Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0181

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD))

ĠU C 378, 9.11.2017, p. 276–296 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/276


P7_TA(2014)0181

L-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 378/35)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi  (2) jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Id-dejta statistika affidabbli hija l-bażi għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (3) .

(3)

Dejta statistika affidabbli , eżatta u utli hija essenzjali għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-indipendenza tal-Eurostat għandha tissaħħaħ skont il-proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta’ prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat f'dak ir-Regolament .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tindirizza l-bżonn ta’ informazzjoni statistika affidabbli li tippermetti lill-politiki tal-Unjoni jirrispondu aħjar għar-realtajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali fil-livell reġjonali.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-AMR, li huwa bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi li l-valuri tagħhom jitqabblu mal-limiti stabbiliti tagħhom, huwa strument inizjali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Kummissjoni tidentifika l-Istati Membri li tqis li l-iżviluppi jeħtieġu analiżi ddettaljata ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata jekk jeżistux żbilanċi jew ir-riskju li dawn jitfaċċaw. L-AMR għandu jinkludi d-dejta rilevanti għall-MIP. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-katalizzaturi tal-iżviluppi osservati jiġu analizzati fil-fond fir-reviżjonijiet ddettaljati sussegwenti bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura tal-iżbilanċi. It-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti stabbiliti huma interpretati b'mod mekkaniku, iżda huma suġġetti għal qari ekonomiku. Meta twettaq reviżjonijiet iddettaljati, il-Kummissjoni teżamina firxa wiesgħa ta' varjabbli ekonomiċi u ta' informazzjoni addizzjonali, waqt li tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta kollha li tista' tiġi użata għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ma tistax tiġi elenkata bil-quddiem b'mod eżawrjenti, iżda trid tiġi ddefinita b'referenza għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħtu preferenza lill-istatistika li tiġi kkumpilata u trażmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). Statistika oħra, li ma tiġix ikkumpilata u trażmessa b'dan il-mod għandha tintuża biss meta l-istatistika ta' qabel ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa, waqt li jittieħed kont tal-kwalità ta' dawn l-istatistiki l-oħra.

(4)

L-AMR, li huwa bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi li l-valuri tagħhom jitqabblu mal-limiti stabbiliti tagħhom, huwa strument inizjali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Kummissjoni tidentifika l-Istati Membri li tqis li l-iżviluppi jeħtieġu analiżi ddettaljata ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata jekk jeżistux żbilanċi jew ir-riskju li dawn jitfaċċaw. L-AMR għandu jinkludi d-dejta rilevanti għall-MIP. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-katalizzaturi tal-iżviluppi osservati jiġu analizzati fil-fond fir-reviżjonijiet ddettaljati sussegwenti bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura tal-iżbilanċi. It-tabella ta’ valutazzjoni u l-limiti stabbiliti m’għandhomx ikunu interpretati b’mod mekkaniku, iżda għandhom ikunu suġġetti għal qari ekonomiku. Meta twettaq reviżjonijiet iddettaljati, il-Kummissjoni teżamina firxa wiesgħa ta' varjabbli ekonomiċi u ta' informazzjoni addizzjonali, waqt li tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta kollha li tista' tiġi użata għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ma tistax tiġi elenkata bil-quddiem b'mod eżawrjenti, iżda trid tiġi ddefinita b'referenza għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu preferenza lill-istatistika li tiġi kkumpilata u trażmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). Statistika oħra, li ma tiġix ikkumpilata u trażmessa b'dan il-mod għandha tintuża biss meta l-istatistika ta' qabel ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa, waqt li jittieħed kont tal-kwalità ta' dawn l-istatistiki l-oħra.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-kumpilazzjoni , il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta rilevanti għall-MIP”) kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea (4). Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

(5)

Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-ġbir, il-kumpilazzjoni , il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta rilevanti għall-MIP”) kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea (4). Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, li jinkludi esperti mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea u mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali , huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Huwa essenzjali li l-produzzjoni statistika neċessarja għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni tkun ibbażata biss fuq dejta affidabbli. Fil-produzzjoni ta' dejta rilevanti għall-MIP, li hija element essenzjali għall-identifikazzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni, id-dejta mhux affidabbli jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-interessi tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni tajba tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri addizzjonali biex isaħħu l-effettività tal-produzzjoni, tal-forniment u tal-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Dawn il-miżuri għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-informzzjoni statistika sottostanti kif ukoll il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Sabiex tiġi evitata r-rappreżentanza ħażina, kemm b'mod intenzjonat jew b'negliġenza serja, tad-dejta rilevanti għall-MIP, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' sanzjonijiet, li jservi wkoll biex jiżgura d-diliġenza dovuta fil-produzzjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP.

