This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015IR1690
Opinion of the European Committee of the Regions — Review of the ‘Audiovisual Media Services’ Directive
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva
ĠU C 423, 17.12.2015, pp. 30–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
17.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva
(2015/C 423/06)
|
I. KUMMENTI ĠENERALI
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
|
1. |
iqis li huwa xieraq li tiġi riveduta d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (SMA) fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi li qed jevolvu kostantament, is-sitwazzjoni ġeopolitika u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-modi ta' produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-midja awdjoviżiva; |
|
2. |
ifakkar fl-importanza li tinżamm referenza espliċita għad-diversità kulturali bħala pilastru fundamentali tad-Direttiva dwar l-SMA, partikolarment fid-dawl tal-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali; għaldaqstant, il-KtR josserva li l-Midja tas-Servizz Pubbliku reġjonali – rappreżentata fl-Europa mill-CIRCOM – tipprovdi dan is-servizz, u xxandar aħbarijiet u programmi qrib sew tat-territorji kif ukoll tal-komunitajiet ta' lingwi minoritarji; |
|
3. |
jenfasizza l-bżonn ta' politiki favur il-pluraliżmu tal-midja tal-informazzjoni, il-protezzjoni tal-libertajiet individwali u l-konformità mal-istandards internazzjonali li huma garanzija tad-demokrazija; josserva li ser ikollhom jiġu żviluppati inizjattivi ġodda biex tiġi garantita midja indipendenti u pluralistika bħala l-pilastru tad-demokrazija reġjonali u lokali; |
|
4. |
jisħaq fuq il-bżonn li fid-Direttiva dwar l-SMA titqies id-dimensjoni reġjonali b'mod partikolari biex jissaħħu l-identitajiet kulturali Ewropej, il-koproduzzjonijiet transkonfinali fi ħdan l-UE u l-innovazzjonijiet kreattivi lokali; |
|
5. |
jinnota s-saħħa ekonomika tal-industrija kulturali, il-kapaċità kbira tagħha li toħloq il-valur u l-potenzjal li għandha f’termini ta’ impjiegi ta’ kwalità fis-setturi ekonomiċi tal-ġejjieni; |
|
6. |
jaqsam l-istess rieda li esprimiet il-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha ''It-tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva Konverġenti b’Mod Komplet: Tkabbir, Ħolqien u Valuri'' li 'tiżgura l-akbar aċċess possibbli għal kontenut Ewropew diversifikat għall-Ewropej kollha u biex tiżgura l-usa' għażla ta’ offerti ta’ kwalità għolja'; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' regolamentazzjoni dwar l-aċċessibbiltà għas-servizz pubbliku awdjoviżiv reġjonali, biex ikun magħruf b'mod partikolari l-ambitu u l-entità tas-servizzi proposti; |
|
7. |
jinnota b’sodisfazzjon ix-xewqa espressa mill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-Istrateġija għas-suq uniku diġitali, li timmodernizza l-leġislazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u li tiżgura bilanċ ġust bejn l-interessi ta' min ikun ħoloq il-prodott u tal-utenti sabiex jiġi promoss aċċess għall-kultura u d-diversità kulturali; |
|
8. |
jinsisti fuq l-utilità tas-sistema doppja li hija karatteristika tal-qasam awdjoviżiv Ewropew, li tiżgura l-koeżistenza stimulanti ta’ atturi pubbliċi u privati, u jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-finanzjament pubbliku sostenibbli u suffiċjenti ta’ operaturi awdjoviżivi pubbliċi biex iwettqu l-kompiti ta’ servizzi pubbliċi, kemm jekk huma servizzi lineari kif ukoll jekk huma non-lineari; dan għandu jsir b'rispett sħiħ tar-regoli Ewropej applikabbli għall-finanzjament tas-servizzi pubbliċi tax-xandir awdjo diġitali; |
|
