Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AE2453

    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal” (COM(2015) 121 final – 2015/0063 COD)

    ĠU C 332, 8.10.2015, p. 81–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 332/81


    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal”

    (COM(2015) 121 final – 2015/0063 COD)

    (2015/C 332/10)

    Nhar il-25 ta’ Marzu 2015 u t-23 ta’ Marzu 2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

    “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal”

    [COM(2015) 121 final – 2015/0063 COD].

    Billi l-Kumitat diġà ta fehemtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-Opinjoni tiegħu dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002”, adottat fit-13 ta’ Frar 2013 (1), u fl-Opinjoni tiegħu dwar “Pjan ta’ Azzjoni għal Strateġija Marittima fiż-żona tal-Atlantiku – Il-provvediment ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, adottata fit-18 ta’ Settembru 2013 (2), iddeċieda, matul il-508 sessjoni plenarja tiegħu tas-27 u t-28 ta’ Mejju 2015 (is-seduta tat-27 ta’ Mejju 2015), b’173 vot favur u 10 astensjonijiet, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jirreferi għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti imsemmija.

    Brussell, is-27 ta’ Mejju 2015.

    Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Henri MALOSSE


    (1)  ĠU C 133, 9.5.2013, p. 41.

    (2)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 77.


    Top