istrateġiji territorjali, l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 23(2) jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti ta’ ġestjoni, f’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati skont il-programm rilevanti.

5 .   Jista’ jingħata appoġġ għat-tħejjija u għat-tfassil tal-istrateġiji territorjali.

5 .   Fil-każijiet fejn awtorità jew korp fil-livell urban, lokali , reġjonali jew f’livell territorjali ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta’ ġestjoni.

 

6.    Jista’ jingħata appoġġ għat-tħejjija u għat-tfassil tal-istrateġiji territorjali.

Raġuni

Jeħtieġ li jiġi indikat u jissaħħaħ ir-rwol tal-awtorità ta’ ġestjoni, bħala l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-PO, fil-proċess tal-iżvilupp ta’ strateġiji territorjali, li huma strument biex jintlaħqu l-objettivi tal-PO.

Fit-test għandu jkun hemm ukoll referenza għall-awtoritajiet reġjonali, f’konformità mal-Opinjoni tal-KtR COTER-VI/031, li tqis il-fatt li “il-kompiti u s-setgħat tal-korpi responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet mhumiex ikkunsidrati biżżejjed” bħala wieħed mill-ostakli ewlenin fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp territorjali integrat.

Jeħtieġ li jiġi indikat u jissaħħaħ ir-rwol tal-awtorità ta’ ġestjoni fit-tħejjija tal-istrateġiji territorjali. B’mod partikolari, dan għandu jinkludi l-obbligu li jitfasslu strateġiji għall-kooperazzjoni mal-awtorità rilevanti ta’ ġestjoni, u l-għoti tal-awtorità lill-awtorità ta’ ġestjoni biex dawn l-istrateġiji jiġu rikonċiljati mal-ambitu tal-PO.

Emenda 44

Artikolu 25(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-FEŻR, il-FSE+ u l-FEMS jistgħu jappoġġaw żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Il-FEŻR, il-FSE+ , l-FAEŻR, li għandu jiġi deżinjat bħala LEADER, u l-FEMS jistgħu jappoġġaw żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Raġuni

L-FAEŻR għandu wkoll jiġi inkluż meta jiġu appoġġjati azzjonijiet tas-CLLD u l-LEADER.

Emenda 45

Artikolu 27(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jew jagħżlu msieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala msieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment.

Raġuni

L-esperjenza wriet li huwa diffiċli li l-awtorità ta’ ġestjoni tagħżel msieħeb ewlieni jekk il-grupp ta’ azzjoni lokali ma jippreżentax entità legali konġunta. Meta jitqies li l-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom livell għoli ta’ responsabbiltà u għalhekk huma wkoll soġġetti għal żbalji potenzjali, huma għandhom ikunu obbligati jingħaqdu fi struttura kkostitwita legalment.

Emenda 46

Artikolu 31(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika għandu jkun dan li ġej:

Il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika għandu jkun dan li ġej:

(a)

għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta’ Koeżjoni: 2,5  % ;

(a)

għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta’ Koeżjoni: 5 % ;

(b)

għall-appoġġ tal-FSE+: 4 % u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+: 5 %;

(b)

għall-appoġġ tal-FSE+:5 %;

(c)

għall-appoġġ tal-FEMS: 6 %;

(c)

għall-appoġġ tal-FAEŻR: 5 %;

(d)

għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 6 %.

(d)

għall-appoġġ tal-FEMS: 6 %;

 

(e)

għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 6 %.

Raġuni

Ir-rata fissa (5 %) għal assistenza teknika għandha tkopri wkoll l-ESF +.

Emenda 47

Artikolu 33(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm (“kumitat ta’ monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.

L-Istat Membru – bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni rilevanti – għandu jwaqqaf kumitat , f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u mal-governanza f’diversi livelli u l-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tiegħu, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm (“kumitat ta’ monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.

[…]

[…]

Raġuni

Biex jiġi żgurat l-involviment adatt tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-partijiet interessati hija meħtieġa referenza għall-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju fl-Istati Membri u għall-Kodiċi ta’ Kondotta. Peress li l-kumitat ta’ monitoraġġ ġie stabbilit biex jimmonitorja programm partikolari, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment tiegħu.

Emenda 48

Artikolu 33(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru għandu jippubblika r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal- kumitat ta’ monitoraġġ fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1).

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha marbuta mal-ħidma tal- kumitat ta’ monitoraġġ fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1) jew tindika l-link għas-sit web rilevanti fejn ikunu disponibbli d-data u l-informazzjoni kollha .

Raġuni

Id-data u l-informazzjoni kollha għall-kumitati ta’ monitoraġġ għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni jiġu ppubblikati fis-siti web rilevanti stabbiliti speċifikament għal dan il-għan. Din il-prattika tajba għandha tissokta tul il-perjodu 2021-2027.

Emenda 49

Artikolu 35(1)(f)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

[…]

[…]

(f)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibilità;

(f)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibilità kif stabbiliti fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni ;

[…]

[…]

Raġuni

Aħna nipproponu li l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tinżamm u li din tkun approvata u emendata mill-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programm operattiv.

Emenda 50

Artikolu 35(1), żid punt ġdid wara l-punt (i)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

[…]

[…]

 

(j)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kull bidla fihom mingħajr preġudizzju għall-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3);

Raġuni

L-approvazzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun rekwiżit għall-metodoloġija u l-kriterji tal-għażla, għaliex inkella tiġi ostakolata l-ħidma tal-awtorità ta’ ġestjoni.