(6)

Huwa essenzjali li l-produzzjoni statistika neċessarja għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni tkun ibbażata fuq dejta affidabbli. Huwa xieraq li l-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1176/2011 u (UE) Nru 1174/2011 jiġu supplementati b'qafas formali korrispondenti għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ tal-kwalità u r-rilaxx ta' dejta rilevanti għall-MIP, skont il-kriterji komuni dwar il-kwalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Miżuri addizzjonali għandhom jagħmlu l-infurzar tal-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP aktar effikaċi u huma neċessarji għall-prestazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Dawn il-miżuri għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-informzzjoni statistika sottostanti kif ukoll il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Sabiex jiskoraġġixxu r-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP, kemm b’mod intenzjonat jew b’negliġenza serja, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu korrettiv, li jservi wkoll biex jiżgura d-diliġenza dovuta fil-produzzjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Biex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistika kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjoni tat-tali azzjonijiet , is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji ddettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati , il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin, u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7)

Biex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tad-depożiti li jħallu l-imgħax u tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistika kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjonijiet relatati mal-manipulazzjoni tal-istatistika , is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji ddettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati , il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin, u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti.

(8)

Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni li għaddejjin bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-istatistika huma parti importanti minn koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet tal-istatistika fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS). Dik il-kollaborazzjoni jeħtieġ li tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti ; is-separazzjoni istituzzjonali tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-indipenedenza tal-banek ċentrali għandha tiġi rispettata fil-qafas tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' dejta rilevanti għall-MIP taħt l-istruttura ta' governanza rispettiva u l-programmi ta' ħidma statistika tal-ESS u s-SEBĊ .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Għandha tiġi żgurata wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali fir-rigward tad-dejta rilevanti għall-MIP, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, tiġi garantita l-koerenza, tittejjeb l-istatistika sottostanti u tiġi żgurata l-komparabbiltà.

(9)

Billi l-ESS hija responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP u s-SEBĊ hija responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika oħra sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP, għandha tiġi żgurata wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ sistemi fir-rigward tad-dejta rilevanti għall-MIP, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, tiġi garantita l-koerenza, tittejjeb l-istatistika sottostanti u tiġi żgurata l-komparabbiltà. Arranġamenti operattivi prattiċi għall-kooperazzjoni bejn l-ESS u s-SEBĊ rigward l-assigurazzjoni tal-kwalità għad-dejta rilevanti għall-MIP jistgħu jiġu stabbiliti f'memorandum ta' qbil. Fid-dawl tal-esperjenza fuq tul ta' żmien tiegħu fil-qasam tal-istatistika koperta mid-dejta rilevanti għall-MIP, il-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (1a.) jista' jagħti pariri dwar l-arranġamenti operattivi prattiċi għal kooperazzjoni li jistgħu jiġu riflessi f'tali memorandum ta' qbil.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati fil-qafas tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea, li jitlob aktar responsabbiltà demokratika fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni. Is-sistema mtejba ta’ monitoraġġ tal-istatistika tad-dejta rilevanti għall-MIP għandha tinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontropartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jestendi stediniet lil rappreżentanti tal-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) biex jipparteċipaw b’mod volontarju fis-seduti ta' smigħ.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

It-tisħiħ tal-governanza ekonomika permezz ta’ sistema mtejba ta’ monitoraġġ tal-istatistika tad-dejta rilevanti għall-MIP għandu jinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Madankollu, is-sospensjoni tal-fondi li kellhom jinbdew permezz tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi għandha tintuża biss meta ma jkunx hemm alternattiva uħra, u għandha tqis analiżijiet approfonditi tal-indikaturi tal-qgħad, tal-faqar u ta' reċessjoni fil-PDG.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati u jibnu fuq l-aħjar prattiki fi proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità eżistenti. Dawn m’għandhomx jirriżultaw fi sforzi doppji fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta’ serja ta’ dejta parallela.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP għandhom ikunu dawk stipulati skont l-atti bażiċi rilevanti jew għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni f'kalendarji speċifiċi billi jitqiesu l-bżonnijiet tal-Unjoni.

2.   L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP għandhom ikunu dawk stipulati skont l-atti bażiċi rilevanti jew għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni f’kalendarji speċifiċi billi jitqiesu l-qafas tas-Semestru Ewropew u l-bżonnijiet tal-Unjoni.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Kull sena, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istati Membri l-iskeda ta' żmien tar-Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Skont din l-iskeda ta' żmien u l-iskadenzi u l-kalendarji msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi u tikkomunika lill-Istati Membri data ta' skadenza għat-trażmissjoni, min-naħa tagħhom, tad-dejta kollha rilevanti għall-MIP li tkun l-aktar aġġornata .

