This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0445
European Parliament resolution of 23 October 2013 on the e-Justice Action Plan 2014-2018 (2013/2852(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika 2014-2018 (2013/2852(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika 2014-2018 (2013/2852(RSP))
ĠU C 208, 10.6.2016, p. 117–118
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 208/117 |
P7_TA(2013)0445
Pjan ta' Azzjoni dwar il-ġustizzja elettronika 2014-2018
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika 2014-2018 (2013/2852(RSP))
(2016/C 208/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika Ewropew 2009-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika 2014-2018 (O-000111/2013 – B7-0521/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-ewwel Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika Ewropew pluriennali jkopri l-perjodu 2009-2013 u fittex li jagħmel il-ġustizzja u s-sistema ġuridika aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini, u jtejjeb il-fehim reċiproku tal-prattikanti u l-amministrazzjonijiet billi jipprovdi għodod elettroniċi għall-informazzjoni u l-kooperazzjoni; |
B. |
billi l-Portal tal-Ġustizzja Elettronika tniedet fl-2010; |
C. |
billi issa wasal iż-żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika għall-2014-2018; |
D. |
billi l-Pjan ta' Azzjoni tal-Ġustizzja Elettronika għandha tkun żviluppata fuq bażi ta' aċċess miftuħ u l-Istati Membri kollha għandhom jitħeġġu jipparteċipaw; |
E. |
billi l-kuxjenza dwar l-istrumenti tal-ġustizzja ċivili tal-UE u l-proċeduri transkonfinali hija relattivament baxxa, u billi 73 % taċ-ċittadini jemmnu li miżuri addizzjonali huma bżonnjużi biex jgħinuhom ikollhom aċċess għall-ġustizzja ċivili fi Stati Membri oħrajn (1); |
1. |
Iqis li l-Ġustizzja Elettronika hija mezz li jippermetti aċċess akbar għall-informazzjoni ġuridika u ġudizzjarja, u għal proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-prattikanti; |
2. |
Iqis li l-Ġustizzja Elettronika għandha rwol importanti x'tilgħab biex tħeġġeġ il-fiduċja u l-fehim reċiproċi u b'hekk biex jissejjes ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u amministrattivi, li huwa prinċipju ewlieni tas-sistema ġuridika tal-UE; |
3. |
Jinnota li s-sistemi tal-Ġustizzja Elettronika, permezz tan-natura proprja tagħhom, għandhom ħabta jnaqqsu l-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, b'mod partikolari permezz tal-awtomazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni, is-servizz tad-dokumenti u t-traduzzjoni ta' ċerti atti proċedurali; iqis li dan huwa fl-interess tal-partijiet interessati kollha fis-sistema ġudizzjarja; jemmen li, minħabba raġunijiet ta' kosteffiċjenza, il-proġetti għandhom jibqgħu volontarji; |
4. |
Jilqa' l-iżvilupp ta' għodod tal-Ġustizzja Elettronika biex jiffaċilita l-użu ta' ċerti strumenti tal-UE bħall-Ordni ta' Ħlas Ewropea u l-Proċedura għal Talbiet Żgħar, kif ukoll is-sistemi tal-informazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u tal-Intern, b'mod partikolari s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) u s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) II; |
5. |
Jinnota l-importanza ta' Ġustizzja Elettronika għall-għoti ta' forom standard multilingwi u b'hekk għat-tnaqqis ta' burokrazija transkonfinali; |
6. |
Jitlob għall-użu ta' applikazzjonijiet elettroniċi, l-għoti elettroniku ta' dokumenti, l-użu ta' vidjokonferenzi u l-interkonnessjoni ta' reġistri ġudizzjarji u amministrattivi li jridu jiżdiedu sabiex tonqos aktar l-ispiża tal-proċedimenti ġudizzjarji u kważiġudizzjarji; |
7. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex ikomplu jaħdmu fuq kooperazzjoni elettronika fil-qasam tal-ġustizzja, b'mod partikolari billi jiġu estiżi l-applikazzjonijiet disponibbli fil-Portal tal-Ġustizzja Elettronika; iqis li għandha tingħata attenzjoni neċessarja biex jiġu żviluppati għodod tat-tagħlim elettroniku għall-ġudikatura; |
8. |
Jinnota li l-Programm tal-Ġustizzja 2014-2020 tal-UE għandu jippermetti l-iffinanzjar ta' proġetti tal-Ġustizzja Elettronika Ewropej u nazzjonali li jirnexxu, li għandu jkollhom valur miżjud Ewropew reali għaċ-ċittadini; jemmen li x-xogħol leġiżlattiv, il-proġetti tal-Ġustizzja Elettronika u l-ippjanar tal-programmi finanzjarji għandhom ikunu simplifikati; |
9. |
Jenfasizza l-importanza tal-portal tal-Ġustizzja Elettronika sabiex jibni kultura ġudizzjarja Ewropea vera billi jospita għodod onlajn għat-taħriġ ġudizzjarju u li jservi bħala strument tal-immaniġġjar tal-għarfien u tal-interkonnessjonijiet; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Il-Kummissjoni Ewropea, Eurobarometru Speċjali 351 (Ġustizzja Ċivili), Ottubru 2010, Mistoqsija 3.