Emenda 51

Artikolu 35(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu japprova:

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu japprova:

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kull bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 67(2), mingħajr preġudizzju għall-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3);

(a)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF, mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(b)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF, mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(b)

il-pjan ta’ evalwazzjoni u kull emenda li ssir fih;

(c)

il-pjan ta’ evalwazzjoni u kull emenda li ssir fih;

(c)

kull proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-emendat ta’ programm eskluż għal trasferimenti f’konformità mal-Artikolu 19(5) u mal-Artikolu 21.

(d)

kull proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-emendat ta’ programm inkluż għal trasferimenti f’konformità mal-Artikolu 19(5) u mal-Artikolu 21.

(d)

kwalunkwe bidla fil-lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika msemmija fl-Artikolu 17(3)(d)(i), u l-informazzjoni msemmija taħt il-punti (d)(iii), (d)(vii) u (d)(j) tal-Artikolu 17 (3).

 

(e)

l-istrateġija tal-komunikazzjoni għall-programm operattiv u kwalunkwe emenda għal dik l-istrateġija.

Raġuni

L-approvazzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun rekwiżit għal bidliet fil-programm fil-forma ta’ bdil bejn l-assi prijoritarji taħt il-flessibilità ta’ 5 % (jew 10 %), għaliex inkella l-awtorità ta’ ġestjoni se tiġi mċaħħda mill-possibbiltà ta’ aġġustamenti fil-ħin. L-iskema tal-flessibbiltà titlef l-effettività.

Emenda 52

Artikolu 37(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva għal kull programm sal-31 ta’ Jannar, il-31 ta’ Marzu , il-31 ta’ Mejju , il-31 ta’ Lulju , it-30 ta’ Settembru t-30 ta’ Novembru ta’ kull sena f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VII.

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva għal kull programm sal-31 ta’ Jannar, il-31 ta’ Lulju u  l-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VII.

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31 ta’ Jannar 2022 u l-aħħar waħda sal-31 ta’ Jannar 2030.

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31 ta’ Jannar 2022 u l-aħħar waħda sal-31 ta’ Jannar 2030.

Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta’ Novembru.

Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta’ Novembru.

Raġuni

It-trasferiment ta’ data 6 darbiet fis-sena jikkawża piż amministrattiv sinifikanti u għandu jitnaqqas għal 3 darbiet fis-sena, kif kien il-każ taħt is-CPR attwali.

Emenda 53

Artikolu 43(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]

[…]

Il-koordinatur għall-komunikazzjoni għandu jinvolvi lill-korpi segwenti fl-attivitajiet ta’ viżibilità, trasparenza u komunikazzjoni:

Il-koordinatur għall-komunikazzjoni għandu jinvolvi lill-korpi segwenti fl-attivitajiet ta’ viżibilità, trasparenza u komunikazzjoni:

(a)

ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri; kif ukoll lil Ċentri ta’ Informazzjoni tal-Europe Direct u netwerks oħra, istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka;

(a)

ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri; kif ukoll lil Ċentri ta’ Informazzjoni tal-Europe Direct u netwerks oħra, istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka;

(b)

imsieħba u korpi rilevanti oħra.

(b)

l-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti fl-implimentazzjoni tal-programmi;

 

(c)

imsieħba u korpi rilevanti oħra.

Raġuni

Is-CPR għandu jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn il-livelli kollha tal-gvern involuti fl-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni tal-programmi.

Emenda 54

Artikolu 43(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tidentifika uffiċjal għall-komunikazzjoni għal kull programm (“ uffiċjal għall-komunikazzjoni tal-programm”)

Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tidentifika uffiċjal għall-komunikazzjoni għal programm wieħed jew aktar (“ uffiċjali għall-komunikazzjoni tal-programm”)

Raġuni

Sabiex tiġi appoġġjata l-integrazzjoni tal-fondi bil-għan li jinkiseb approċċ aktar olistiku bbażat fuq sinerġiji akbar, għandu jkun possibbli li jkun hemm uffiċjal wieħed għal diversi programmi. Dan jista’ jiżgura wkoll komunikazzjoni aktar koerenti bejn il-fondi.

Emenda 55

Artikolu 43(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha topera netwerk li tinkludi lill-koordinaturi għall-komunikazzjoni, lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni tal-programm u rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha topera netwerk li tinkludi lill-koordinaturi għall-komunikazzjoni, lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni tal-programm , lil rappreżentanti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni lil rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni.

Raġuni

Il-Kummissjoni tingħata l-kompitu li topera netwerk ta’ komunikaturi li jeħtieġ jinvolvi wkoll lill-KtR sabiex jiġu żgurati sinerġiji u kooperazzjoni.

Emenda 56

Artikolu 44, paragrafu ġdid wara paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom ifasslu strateġija ta’ komunikazzjoni għal kull programm operazzjonali. Strateġija ta’ komunikazzjoni komuni tista’ titfassal għal diversi programmi operazzjonali. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tieħu kont tad-daqs tal-programm jew programmi operazzjonali kkonċernati, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VIII.

L-Istat Membru u l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni jiġu applikati skont l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, sabiex jittejbu l-viżibbiltà u l-interazzjoni maċ-ċittadini, u li tali miżuri jirċievu l-aktar kopertura wiesgħa possibbli mill-midja.