3.   Kull sena, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istati Membri l-iskeda ta' żmien tar-Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Skont din l-iskeda ta' żmien u l-iskadenzi u l-kalendarji msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi u tikkomunika lill-Istati Membri data ta' skadenza għall-ħruġ mill-Kummissjoni (Eurostat) tad-dejta rilevanti għall-MIP biex taħdem, għal kull Stat Membru, l-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni tal-MIPs u tistabbilixxi bażi ta' dejta ta' referenza dwar id-dejta rilevanti għall-MIP .

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lil kull Stat Membru b'aċċess għall-bażi ta' dejta ta' referenza bid-dejta rilevanti għall-MIP estratta mhux aktar tard minn ħames ġranet ta' xogħol wara d-data ta' skadenza għal finijiet ta' verifika. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw id-dejta u għandhom jikkonfermaw id-dejta jew jipprovdu emendi għaliha matul is-seba' ġranet ta' xogħol wara dak il-perjodu ta' ħamest ijiem.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta jittrażmettu d-dejta rilevanti għall-MIP imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-informazzjoni li turi kif din id-dejta tiġi kkalkulata, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sorsi u l-metodi, fil-forma ta' rapport ta' kwalità.

1.   Meta jittrażmettu d-dejta rilevanti għall-MIP imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-informazzjoni li tindika kif din id-dejta tiġi kkalkulata, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sorsi u l-metodi, fil-forma ta' rapport ta' kwalità.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jittrażmettu r-rapport ta’ kwalità fi żmien sebat ijiem skont l-Artikolu 2(3a).

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu  14(2) .

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 1 . Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu  12 .

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u  jibgħatuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament]. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu  14(2) .

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u  jibagħtuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu  12 .

Emenda 22

Proposta għal regolament

Kapitolu VI – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

MISSJONIJIET FL-ISTATI MEMBRI

MISSJONIJIET TA' DJALOGU FL-ISTATI MEMBRI

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika xi problema , b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat.

1.   Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika ħtieġa li tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-istatistika , b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet ta' djalogu fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-għan ta' dawn il-missjonijiet għandu jkun li jinvestigaw fil-fond il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP ikkonċernata. Il-missjonijiet għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet metodoloġiċi, is-sorsi u l-metodi deskritti fl-inventarji, id-dejta u l-proċessi statistiċi ta' appoġġ bil-għan li jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kontabilità u tal-istatistika rilevanti.

2.   L-għan tal-missjonijiet ta' djalogu msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li jinvestigaw fil-fond il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP ikkonċernata. Il-missjonijiet ta' djalogu għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet metodoloġiċi, is-sorsi u l-metodi deskritti fl-inventarji, id-dejta u l-proċessi statistiċi ta' appoġġ bil-għan li jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kontabilità u tal-istatistika rilevanti.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta torganizza l-missjonijiet ta’ djalogu, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istat Membru kkonċernat għall-kummenti tiegħu.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE (7.) dwar is-sejbien ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE (7.) dwar is-sejbien ta’ dawn il-missjonijiet ta’ djalogu , inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna minn esperti dwar kwistjonijiet statistiċi relatati mal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inklużi għat-tħejjija u t-twettiq tal-missjonijiet. Fil-qadi ta' dmirijiethom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha ssir lista ta' dawk l-esperti sa (id-data trid tiġi ffissata) abbażi tal-proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli tad-dejta rilevanti għall-MIP.

4.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna minn esperti dwar kwistjonijiet statistiċi relatati mal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, fosthom għat-tħejjija u t-twettiq tal-missjonijiet ta' djalogu . Fil-qadi ta' dmirijiethom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha ssir lista ta' dawk l-esperti sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] abbażi tal-proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa u f'waqtha ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Dan l-Artikolu m'għandux japplika f'każijiet li fihom il-leġiżlazzjoni settorjali diġà tipprevedi żjarat tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi d-dejta rilevanti għall-MIP użata għall-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi inkluża dik permezz ta' stqarrijiet tal-aħbarijiet u/jew permezz ta' mezzi oħra li tqis xierqa.

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dejta rilevanti għall-MIP użata għall-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi inkluża dik permezz ta’ stqarrijiet tal-aħbarijiet u/jew permezz ta’ mezzi oħra li tqis xierqa.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni (Eurostat) ma għandiex iddewwem il-forniment tad-dejta tal-Istati Membri rilevanti għall-MIP, fejn Stat Membru ma jkunx trażmetta d-dejta tiegħu stess.

2.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddetermina d-data tal-pubblikazzjoni għall-istqarrija għall-istampa u tikkomunikaha lill-Istati Membri fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 2. Ma għandhiex iddewwem il-forniment tad-dejta tal-Istati Membri rilevanti għall-MIP, fejn Stat Membru ma jkunx trażmetta d-dejta tiegħu stess.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-Kummisjoni (Eurostat) tista' tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta' Stat Membru rilevanti għall-MIP. Sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b'mod pubbliku eżattament wara.

