This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0514
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL Establishing the European Voluntary Humanitarian Aid Corps EU Aid Volunteers
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers
/* COM/2012/0514 final - 2012/0245 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers /* COM/2012/0514 final - 2012/0245 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet
tagħha Kif previst fl-Artikolu 214(5)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din il-proposta
tistabbilixxi l-qafas għal Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, li
għandu jippermetti kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f’operazzjonijiet
ta' għajnuna umanitarja. L-għan tagħha huwa li tesprimi l-valuri umanitarji
tal-Unjoni u solidarjetà man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' Korp
Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja effettiv u viżibbli, li
jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet
umanitarji u biex tibni l-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli
jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi. L-Unjoni trid tiżgura għajnuna umanitarja
adegwata quddiem iż-żieda fin-numru u d-daqs tal-kriżijiet umanitarji, kemm
diżastri naturali kif ukoll kriżijiet ikkawżati mill-bniedem. Voluntiera
mħejjija tajjeb jistgħu jikkontribwixxu għall-kapaċità tal-Unjoni sabiex
tlaħħaq ma' dawn il-ħtiġijiet umanitarji addizzjonali. It-titjib tal-mobilizzazzjoni tal-kapaċità
tal-volontarjat taċ-ċittadini Ewropej jista’ wkoll jipprojetta immaġni
pożittiva tal-Unjoni fid-dinja u jrawwem interess għal proġetti pan-Ewropej
b'appoġġ tal-attivitajiet ta' għajnuna umanitarja. Filwaqt li l-volontarjat qed
jiżdied għal bosta attivitajiet, għad hemm potenzjal sinifikanti li tiġi
żviluppata aktar is-solidarjetà fost iċ-ċittadini tal-Unjoni ma' popli
f'pajjiżi terzi li huma vittmi ta' kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew minn
diżastri naturali. Iċ-ċittadini Ewropej iqisu l-għajnuna umanitarja bħala
s-settur fejn il-volontarjat għandu l-ikbar impatt u t-twaqqif ta' Korp
Volontarju Ewropew ta' għajnuna Umanitarja jgawdi appoġġ konsiderevoli fosthom.
Maġġoranza kbira taċ-ċittadini Ewropej esprimew ukoll appoġġ enormi
għall-attivitajiet tal-Unjoni sabiex tipprovdi għajnuna umanitarja. Madankollu,
hemm ħtieġa li tkompli tiġi promossa l-komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni
biex jittejbu l-livelli ta' għarfien dwar l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni u
l-viżibilità tagħha[1]. Il-proposta tibni fuq il-Komunikazzjoni
tal-2010 'Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz
tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta'
Għajnuna Umanitarja'[2].
Il-Komunikazzjoni tippreżenta l-prinċipji gwida, il-lakuni u l-kundizzjonijiet
meħtieġa biex jingħata kontribut pożittiv għall-għajnuna umanitarja tal-Unjoni.
Biex jiġu ttestjati xi karatteristiċi possibbli tal-iskema, tnedew serje ta'
proġetti pilota, li l-lezzjonijiet miksuba minnhom huma meqjusa f’din
il-proposta. Il-Kunsill[3]
u l-Parlament Ewropew[4]
esprimew appoġġ qawwi għall-inizjattiva, waqt li affermaw mill-ġdid ir-rwol
ewlieni tal-Unjoni fil-promozzjoni tal-volontarjat u identifikaw xi wħud
mill-komponenti ewlenin ta' dan il-Korp. Il-proposta tikkontribwixxi għall-għanijiet
tal-politika esterna tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-għanijiet tal-għajnuna
umanitarja tal-Unjoni li tippreserva l-ħajja, tipprevjeni u ttaffi s-sofferenza
umana u żżomm id-dinjità tal-bniedem. Hija ssaħħaħ il-benefiċċji mogħtija
għall-komunitajiet ospitanti f'pajjiżi terzi u l-impatt li l-attivitajiet ta'
volontarjat ikollhom fuq il-voluntiera nfushom. Barra minn hekk, it-taħriġ u
l-esperjenza ta' tagħlim informali li l-voluntiera jakkwistaw huwa investiment
qawwi fil-kapital uman li jtejjeb l-impjegabilità tagħhom fl-ekonomija globali
u b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv. Il-konsistenza ma' politiki u miri oħra
tal-Unjoni Ingħatat attenzjoni partikolari biex tkun
żgurata koordinazzjoni mill-qrib bejn l-azzjonijiet tal-Korp Volontarju ta'
Għajnuna Umanitarja u l-politika u l-azzjonijiet għall-għajnuna umanitarja
tal-Unjoni mwettqa taħt il-politiki esterni tal-UE, b’mod partikolari fil-qasam
tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Il-Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja,
filwaqt li huwa ċċentrat fuq l-għanijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni,
għandu jikkontribwixxi wkoll għal firxa ta' politiki interni oħrajn tal-Unjoni
bħat-tagħlim, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva. Il-Korp Umanitarju Volontarju se jimla
l-lakuni li mhumiex koperti minn programmi Ewropej eżistenti bħalma hu
s-Servizz Volontarju Ewropew. Fil-fatt, l-attivitajiet tas-Servizz Volontarju
Ewropew iseħħu primarjament fi ħdan l-Ewropa, huma kkonċentrati fuq
il-promozzjoni ta' żgħażagħ sa tletin sena biex isaħħu l-koeżjoni soċjali u
l-fehim reċiproku fi ħdan l-Unjoni, u mhumiex ibbażati fuq prinċipji
umanitarji. L-għanijiet tal-Korp Umanitarju Volontarju, l-ambitu u
l-attivitajiet tiegħu jikkorrespondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-attivitajiet
u l-operazzjonijiet umanitarji. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Sa mill-ewwel preżentazzjoni tal-proposta ta'
Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja tal-UE fl-abbozz tat-Trattat
Kostituzzjonali, saru żewġ analiżi esterni fl-2006 u l-2010 u sensiela ta'
konsultazzjonijiet ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati sabiex tiġi
evalwata s-sitwazzjoni attwali fil-qasam tal-volontarjat fl-għajnuna
umanitarja, jinkixfu n-nuqqasijiet u l-isfidi eżistenti, u jiġu identifikati
għanijiet u prijoritajiet għall-azzjoni. Il-persuni interessati, inklużi
l-organizzazzjonijiet prinċipali tal-għajnuna umanitarja (NGOs, il-Familja
tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, aġenziji tan-NU),
organizzazzjonijiet ewlenin tal-volontarjat, voluntiera individwali,
rappreżentanti ta' Stati Membri u atturi rilevanti oħra ġew ikkonsultati
speċifikament f'żewġ konferenzi apposta[5]
u permezz ta' konsultazzjoni pubblika onlajn. Minbarra dan, diversi
kwistjonijiet marbuta mal-Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja ġew diskussi
mill-Istati Membri fi ħdan il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar l-għajnuna
umanitarja u alimentari[6].