Raġuni

L-istrateġija ta’ komunikazzjoni hija fattur ewlieni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ viżibilità u ta’ komunikazzjoni li bħalissa ninsabu ħerqana li nenfasizzaw. It-tneħħija għal kollox tagħhom tkun iġġib ċertu livell ta’ inċertezza fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, u riskju li ma jiġix żgurat livell minimu ta’ uniformità bejn id-diversi korpi u organizzazzjonijiet involuti biex dan seħħ.

Emenda 57

Artikolu 44(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 1 , mill-inqas xahar qabel il-ftuħ ta’ sejħa għall-proposti, sommarju qasir tas-sejħiet għall-proposti ippjanati u ppubblikati bid-data segwenti:

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 1 sommarju qasir tas-sejħiet għall-proposti ippjanati u ppubblikati bid-data segwenti:

[…]

[…]

Raġuni

Id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 44(2) jistgħu jwasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni, u fl-istess ħin jillimitaw il-flessibbiltà tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

Qed tiġi għalhekk proposta t-tneħħija tad-dispożizzjoni, filwaqt li l-amministrazzjonijiet individwali jagħmlu l-evalwazzjoni għall-għażla tal-aktar strumenti adatti biex tiġi żgurata l-akbar viżibbiltà tal-opportunitajiet ta’ finanzjament.

Alternattivament, jekk jitqies neċessarju li tinżamm id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, ikun meħtieġ li ż-żmien li fih issir il-pubblikazzjoni ma jkunx predefinit iżda jitħalla f’idejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-ippjanar tal-implimentazzjoni.

Emenda 58

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

1.     L-istrateġija ta’ komunikazzjoni mfassla mill-awtorità ta’ ġestjoni jeħtieġ tiġi ppreżentata lill-kumitat ta’ monitoraġġ għall-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 35(2)(e), mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-programm jew tal-programmi operazzjonali kkonċernati.

 

Meta strateġija ta’ komunikazzjoni komuni titfassal għal diversi programmi operazzjonali u tinvolvi diversi kumitati ta’ monitoraġġ, l-Istat Membru jista’ jinnomina kumitat ta’ monitoraġġ wieħed li jkollu r-responsabbiltà, f’konsultazzjoni mal-kumitati ta’ monitoraġġ rilevanti l-oħra, li japprova l-istrateġija ta’ komunikazzjoni komuni u kwalunkwe emenda sussegwenti ta’ dik l-istrateġija.

 

Fejn meħtieġ, l-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jemendaw l-istrateġija ta’ komunikazzjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni emendata jeħtieġ tiġi ppreżentata mill-awtorità ta’ ġestjoni lill-kumitat ta’ monitoraġġ għall-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 35(2)(e).

 

2.     B’eċċezzjoni għad-deroga mit-tielet sottoparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ ġestjoni jeħtieġ tinforma lill-kumitat jew kumitati ta’ monitoraġġ responsabbli tal-anqas darba f’sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 35(1)(f) u dwar l-analiżi tagħha tar-riżultati ta’ din l-implimentazzjoni, kif ukoll dwar l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ppjanati li ser isaħħu l-viżibilità tal-Fondi li għandhom jitwettqu s-sena ta’ wara. Il-kumitat ta’ monitoraġġ jeħtieġ jagħti opinjoni dwar l-attivitajiet u l-miżuri ppjanati għas-sena ta’ wara, inkluż dwar modi kif tiżdied l-effettività ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati lejn il-pubbliku.

Raġuni

Huwa ssuġġerit li tinżamm il-proċedura għall-approvazzjoni, l-emendar u s-segwitu tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, minħabba r-riżultati tajbin tagħha matul il-perjodu 2014-2020, u peress li tippermetti li l-kontroll tal-Kummissjoni jkun ibbażat fuq dokument organizzat u aċċessibbli, u b’hekk tiġi ffaċilitata s-superviżjoni.

Emenda 59

Artikolu 50(2)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

billi niddividu l-kostijiet mensili gross tal-impjiegi dokumentati riċentament bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta’ impjieg.

billi niddividu l-kostijiet mensili gross tal-impjiegi dokumentati riċentament bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli jew il-ftehimiet kollettivi msemmija fil-kuntratt ta’ impjieg.

Raġuni

Referenza għall-bażi għall-kuntratt ta’ impjieg.

Emenda 60

Artikolu 52(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta’ dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta’ dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq disponibbli .

Raġuni

L-istrumenti finanzjarji għandhom jintużaw mhux biss għall-investimenti ġodda iżda għall-investimenti b’mod ġenerali li huma finanzjarjament vijabbli u f’każ li s-sorsi tas-suq disponibbli ma jistgħux jipprovdu l-finanzjament.

Emenda 61

Artikolu 52, paragrafu ġdid wara paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fejn l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw il-finanzjament għall-impriżi, inklużi l-SMEs, dan l-appoġġ għandu jkun immirat lejn it-twaqqif ta’ impriżi ġodda, kapital fi stadju bikri, jiġifieri l-kapital inizjali u l-kapital biex tibda negozju, kapital għall-espansjoni, kapital għat-tisħiħ tal-attivitajiet ġenerali ta’ impriża, jew it-twettiq ta’ proġetti ġodda, il-penetrazzjoni ta’ swieq ġodda jew żviluppi ġodda minn impriżi eżistenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Tali appoġġ jista’ jinkludi investiment fl-assi kemm tanġibbli u intanġibbli kif ukoll kapital operattiv fil-limiti tar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u bil-ħsieb li jiġi stimulat is-settur privat bħala fornitur tal-finanzjament għall-impriżi. Jista’ jinkludi wkoll spejjeż tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferimenti jsiru bejn investituri indipendenti.

