This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0237
P7_TA(2014)0237 Asylum, Migration and Integration Fund ***I European Parliament legislative resolution of 13 March 2014 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council establishing the Asylum and Migration Fund (COM(2011)0751 — C7-0443/2011 — 2011/0366(COD)) P7_TC1-COD(2011)0366 Position of the European Parliament adopted at first reading on 13 March 2014 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2014 of the European Parliament and of the Council establishing the Asylum, Migration and Integration Fund, amending Council Decision 2008/381/EC and repealing Decisions No 573/2007/EC and No 575/2007/EC of the European Parliament and of the Council and Council Decision 2007/435/EC
P7_TA(2014)0237 Il-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD)) P7_TC1-COD(2011)0366 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
P7_TA(2014)0237 Il-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD)) P7_TC1-COD(2011)0366 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
ĠU C 378, 9.11.2017, p. 649–651
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/649 |
P7_TA(2014)0237
Il-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 378/69)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0751), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 78(2) u 79(2) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0443/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012 (1) |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012 (2), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta’ negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta (3), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0022/2014), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni meħmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0020.
P7_TC1-COD(2011)0366
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 516/2014.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjonijiet mill-Parlament Ewropew
L-Artikolu 80 tat-TFUE:
“Il-Paralament Ewropew, fid-dawl tal-ħtieġa li dan ir-Regolament jiġi adottat fil-ħin biex il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (‘il-Fond’) jiġi implimentat sa mill-bidu tal-2014, fl-interessi li jintlaħaq ftehim għal dak il-għan, u fid-dawl tal-intransiġenza tal-Kunsill, aċċetta t-test tar-Regolament kif maqbul hawn fuq. Madankollu, il-Parlament Ewropew itenni l-fehma tiegħu – li żamm matul in-negozjati ta' dan ir-Regolament – li l-bażi ġuridika korretta għall-Fond tinkludi it-tieni sentenza tal-Artikolu 80 tat-TFUE bħala bażi ġuridika konġunta. Din il-bażi ġuridika hija mfassla biex ikollha effett fuq il-priċipju ta' solidarjetà kif espressa fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 80 tat-TFUE. B'mod partikolari, il-Fond jimplimenta l-prinċipju ta' solidarjetà fid-dispożjonijiet tiegħu dwar it-trasferiment tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali (l-Artikoli 7 u 18) u fid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar ir-risistemazzjoni (l-Artikolu 17). Il-Parlament Ewropew jenfasizza l-fatt li l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament hija strettament mingħajr preġudizzju għall-firxa ta' bażijiet ġuridiċi disponibbli għall-koleġiżlatur fil-futur, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 80 tat-TFUE”.
Rilokazzjoni:
“Bil-għan li r-rilokazzjoni tiġi promossa bħala għodda ta' solidarjetà u ttejjeb il-kundizzjonijiet relatati mar-rilokazzjoni, il-Parlament Ewropew jitlob lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO), f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea (KE), jiżviluppa manwal u metodoloġija dwar ir-rilokazzjoni, wara mmappjar tal-aħjar prattiki ta' rilokazzjoni fl-Istati Membri, inklużi sistemi ta' organizzazzjoni interni u kundizzjonijiet ta' akkoljenza u ta' integrazzjoni. Sabiex jinħoloq inċentiv għar-rilokazzjoni u jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni għall-Istati Membri parteċipanti, il-Parlament Ewropew talab ukoll lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil jipprovdi l-għarfien dwar ir-rilokazzjoni u, f'kooperazzjoni mal-KE, jikkoordina netwerk ta' esperti dwar ir-rilokazzjoni, li jkun jista' jiltaqa' regolarment għal-laqgħat tekniċi dwar kwistjonijiet ta' prattiki speċifiċi u leġiżlattivi, kif ukoll jipprovdi appoġġ dwar l-użu tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għar-rilokazzjoni. Il-Parlament Ewropew talab lill-KE timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-evoluzzjoni u t-titjib tas-sistema tal-ażil fl-Istati Membri li jibbenefikaw mir-rilokazzjoni.”
Dikjarazzjoni mill-Kunsill
Artikolu 80 TFUE:
“Il-Kunsill jissottolinja l-importanza tal-prinċipju ta' solidarjetà u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà li, skont l-Artikolu 80 tat-TFUE, għandu jiġi implimentat f'atti tal-Unjoni adottati skont il-Kapitolu tat-TFUE dwar il-politiki dwar il-kontrolli tal-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni. Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil fih miżuri xierqa biex il-prinċipju msemmi hawn fuq jiġi implimentat. Madankollu, il-Kunsill itenni l-fehma tiegħu li l-Artikolu 80 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali fit-tifsira tad-dritt tal-UE. Fil-Kapitolu msemmi, l-Artikolu 77(2) u (3), l-Artikolu 78(2) u (3) u l-Artikolu 79(2), (3) u (4) tat-TFUE biss fihom bażijiet legali li jippermettu lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE jadottaw atti legali tal-UE.”
Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni
Artikolu 80 TFUE:
“Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u sabiex tkun żgurata l-adozzjoni immedjata tal-proposta, tappoġġja t-test finali; madankollu tiġbed l-attenzjoni li dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha ta' inizjattiva fir-rigward tal-għażla tal-bażijiet legali, b'mod partikolari r-referenza għall-użu futur tal-Artikolu 80 TFUE.”
Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (EMN):
“Il-Kummissjoni, fi spirtu ta’ kompromess, tappoġġja t-test finali tal-Artikolu 23 li jiżgura finanzjament kontinwu lill-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni filwaqt li żżomm l-istruttura,, l-objettivi u l-governanza attwali tagħha, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha ta’ inizjattiva fir-rigward ta’ reviżjoni futura aktar komprensiva tal-istruttura u l-operat ta’ dan in-netwerk, kif previst fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-Artikolu 23.”