9. |
itenni l-importanza ta’ regolament effettiv dwar l-SMA, li jfisser b'mod partikolari kooperazzjoni reali bejn ir-regolaturi u l-indipendenza tar-regolaturi nazzjonali kemm mill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll minn atturi awdjoviżivi u mill-partiti politiċi; |
|
10. |
jenfasizza fuq il-funzjoni ta' koeżjoni soċjali, li tant hija essenzjali għaċ-ċittadinanza Ewropea, li għandha l-midja awdjoviżiva Ewropea; |
|
11. |
iqis li estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva dwar l-SMA hija neċessarja, li tinkludi wkoll kontenut awdjoviżiv li ma jistax jiġi kwalifikat bħala “televiżiv”; |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
L-ambitu tad-Direttiva
|
12. |
iqis li l-ambitu tad-Direttiva dwar l-SMA għandu jkopri kull tip ta' fornituri ta’ kontenut awdjoviżiv, inklużi dawk li jipprovdu hosting tal-kontenut iġġenerat mill-utenti; |
|
13. |
jirrakkomanda li tiġi analizzata r-rilevanza tal-ħolqien potenzjali ta’ kategoriji ġodda ta’ fornituri ta’ servizzi, li jitqiesu bħala distributuri tas-servizzi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva, indipendentement mill-pjattaforma tax-xandir; |
|
14. |
fil-każ li jinħolqu kategoriji ġodda, jenfasizza l-importanza li, possibbilment, jiġu ppreżentati dawn il-kategoriji ġodda ta’ fornituri tas-servizzi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva, skont in-natura tal-attività tagħhom; |
|
15. |
jinnota li, wara li jkun għadda l-istadju tal-għażla tal-programm, il-konsumatur jitqiegħed f’sitwazzjoni ta’ osservazzjoni simili, kemm jekk is-servizz ikun lineari u anki jekk mhux lineari, u għalhekk id-differenza fit-trattament li tagħti d-Direttiva dwar l-SMA lis-servizzi lineari u mhux lineari fir-rigward tal-protezzjoni tal-minuri u tal-komunikazzjoni kummerċjali għandhom jiġu adattati; |
|
16. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiċċara l-kunċett ta’ “responsabbiltà editorjali” li tikkaratterizza l-attività ta’ fornitur ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva, kif jinsab fid-Direttiva attwali, sabiex dan jiġbor fih kemm ir-responsabilità tal-ħolqien tas-servizz kif ukoll ir-responsabbiltà legali marbuta; |
|
17. |
jitlob li d-Direttiva tinkludi distinzjoni ċara fir-regoli applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva li jeżerċitaw kontroll editorjali sħiħ fuq is-servizzi u l-programmi li joffru u l-fornituri ta’ servizzi li ma jeżerċitawx tali kontroll, bħad-distributuri ta’ servizzi u tas-servizzi over-the-top (OTT) inkluż il-magni tat-tiftix, in-netwerks soċjali, l-aggregaturi tal-kontenut, is-servizzi tal-kummerċ elettroniku, il-portali jew is-servizzi ta' skambju onlajn; |
|
18. |
jinnota li l-midja lokali u reġjonali jinsabu taħt pressjoni dejjem ikbar. Hemm ir-riskju li tgħib il-provvista tal-aħbarijiet lokali. Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tal-kontenut tal-aħbarijiet lokali u reġjonali u midja pluralistika għandu jinħoloq qafas legali għal kooperazzjoni pubblika/privata u, fejn hemm bżonn, il-leġislazzjoni tiġi adattata biex jiġu evitati t-tfixkil tas-suq jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni; |
Il-valutazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini
|
19. |
kif esprima fl-opinjoni tiegħu dwar iċ-ċinema Ewropea fl-era diġitali (1), jitlob valutazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini hekk kif jinsab fid-Direttiva dwar l-SMA b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari tal-kwistjonijiet ta' ċertezza legali neċessarja għall-iżvilupp tal-atturi awdjoviżivi Ewropej Għalhekk għandha tiġi analizzata r-rilevanza li tingħata ħarsa wkoll lejn l-hekk imsejjaħ ''prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni'' bħalma hemm f'xi Stati Membri, sakemm dan ma jnaqqasx mill-kontenut tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini; |