Raġuni

Is-CPR il-ġdid għandu jirreferi wkoll għad-definizzjoni wiesgħa ta’ investiment bħalma hemm fis-CPR attwali.

Emenda 62

Artikolu 53(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Strumenti finanzjarji ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu jitwaqqfu bħala wieħed mis-segwenti:

(a)

investiment ta’ riżorsi tal-programm fil-kapital ta’ entità legali;

(b)

blokki separati ta’ kontijiet fiduċjarji jew finanzjarji fl-istituzzjoni.

Strumenti finanzjarji ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu jitwaqqfu bħala wieħed mis-segwenti:

(a)

investiment ta’ riżorsi tal-programm fil-kapital ta’ entità legali;

(b)

blokki separati ta’ kontijiet fiduċjarji jew finanzjarji fl-istituzzjoni.

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju b’konformità mal-Arrikolu 67 .

Jekk il-korp magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni jimplimenta fond ta’ parteċipazzjoni, dan il-korp jista’ ulterjorment jagħżel korpi oħra biex jimplimenta fond speċifiku.

Jekk il-korp magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni jimplimenta fond ta’ parteċipazzjoni, dan il-korp jista’ ulterjorment jagħżel korpi oħra biex jimplimenta fond speċifiku.

Raġuni

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni mmexxija mis-suq tal-istrumenti finanzjarji u sabiex jittaffew ir-riskji tal-awditjar għall-għażla tal-korp li jimplimenta strument finanzjarju, hija kruċjali l-konformità mal-Artikolu 67. B’konformità mal-emenda, għandhom jiġu emendati wkoll il-premessa (44) u l-Artikoli 62(3) u 67(4).

Emenda 63

Artikolu 53(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kofinanzjament nazzjonali ta’ programm jista’ jingħata fil-livell tal- awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-fondi ta’ parteċipazzjoni, jew fil-livell ta’ fondi speċifiċi, jew fil-livell tal-investimenti f’riċevituri finali, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi. Jekk il-kofinanzjament nazzjonali jiġi pprovdut fil-livell ta’ investiment fir-riċevituri finali, il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju għandu jżomm evidenza dokumentata li turi l-eliġibbiltà tan-nefqa sottostanti.

Il-kofinanzjament nazzjonali ta’ programm jista’ jingħata mill- awtorità ta’ ġestjoni jew mill- fondi ta’ parteċipazzjoni, jew ta’ fondi speċifiċi, jew minn investituri privati jew reċivituri finali, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi. Jekk il-kofinanzjament nazzjonali jiġi pprovdut minn jew fil-livell ta’ investiment fir-riċevituri finali, il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju għandu jżomm evidenza dokumentata li turi l-eliġibbiltà tan-nefqa sottostanti.

Raġuni

M’hemm l-ebda raġuni għala għandha tiġi eskluża l-kontribuzzjoni proprja tar-riċevitur finali bħala kofinanzjament nazzjonali eliġibbli jekk hija maħsuba biex tiffinanzja l-istess investiment. Esklużjoni bħal din tikkostitwixxi l-issikkar mhux ġustifikat tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà meta mqabbla mal-għotjiet finanzjarji.

Emenda 64

Artikolu 59(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal ebda operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta’ attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.

Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet lil strumenti finanzjarji jew minnhom u għal ebda operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta’ attività produttiva minħabba falliment mhux doluż.

Raġuni

L-operazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu espliċitament eżenti mid-dispożizzjonijiet dwar id-durabilità. Din id-deroga ġiet introdotta b’suċċess kemm għall-perjodu 2007-2013 kif ukoll għall-perjodu 2014-2020.

Emenda 65

Artikolu 63(7)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku ta’ data skont l-Anness XII.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li , fejn adatt, l-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm ikunu jistgħu jitwettqu permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku ta’ data skont l-Anness XII.

[…]

[…]

Raġuni

Dan ikun jimponi piż bla bżonn biex l-iskambji kollha ta’ data jsiru b’mod elettroniku.

Emenda 66

Artikolu 64(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]

[…]

(c)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni , mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

(c)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru kkonċernat , mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni , mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tirċievi risposta komplta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu.

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru kkonċernat , mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tirċievi risposta komplta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu.

[…]

[…]

Raġuni

Dan għandu jgħin biex titħaffef l-implimentazzjoni peress li l-awtoritajiet ikkonċernati ma jkollhomx jistennew għal traduzzjoni addizzjonali, jekk ikun meħtieġ.

Emenda 67

Artikolu 67(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

B’talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel il-preżentazzjoni inizjali tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta’ monitoraġġ u qabel kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

 

Raġuni

Il-kondizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista’ titlob li tiġi kkonsultata dwar il-kriterji tal-għażla mhumiex ċari. Dan ikun jostakola l-awtonomija u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni.