3.    Il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta' Stat Membru rilevanti għall-MIP. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b'mod pubbliku eżattament wara.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u  tipprovdi d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u  tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) kif ukoll mal-istandards metodoloġiċi applikabbli u mar-rekwiżiti tal-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza tad-dejta statistika . Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew b'negliġenza serja jagħti rappreżentanza ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP.

1.   Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi fi proċedura b'żewġ stadji li jimponi depożitu li jħalli l-imgħax u sussegwentement, jekk il-Kummissjoni tivvaluta li l-Istat Membru ma kkonformax mal-azzjonijiet korrettivi msemmija fil-paragrafu 1a u, bħala l-aħħar alternattiva, multa fuq Stat Membru li jkun aġixxa intenzjonalment biex jirrappreżenta ħażin id-dejta rilevanti għall-MIP jew b'negliġenza serja li rriżultat fir-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP , li bħala konsegwenza kellha impatt fuq l-abbiltà tal-Kummissjoni li tagħmel valutazzjoni vera u ġusta .

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni sa skadenza speċifikata dwar l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tiġi indirizzata u rmedjata r-rappreżentazzjoni ħażina jew in-negliġenza serja msemmija fil-paragrafu 1 u biex jiġu evitati ċirkustanzi simili fil-futur. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva, dissważiva u proporzjonata għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentanza ħażina. L-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż iż-0,05  % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat.

2.    Id-depożitu li jħalli l-imgħax imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun effettiv, dissważiv u proporzjonat għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentazzjoni ħażina. L-ammont tad-depożitu li jħalli l-imgħax ma għandux jaqbeż iż-0,05  % tal-PDG fis-sena preċedenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentanza ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentanza ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentanza ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-ispezzjonijiet fuq il-post , il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjonijiet neċessarji .

3.   Il-Kummissjoni tista' , b'konformità mat-Trattati u l-leġiżlazzjoni settorjali speċifika, tibda u tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentazzjoni ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentazzjoni ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentazzjoni ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk tkun meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat , awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja għandha tinkiseb qabel spezzjoni fuq il-post.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jsemma' leħnu fir-rigward tal-kwistjonijiet taħt investigazzjoni . Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull proposta tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.

Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe rakkomandazzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat l-opportunità li jsemma' leħnu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati . Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe investigazzjoni jew rakkomandazzjoni li ssir skont dan il-paragrafu. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri lil Stat Membru li huwa s-suġġett ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-opportunità li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni tista’, wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni, tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas jew jikkanċella l-ammont tad-depożitu li jħalli l-imgħax.

Id-depożitu li jħalli l-imgħax għandu jkollu rata ta’ mgħax li tirrifletti r-riskju ta’ kreditu tal-Kummissjoni u l-perjodu ta’ investiment rilevanti.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi multa taħt il-paragrafu 1. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa hekk imposta .

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi depożiti li jħallu l-imgħax taħt il-paragrafu 1. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid id-depożitu li jħalli l-imgħax hekk impost .

Emenda 42

Proposta għal regolament

Kapitolu IX – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

NATURA U  DISTRIBUZZJONI BAĠITARJA TAS-SANZJONIJIET

NATURA U  ALLOKAZZJONI BAĠITARJA TAL-MULTI

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin li jibda xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ sentejn li jibda xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni , wara li konsulta l-atturi rilevanti inkluż il-BĊE skont l-Artikolu 127 TFUE, għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 9(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l -Artikolu 3(3), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat. Id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha titqies li tkun ġiet adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tiġi definita skont il-punt (a) tal-Artikolu 238(3) TFUE.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri ( in-NSI ) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha għandhom jirrappurtaw lin-NSI għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri ( l-NSIs ) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. Il-banek ċentrali nazzjonali, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tas-SEBĊ li jipproduċu dejta rilevanti għall-MIP, u meta xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra għandhom jikkooperaw mal-NSIs għal dan il-għan. L-awtoritajiet nazzjonali li jipproduċu d-dejta għandhom jinżammu responsabbli għal dik id-dejta. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta tal-anqas annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) .

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara, tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbien tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill .

1.   Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara, tirrevedi u jissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-effettività ta' dan ir-Regolament u l-proċess ta' monitoraġġ applikat.

(b)

l-effettività u proporzjonalità ta’ dan ir-Regolament u l-proċess ta’ monitoraġġ applikat.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0143/2014).

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(3)   Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(3)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164

(1a)   Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  COM(2005)0217 finali u COM(2011)0211 finali.

(4)  COM(2005)0217 finali u COM(2011)0211 finali.

(1a.)   ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.

(7.)  ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21

(7.)  ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21

(1a)   Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).


Top