|
20. |
iqis, bħall-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar it-tħejjija għal dinja awdjoviżiva konverġenti b’mod komplet, li hemm bżonn li r-regoli tal-liġi Ewropea jiġu adattati għar-realtajiet tal-internet u tal-ambjent diġitali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kumpaniji li joffru kontenut awdjoviżiv online li jippruvaw jevadu t-taxxa f’xi Stati Membri billi jistabbilixxu rwieħhom f’pajjiżi fejn hemm rati tat-taxxa baxxi; |
|
21. |
iħeġġeġ li tissaħħaħ u tinfirex (b'mod partikolari għas-servizzi non-lineari) id-dispożizzjoni attwali prevista f'Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-SMA li għandha l-għan li tipprevjeni l-evażjoni tal-miżuri Ewropej u nazzjonali; |
|
22. |
iqis adegwat li l-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva stabbiliti barra mill-UE li jindirizzaw udjenzi fl-UE jkunu meħtieġa li jirreġistraw jew jaħtru rappreżentant fi Stat Membru (pereżempju, il-pajjiż prinċipali mmirat; |
|
23. |
iqis li l-kriterju prinċipali li jgħaqqad fornitur tal-SMA ma' Stat Membri għandu jkun il-kriterju tal-post ta’ negozju, jiġifieri l-post fejn hija impjegata l-biċċa l-kbira tal-forza tax-xogħol f'attivitajiet relatati mal-SMA; |
Aċċessibbiltà
|
24. |
jinnota l-importanza dejjem tikber tas-servizzi OTT – definiti bħala mod ta' distribuzzjoni tal-kontenut permezz tal-internet u mingħajr azzjoni intermedjarja li jipprovdu servizzi tal-internet lil hinn mit-trasport tad-data – ir-rwol tagħhom li dejjem jikber ta’ konnessjoni bejn iċ-ċittadini u l-kontenut awdjoviżiv, jenfasizza l-utilità ta’ regolamentazzjoni effettiva applikata għal dawn is-servizzi biex jiżguraw l-aċċess għal provvista pluralistika ta’ informazzjoni u d-diversità tal-kontenut awdjoviżiv; |
|
25. |
jemmen li huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-produtturi ta’ kontenut awdjoviżiv lokali u reġjonali jkollhom aċċess ugwali għaċ-ċittadini, inkluż fejn tali kontenut jixxandar minn aggregaturi; |
|
26. |
iqis li dan il-prinċipju ta’ aċċess ugwali għaċ-ċittadini minn produtturi lokali u reġjonali ta' kontenut awdjoviżiv, għandu jiggwida r-riflessjoni tal-korpi Ewropej; |
|
27. |
jitlob għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jiżguraw li s-servizzi OTT u l-fornituri tas-servizzi tal-internet u tat-telekomunikazzjonijiet ma' jkunux jistgħu bl-ebda mod jiffavorixxu l-kontenut tagħhom stess jew l-kontenut tal-għażla tagħhom meta jaġixxu bħala distributuri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, b’mod partikolari biex jippromwovu d-diversità kulturali. Il-punt kruċjali hawnhekk huwa li għandhom jiġu rispettati u żgurati l-kwalità u l-integrità tas-sinjal tal-kanal tal-programmi, bħalma jinħareġ mill-korp tax-xandir; |
|
28. |
sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-prinċipji tad-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-midja, jafferma li t-tiftix u s-sejba ta’ kontenut awdjoviżiv ma tistax fi kwalunkwe każ tiddependi minn interessi ekonomiċi; |
|
29. |
jitlob li jiġi żgurat, matul ir-reviżjoni tad-Direttiva, li jiġu adottati l-miżuri neċessarji li jħarsu l-integrità tal-kontenut, kemm tal-awturi ta' dan il-kontenut kif ukoll tal-konsumaturi; |
L-imblukkar ġeografiku
|
30. |
iqis li r-rimunerazzjoni ġusta tal-awturi ta’ kontenut awdjoviżiv hija prerekwiżit li m'għandux ikun hemm dubju minnu; |
|
31. |
jemmen li huwa neċessarju li f’dinja diġitali konverġenti, tiġi żgurata katina ta' valur stimulanti għall-produzzjoni awdjoviżiva Ewropea; |