Emenda 68

Artikolu 84(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej:

(a)

2021: 0,5  % ;

(b)

2022: 0,5  % ;

(c)

2023: 0,5  % ;

(d)

2024: 0,5  % ;

(e)

2025: 0,5  % ;

(f)

2026: 0,5  %

Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej:

(a)

2021: 2 % ;

(b)

2022: 2 % ;

(c)

2023: 2 % ;

(d)

2024: 2 % ;

(e)

2025: 2 % ;

(f)

2026: 2 %

Jekk programm jiġi adottat wara l-1 ta’ Lulju 2021, il-pagamenti parzjali preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

Jekk programm jiġi adottat wara l-1 ta’ Lulju 2021, il-pagamenti parzjali preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

Raġuni

Meta mqabbel mas-CPR attwali, l-ammont ta’ prefinanzjament annwali huwa imnaqqas wisq drastikament fis-CPR il-ġdid.

Emenda 69

Artikolu 85(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:

Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija magħmula skont il-punt (a) tal-Artikolu 46, l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagment għandhom ikunu l-ammonti ġustifikati mill-progress li sar f’l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati, skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 89(2);

(a)

fejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija magħmula skont il-punt (a) tal-Artikolu 46, l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagment għandhom ikunu l-ammonti ġustifikati mill-progress li sar f’l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati, skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 89(2);

(b)

fejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija magħmula skont il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 46, l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagment għandhom ikunu l-ammonti determinati skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 88(3);

(b)

fejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija magħmula skont il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 46, l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagment għandhom ikunu l-ammonti determinati skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 88(3);

(c)

għall-forom ta’ għotjiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 48(1), l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagament għandhom ikunu l-kostijiet ikkalkolati fuq il-bażi applikabbli.

(c)

għall-forom ta’ għotjiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 48(1), l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagament għandhom ikunu l-kostijiet ikkalkolati fuq il-bażi applikabbli.

 

(d)

fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat, l-applikazzjoni għal pagament tista’ tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna bil-kondizzjoni li dawk il-pagamenti bil-quddiem ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari.

Raġuni

Is-CPR attwali jipprovdi, fl-Artikolu 131(4)(b), il-possibbiltà li jitħallsu pagamenti bil-quddiem sa 40 %. Din l-għażla għandha tinżamm fis-CPR il-ġdid.

Emenda 70

Artikolu 86

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]

[…]

2.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f’konformità mal-Artikolu 53( 3 ), l-applikazzjonijiet għal pagament li tinkludi nefqa għall- i strumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament irid ikun tħallas lill-istrumenti finanzjarji u jista’ jkun sa 25 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għall-istrument finanzjarju skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti, skont il-prijorità u l-kategorija ta’ reġjun, jekk applikabbli;

(b)

l-ammont inkluż f’applikazzjonijiet għal pagament sussegwenti ppreżentati waqt il-perjodu ta’ eliġibbiltà għandhom jinkludu n-nefqa eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 62(1).

2.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f’konformità mal-Artikolu 53( 2 ), l-applikazzjonijiet għal pagament jinkludu nefqa għall-istabbiliment ta’ strumenti finanzjarji jew kontribuzzjoni għalihom .

3.     L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament, imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandu jitħallas mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard mis-sena finali tal-kontabbiltà.

Dan għandu jiġi żvelat separatament fl-applikazzjonijiet għal pagament.

 

Raġuni

Fil-perjodu 2014-2020, il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrumenti finanzjarji tillimita l-flessibbiltà tal-istrumenti stabbiliti u l-possibbiltà tal-ftuħ simultanju ta’ diversi prodotti finanzjarji. L-emenda hija bbażata fuq l-aqwa prattika għall-perjodu 2007-2013.

Emenda 71

Artikolu 88(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]

[…]

(c)

ir-regoli dwar il-kostijiet unitarji u s- somom f’daqqa korrispondent applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni;

(c)

ir-regoli dwar il-kostijiet unitarji , is- somom f’daqqa u r-rati fissi korrispondent applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni;

(d)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji korrispondenti, somom f’daqqa applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni.

(d)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji korrispondenti, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni.

Raġuni

Għall-koerenza tal-Artikolu.

Emenda 72

Artikolu 99(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenjna kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f’konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sas-26 ta’ Diċembru tat-tieni sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.

Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f’konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sal-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.

F’każ li pagament jitwaqqaf fuq bażi legali jew prekawzjonarja, l-estensjoni jeħtieġ tkun applikata wkoll.

Raġuni

Ir-regoli ta’ diżimpenn ma għandhomx jitqassru, iżda jibqgħu f’n+3, minħabba d-diffikultajiet attwali ta’ ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu biżżejjed kofinanzjament. L-iskadenza għandha wkoll tkun l-aħħar tas-sena.

Emenda 73

Artikolu 103(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta’ reġjuni, flimkien mal-lista ta’ reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta’ reġjuni, flimkien mal-lista ta’ reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII.

Din id-deċiżjoni tistipula wkoll it-tqassim annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru taħt il-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

Din id-deċiżjoni tistipula wkoll it-tqassim annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru taħt il-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

 

B’hekk l-allokazzjoni ġenerali minima mill-Fondi, kemm f’livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, jeħtieġ tkun ugwali għal 76 % tal-baġit allokat lil kull Stat Membru jew reġjun matul il-perjodu 2014-2020.

Raġuni

Ix-xibka ta’ sikurezza pprovduta mill-Kummissjoni fil-livell nazzjonali ma tipprevenix tnaqqis sproporzjonat f’żoni assistiti partikolari, li ma jkunx iġġustifikat mill-politika ta’ koeżjoni.

Emenda 74

Artikolu 104(7)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 2,5  % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta’ EUR 8 430 000 000 ).

Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 3,3  % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta’ EUR XX XXX XXX XXX ).

Raġuni

Il-proposta tal-Kummissjoni tkun twassal għal tnaqqis baġitarju sinifikanti għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni territorjali, minkejja l-inklużjoni ta’ azzjonijiet ġodda fl-abbozz ta’ Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Il-KtR għalhekk jissuġġerixxi li r-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea jiżdiedu għal 3,3 % tar-riżorsi globali għall-politika ta’ koeżjoni, li jagħmilha possibbli jiġu salvagwardjati l-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali eżistenti, il-kooperazzjoni interreġjonali kif ukoll il-kooperazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-metodu ta’ allokazzjoni attwali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea kif stabbilita fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jinżamm, peress li l-metodu ta’ allokazzjoni ġdid propost għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea jkun jiddiskrimina kontra Stati Membri u reġjuni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa tul il-fruntieri tagħhom (b’mod partikolari l-kriterju ġdid tal-25 kilometru).

Emenda 75

Artikolu 105(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta proposta minn Stat Membru fil-preżentazzjoni tagħha tal-Ftehim ta’ Sħubija jew fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, għal trasferiment:

(a)

ta’ mhux aktar minn 15 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta’ tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta’ tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;

(b)

mill-allokazzjonijiet għar-reġjuni aktar żviluppati jew reġjuni ta’ tranżizzjoni għal reġjuni inqas żviluppati.

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta proposta minn Stat Membru fil-preżentazzjoni tagħha tal-Ftehim ta’ Sħubija jew fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, għal trasferiment ta’ mhux aktar minn 15 % tal-allokazzjonijiet totali.

Raġuni

Għandu jkun hemm possibbiltajiet għal trasferimenti bejn il-kategoriji kollha ta’ reġjuni.

Emenda 76

Artikolu 106(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi għal kull prijorità.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi għal kull prijorità u r-rata ta’ kofinanzjament għall-programm .

Raġuni

L-iffissar tar-rata massima ta’ kofinanzjament fil-livell tal-PO (minflok ir-rati massimi għal kull prijorità) jippermetti aktar flessibbiltà fil-proċess tal-implimentazzjoni. Dawn jippermettu li l-kofinanzjament jiġi diversifikat fil-prijoritajiet skont it-tipi ta’ interventi.

Emenda 77

Artikolu 106(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

70 % għal reġjuni aktar żviluppati;

(b)

55 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni;

(c)

40 % għal reġjuni aktar żviluppati;

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

85 % għal reġjuni aktar żviluppati;

(b)

70 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni;

(c)

50 % għal reġjuni aktar żviluppati;

Ir-rati ta’ kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni l-aktar imbiegħda.

Ir-rati ta’ kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni l-aktar imbiegħda.

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-Fond ta’ Koeżjoni fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 70 % .

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-Fond ta’ Koeżjoni fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % .

Ir-Regolament ESF+ jista’ jistabbilixxi rati ta’ kofinanzjament ogħla għal azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw skont l-Artikolu [14] ta’ dak ir-Regolament.

Ir-Regolament ESF+ jista’ jistabbilixxi rati ta’ kofinanzjament ogħla għal azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw skont l-Artikolu [14] ta’ dak ir-Regolament.

Raġuni

Ir-rati ta’ kofinanzjament għandhom jinżammu fil-livell attwali.

Emenda 78

Artikolu 106(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-rata ta’ kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 % .

Ir-rata ta’ kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % .

[…]

[…]

Raġuni

Il-kofinanzjament għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu jinżamm għal 85 %.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

japprova l-għanijiet ewlenin li l-Kummissjoni ssegwi permezz tar-Regolament il-ġdid dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), b’mod partikolari biex timmodernizza l-politika ta’ koeżjoni billi tagħmilha iktar sempliċi, aktar flessibbli u aktar effettiva, u biex tnaqqas sostanzjalment il-piż amministrattiv bla bżonn għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni;

2.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ disponibbli għar-reġjuni kollha fl-Unjoni Ewropea, li kienet waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin għall-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni, u kienet ukoll messaġġ ewlieni minn #CohesionAlliance;

3.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-approċċ ta’ ġestjoni kondiviża huwa kkonfermat iżda jirrimarka li l-azzjonijiet jeħtieġ ikomplu jittieħdu “fil-livell territorjali l-aktar adatt” billi jissaħħu r-rwoli tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi tmexxija tal-programmi b’mod l-aktar qrib possibbli għaċ-ċittadini f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-governanza f’diversi livelli u tas-sħubija;

4.

jappella għal aktar semplifikazzjoni, pereżempju billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mir-regolamenti tal-għajnuna statali;

Objettivi u regoli ġenerali dwar l-appoġġ

5.

japprova l-ħames għanijiet politiċi ġodda, peress li, minn naħa, jikkorrispondu b’mod ġenerali mal-objettivi tematiċi preċedenti, u min-naħa l-oħra jippermettu aktar flessibbiltà minħabba d-definizzjonijiet usa’ tagħhom;

6.

iqis li t-tneħħija tal-FAEŻR mis-CPR hija tabilħaqq raġuni għal tħassib, għax dan jirriskja li jdgħajjef l-approċċ integrat tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fiż-żoni rurali, peress li l-iżvilupp rurali huwa komponent bażiku tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni. Sabiex jiżdiedu s-sinerġiji mal-iżvilupp rurali, il-Kumitat jitlob li l-FAEŻR jiġi introdott mill-ġdid fis-CPR (ara l-Opinjoni tal-KtR NAT-VI/034 dwar il-PAK); madankollu, japprezza l-fatt li fil-proposta għal Regolament dwar il-pjani strateġiċi tal-PAK (Artikolu 2), għal ċerti temi, hemm referenza għas-CPR il-ġdid, partikolarment għal kwistjonijiet ta’ żvilupp territorjali integrat;