|
32. |
iqis li l-kontenut awdjoviżiv reġjonali u lokali finanzjat u żviluppat mill-fondi pubbliċi għandu jkun disponibbli kullimkien fl-UE. M'għandux ikun hemm ostakli diġitali għal dan; |
|
33. |
jitlob lill-Kummissjoni biex meta tkun qed tikkunsidra l-imblukkar ġeografiku tal-kontenut awdjoviżiv tqis l-ispeċifiċità kulturali tat-tali kontenut; |
|
34. |
bl-istess mod jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-passi meħtieġa biex tappoġġja l-fornituri Ewropej tal-kontenut awdjoviżiv u d-distributuri Ewropej u nazzjonali; |
|
35. |
iqis li l-prinċipju tat-territorjalità tad-dritt tal-awtur għandu jinżamm billi dan il-mekkaniżmu wera l-effikaċja tiegħu sabiex tiġi żgurata rimunerazzjoni lill-awturi u biex jippromwovi l-ħolqien ta' kontenut awdjoviżiv Ewropew ta’ kwalità; |
|
36. |
jappoġġja l-introduzzjoni tal-portabilità tad-drittijiet mill-utenti tal-SMA u, b’mod partikolari, il-portabilità ta’ drittijiet relatati ma’ abbonamenti awdjoviżwali, li jippermettilhom aċċess għas-servizzi li għandhom fil-pajjiż tagħhom huma u jivvjaġġaw f'postijiet oħra fl-Unjoni Ewropea; |
|
37. |
jitlob li tingħata attenzjoni speċjali wkoll lill-minoranzi lingwistiċi u kulturali tal-Unjoni Ewropea li huma affettwati mill-politiki tal-imblukkar ġeografiku li jimpedixxi lill-persuni kkonċernati milli jkollhom aċċess għall-SMA fil-lingwa tagħhom; |
Xogħlijiet Ewropej u indipendenti
|
38. |
jinkoraġġixxi lill-atturi kollha tal-qasam awdjoviżiv tal-Ewropa sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ kontenut ta’ kwalità għolja sabiex tissaħħaħ l-attrazzjoni tal-provvista Ewropea tas-servizzi lineari u mhux lineari; |
|
39. |
jenfasizza l-importanza li tkun effettiva d-Direttiva dwar l-SMA li tirrakkomanda “li jiġu adottati miżuri adattati sabiex jinkoraġġixxu l-attività u l-iżvilupp tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni awdjoviżwali Ewropea, partikolarment f’pajjiżi b’kapaċità baxxa ta' produzzjoni awdjoviżwali jew żona ristretta tal-lingwa”, ukoll fuq livell reġjonali; |
|
40. |
jitlob li għas-servizzi lineari u mhux lineari, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jimplimentaw sistemi ta’ kontribut finanzjarju li jappoġġja l-katina awdjoviżiva kollha, inkluż il-produzzjoni tax-xogħlijiet Ewropej, kif attwalment huwa stabbilit, fuq bażi fakultattiva, għal servizzi mhux lineari fl-Artikolu 13 tad-Direttiva, u inkluża l-kisba tad-drittijiet għal dawn ix-xogħlijiet u l-promozzjoni tagħhom; |
|
41. |
billi jsegwi l-istess għan ta' promozzjoni tax-xogħlijiet u tal-programmi Ewropej ta' kwalità, iqis li miżuri iktar avvanzati għall-armonizzazzjoni ta' din il-promozzjoni għas-servizzi lineari kif ukoll non-lineari huma neċessarji; |
Il-ħarsien tal-konsumatur
|
42. |
jirrakkomanda li jitħarsu l-prinċipji ewlenin tal-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali u li d-dispożizzjonijiet ġodda li għandhom jiġu adottati fil-qafas tal-konverġenza jiffukaw fuq l-ispazju dedikat għat-tfassil ta' dan il-programm; |
|
43. |
jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar prattiki ġodda ta’ riklamar u strateġiji żviluppati fuq is-servizzi non-lineari, li għandhom l-għan li jżidu l-effikaċja ta’ messaġġi u l-perikli potenzjali li jinvolvu fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ħajjiet privati u d-data personali tagħhom; |
|
44. |
jitlob, għalhekk, l-introduzzjoni ta’ korp koerenti u unitarju ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ konsumaturi ta’ servizzi lineari u mhux lineari tal-midja awdjoviżiva; |
|
45. |
jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rabta bejn kwistjonijiet relatati ma' dak li jidher li hu bla ħlas, l-aċċessibbiltà, il-kwalità tal-kontenut u r-riskji li jolqtu l-libertajiet individwali taċ-ċittadini, inkluż l-użu tal-informazzjoni personali tagħhom; |
|
46. |
jenfasizza kif il-promozzjoni ta' kompetenza diġitali iktar mifruxa u konxja, issaħħaħ il-kapaċità ta' kontroll u ta' prevenzjoni taċ-ċittadini u r-rappreżentanzi tagħhom fuq il-periklu li, fil-livelli ekonomiku-kummerċjali u kulturali, jitbattlu l-partikolarità u d-differenzi territorjali, sabiex tingħata offerta omoġenja tal-Midja tas-Servizz Pubbliku eġemonu ta' min għandu s-sjieda tan-netwerk; |
Protezzjoni tal-minuri
|
47. |
jissuġġerixxi regolament simili għall-programmi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-minuri, irrispettivament mill-mod ta’ kif jaċċessaw dawn il-programmi u s-sorsi ta' trażmissjoni kemm għal servizz lineari kif ukoll servizz mhux lineari; jenfasizza li fil-maġġoranza tas-servizzi tal-midja pubbliċi Ewropej, nazzjonali u reġjonali l-programmi u l-ispazji ta' trasmissjoni għall-minuri huma rregolati b'mod kuntrattwali jew legali; |
|
48. |
jappella għall-introduzzjoni ta’ inċentivi favur il-kontenut speċifikament iddisinjat u adattat għat-tfal kif ukoll il-promozzjoni ta' sħubiji bejn operaturi awdjoviżivi u l-komunità tal-edukazzjoni fl-ambjent diġitali. Ser ikollhom jinħolqu programmi edukattivi sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu, fi stadju bikri, jitrawmu f'kull tip ta' midja soċjali, kontenut diġitali u provvista ta' informazzjoni eċċ.; |
Il-litteriżmu medjatiku
|
49. |
jappella għal aktar promozzjoni ta' kontenut relatat mal-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari l-midja l-ġdida; jappella biex il-midja kollha disponibbli – diġitali u analoga – tiġi applikata b'mod intelliġenti biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja u tieħu ħsieb li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-midja bl-aħjar mod possibbli; |
Stampa onlajn
|
50. |
iqis li hemm bżonn ta' eżami profond tal-opportunità li fil-qasam ta' din id-direttiva jiġu integrati ċerti sezzjonijiet tal-istampa online (vidjo) u s-servizzi ta' downloading (download-to-rent u download-to-own) b’mod partikolari permezz ta’ reviżjoni tad-definizzjoni ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva”; |
|
51. |
jinnota li l-mandat ta’ negozjar tat-TTIP jistipula espressament li “il-Ftehim ma għandux jinkludi dispożizzjonijiet li jirriskjaw li jagħmlu ħsara lid-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jiġifieri fis-settur kulturali u lanqas jillimitaw lill-Unjoni u lil dawk l-Istati Membri tagħha milli jżommu l-politiki u l-miżuri eżistenti b'appoġġ għas-settur kulturali minħabba l-istatus speċjali tiegħu fi ħdan l-UE u l-Istati Membri tagħha”; |
Regolament
|
52. |
jappoġġja li fid-Direttiva dwar l-SMA, jiġu inklużi l-prinċipji msejsa fid-dikjarazzjoni tat-twaqqif tal-ERGA – il-grupp ta’ regolaturi Ewropej tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva – li tgħid li 'l-identifikazzjoni, fil-livell Ewropew, ta’ karatteristiċi komuni li r-regolaturi indipendenti kollha għandu jkollhom' f’termini ta’ indipendenza, ta' teħid ta’ deċiżjonijiet u ħatra trasparenti, ta' kompetenza u għarfien, ta' setgħat ta' implimentazzjoni effikaċi, il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni tat-tilwim u r-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tar-regolaturi minn awtorità ġudizzjarja. |
Brussell, it-13 ta' Ottubru 2015.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Markku MARKKULA
(1) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52014IR3660&from=EN