7.

itenni li l-Fond Soċjali Ewropew għandu jibqa’ ankrat fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni għax huwa l-istrument ewlieni tal-UE li jinvesti fil-persuni u fil-kapital uman, biex jippromovi l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jtejjeb il-ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej;

8.

jenfasizza l-importanza tal-prinċipji tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli, u jitlob l-inklużjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta eżistenti bħala Anness għall-abbozz ta’ Regolament; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi ta’ Kondotta biex jiġi żgurat li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun jirrappreżenta sħubija sħiħa;

Approċċ strateġiku

9.

jinnota b’dispjaċir li l-proposta tal-Kummissjoni ma torbotx ma’ strateġija fit-tul imġedda bħala suċċessur tal-Istrateġija Ewropa 2020; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta strateġija tal-UE fit-tul ta’ dan it-tip għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u bbażata fuq governanza riformata li tinkorpora bis-sħiħ il-governanza f’diversi livelli;

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid bħala dokument aktar sempliċi u iqsar;

11.

jinsisti li kwalunkwe trasferiment bejn il-Fondi jew mill-Fondi lejn il-Programm InvestEU jew strumenti oħrajn tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta jew indiretta jeħtieġ jikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-governanza f’diversi livelli u m’għandux idgħajjef l-approċċ ibbażat fuq il-post tal-fondi;

12.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li tnaqqsu għadd ta’ kondizzjonijiet abilitanti u li, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet abilitanti tematiċi issa huma marbuta b’mod aktar ċar mal-oqfsa ta’ politika strateġiċi f’oqsma speċifiċi;

13.

jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-fatt li l-pagamenti mhumiex possibbli sakemm il-Kummissjoni ma tkunx infurmat lill-Istat Membru dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, peress li dan jista’ jkun fattur ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi;

14.

jitlob li s-sistema ġdida ta’ programmazzjoni jeħtieġ li tistabbilixxi minn issa l-allokazzjonijiet għas-snin kollha tal-perjodu ta’ programmazzjoni, inklużi l-allokazzjonijiet indikattivi għall-2026 u l-2027, sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn, fuq naħa, il-flessibbiltà addizzjonali u l-kapaċità tal-politika ta’ koeżjoni biex taġixxi u, min-naħa l-oħra, l-importanza li jinżamm l-approċċ ta’ investiment strateġiku fit-tul għall-politika ta’ koeżjoni li hija bbażata fuq il-perjodu sħiħ ta’ finanzjament ta’ 7 snin;

15.

itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-idea negattiva tal-kundizzjonalità makroekonomika li b’riżultat tar-rabta bejn il-FSIE u l-governanza ekonomika tfisser li l-bliet u r-reġjuni jispiċċaw ostaġġi minħabba l-fallimenti tal-gvernijiet nazzjonali. Il-politika ta’ koeżjoni, li ssegwi għanijiet li ftit li xejn għandhom x’jaqsmu mal-governanza makroekonomika, m’għandhiex tkun soġġetta għal kundizzjonalitajiet li ma jistgħux jiġu influwenzati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u mill-benefiċjarji oħra. Għaldaqstant, il-pagamenti lir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali ma għandhomx jiġu affettwati mill-impożizzjoni mhux xierqa tal-kundizzjonalitajiet makroekonomiċi mill-Istat Membru;

16.

jinnota, min-naħa l-oħra, analiżi insuffiċjenti tal-proċeduri operattivi għall-konnessjoni tas-Semestru Ewropew mal-politika ta’ koeżjoni, u nuqqas ta’ ċarezza dwar il-modalitajiet ta’ koordinazzjoni bejn l-interventi tal-politika ta’ koeżjoni u l-miżuri tal-Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi, u jinsisti li l-objettivi speċifiċi tal-politika ta’ koeżjoni jkunu dejjem rispettati b’mod li tissaħħaħ id-dimensjoni reġjonali tas-Semestru Ewropew;

17.

jemmen li l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonijiet abilitanti diġà jintervjeni b’mod effettiv f’oqsma ta’ riforma rilevanti għall-politika ta’ koeżjoni;

18.

jilqa’ bi pjaċir it-tisħiħ tal-istatus tal-istrumenti territorjali integrati, li jikkostitwixxu għodda unika biex jappoġġjaw approċċ “minn isfel għal fuq”; jisħaq, madankollu, dwar il-bżonn ta’ rispett akbar għall-mandat u l-kompetenzi tal-awtoritajiet responsabbli fl-għażla tal-operazzjonijiet;

Programmazzjoni

19.

jitlob semplifikazzjoni tal-istruttura tal-programmi, li ma jidhrux li huma ssemplifikati meta mqabbla mal-perjodu attwali. Iqis li ż-żmien previst biex jiġu approvati l-bidliet huwa twil wisq għaliex huwa l-istess bħal dak previst għall-approvazzjoni tal-programm;

20.

iqis li r-rata fissa suġġerita ta’ 2,5 % għal assistenza teknika għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għadha insuffiċjenti u, f’dan ir-rigward, jipproponi rata fissa ta’ 5 % għal assistenza teknika, b’kunsiderazzjoni wkoll tal-fatt li r-Regolament il-ġdid ma fihx objettiv speċifiku fir-rigward tal-bini tal-kapaċitajiet;

Monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tas-CPR il-ġdid li jsaħħaħ it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-implimentazzjoni tal-fondi, filwaqt li jfakkar fit-talba tal-KtR għal miżuri aktar preċiżi biex isaħħu r-responsabbiltà lokali u reġjonali u l-viżibilità tal-fondi SIE fil-livell lokali, u biex il-viżibbiltà tal-miżuri tal-politika ta’ koeżjoni tiżdied b’mod sostanzjali permezz ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni adatti, peress li dawn huma wieħed mill-vantaġġi distinti tal-integrazzjoni fl-UE għaċ-ċittadini fil-livell lokali;

22.

jissuġġerixxi, madankollu, li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jeħtieġ jitħallew jidentifikaw l-uffiċjal ta’ komunikazzjoni uniku għal aktar programmi bil-għan li tiżdied il-koerenza;

Appoġġ finanzjarju

23.

japprova d-dispożizzjonijiet ġodda maħsuba biex jiżdied l-użu ta’ alternattivi ta’ spejjeż semplifikati, kif ukoll d-dispożizzjonijiet ġodda li għandhom l-għan li jissemplifikaw l-użu ta’ strumenti finanzjarji u jintegrawhom aħjar fil-proċess ta’ programmazzjoni u implimentazzjoni;

Ġestjoni u kontroll

24.

iqis li l-eliminazzjoni tal-proċeduri għal awtoritajiet li jaħtru u awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni li jidentifikaw, u d-dipendenza dejjem akbar fuq is-sistemi ta’ ġestjoni nazzjonali, jikkostitwixxu tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-FSIE;

25.

japprezza s-semplifikazzjoni tar-regoli tal-verifika fis-CPR propost u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jsaħħu l-prinċipju tal-awditu uniku, li mhux biss inaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-programm, iżda jikkontribwixxi wkoll għall-proporzjonalità;

26.

jilqa’ bi pjaċir ukoll il-possibbiltà ta’ arranġamenti proporzjonati mtjeba għal programmi b’sistema ta’ ġestjoni u kontroll li taħdem sew u li għandhom rekord tajjeb;

Ġestjoni finanzjarja

27.

jesprimi t-tħassib tiegħu li l-livell ta’ prefinanzjament tnaqqas drastikament għal pagament annwali ta’ 0,5 % tal-appoġġ totali ta’ kull Fond u jitlob rata ogħla ta’ prefinanzjament ta’ mill-inqas 2 % bħala medja;

28.

jirrimarka li l-introduzzjoni mill-ġdid tar-regola “n+2” se tikkawża sovrappożizzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali mal-ewwel mira n+2 tal-perjodu l-ġdid, li jimponi piż amministrattiv qawwi fuq l-implimentazzjoni tal-programmi. F’dan ir-rigward, jitlob li tinżamm ir-regola attwali “n+3”;

Qafas finanzjarju

29.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li s-CPR il-ġdid iżomm l-arkitettura eżistenti bi tliet kategoriji ta’ reġjuni (reġjuni inqas żviluppati, reġjuni fi tranżizzjoni, reġjuni aktar żviluppati) fil-livell NUTS 2, u japprova l-bidla tal-livell limitu bejn reġjuni ta’ tranżizzjoni u reġjuni aktar żviluppati minn 90 % tal-medja tal-PDG per capita għal 100 %, peress li dan jirrifletti l-osservazzjonijiet tas-7 Rapport ta’ Koeżjoni dwar reġjuni b’PDG per capita qrib il-medja tal-UE, li jidhru qishom maqbudin f’“nassa ta’ dħul medju” b’rati ta’ tkabbir sinifikament aktar baxxi mill-medja tal-UE;

30.

jitlob li jinżamm il-livell attwali tar-rati ta’ kofinanzjament ta’ 85 % għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, ta’ 70 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni u ta’ 50 % għar-reġjuni aktar żviluppati fid-dawl tal-fatt li tnaqqis kumplessiv jista’ joħloq riskju ta’ diżimpenn ta’ fondi, b’mod partikolari f’reġjuni inqas żviluppati u jkun inaqqas ukoll l-attraenza tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari f’reġjuni aktar żviluppati;

31.

iqis li bl-istabbiliment ta’ livell limitu massimu għall-VAT bħala spiża eliġibbli (EUR 5 000 000) il-programmi jistgħu jsiru inqas attraenti għall-applikanti, partikolarment fil-każ ta’ proġetti infrastrutturali importanti;

32.

jappella lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-Annessi tar-Regolament skont l-emendi f’din l-Opinjoni, filwaqt li tiffoka fuq:

il-valorizzazzjoni tal-għarfien u l-miżuri għall-involviment tan-negozji ġodda u l-SMEs f’inizjattivi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti,

deskrizzjoni dettaljata tar-rekwiżiti għal strateġiji ta’ komunikazzjoni,

rivalutazzjoni ta’ somma ponderata tas-sehem tal-popolazzjoni ta’ reġjuni tal-fruntiera NUTS 3 u NUTS 2 u s-sehem tal-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali,

kunsiderazzjoni tal-effetti reġjonali tal-allokazzjoni totali massima mill-Fondi għal Stat Membru.

Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(2)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta’ Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8.2014, p. 1).

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej(ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej(ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(1)   Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).


Top