Il-konsultazzjonijiet inkludew ukoll forum pubbliku onlajn dwar isem xieraq
għall-Korp. Analiżi bir-reqqa wasslet għall-għażla ta' "EU Aid Volunteers "
bħala isem xieraq għall-inizjattiva u dan għandu minn issa 'l quddiem jintuża
sabiex wieħed jirreferi kemm għall-inizjattiva kif ukoll għall-voluntiera
individwali li se jiġu mmobilizzati fl-operazzjonijiet umanitarji. Tħejja rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt
sabiex jeżamina l-għażliet tal-politika u l-impatti potenzjali tagħhom. Dan
il-proċess kien akkumpanjat minn Grupp ta' Tmexxija dwar il-Valutazzjoni
tal-Impatt li kien jinvolvi s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni[7] u bbenefika mill-input ta’
studju ta' tħejjija estern. Il-lezzjonijiet miksuba u l-konklużjonijiet minn
żewġ seminars organizzati mal-koordinaturi tal-proġett pilota ġew ikkunsidrati[8]. Il-kummenti kollha mill-partijiet interessati
kienu kkunsidrati b'mod sħiħ u huma riflessi fir-rapport tal-valutazzjoni
tal-impatt. Valutazzjoni tal-impatt Il-problemi ewlenin identifikati huma: (1)
Nuqqas ta' approċċ strutturat tal-UE rigward
il-volontarjat; (2)
Viżibiltà ħażina tal-azzjoni umanitarja u
s-solidarjetà tal-UE man-nies fil-bżonn; (3)
Nuqqas ta' mekkaniżmi konsistenti
tal-identifikazzjoni u tal-għażla madwar l-Istati Membri; (4)
Nuqqas ta’ voluntiera kwalifikati disponibbli
għall-għajnuna umanitarja; (5)
In-nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità għal żieda
f’daqqa tal-għajnuna umanitarja; (6)
Kapaċità dgħajfa tal-organizzazzjonijiet ospitanti; Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat għadd ta'
għażliet ta' politika li jirriżultaw mill-kumbinament ta' moduli u modi ta'
ġestjoni differenti: L-Għażla ta' Politika 1, li tinkludi: (1) Żvilupp ta’ standards għall-identifikazzjoni,
l-għażla u t-taħriġ tal-voluntiera u (2) Żvilupp ta’ mekkaniżmu ta’
ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jibagħtu l-voluntiera; L-Għażla ta' Politika 2, inklużi l-moduli skont l-Għażla 1 flimkien ma’ (3) Appoġġ għat-taħriġ
għal voluntiera tal-UE fil-qasam tal-għajnuna umanitarja (4) Ħolqien ta'
reġistru tal-UE ta' voluntiera mħarrġa, (5) Żvilupp ta' standards u mekkaniżmu
ta' ċertifikazzjoni għal ġestjoni tal-volontarji fl-organizzazzjonijiet
ospitanti; L-Għażla ta' Politika 3, inklużi l-moduli kollha taħt l-Għażla 2 flimkien ma’ (6) Sostenn
għall-mobilizzazzjoni ta' voluntiera tal-UE, (7) Bini ta' kapaċità
f’organizzazzjonijiet ospitanti tal-pajjiżi terzi (8) Twaqqif ta' netwerk
tal-UE ta' voluntiera umanitarji. Din l-Għażla tiġi implimentata bi sħubija ma'
organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja li għandhom jidentifikaw, jagħżlu u
jallokaw il-voluntiera. L-Għażla ta' Politika 4, inklużi l-moduli kollha taħt l-Għażla 3 implimentati bil-metodu
tal-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku,
soċjali u ambjentali potenzjali, l-Għażla ta' Politika Nru 3 ġiet
irrakkomandata bħala l-għażla l-aktar effiċjenti u effettiva biex tindirizza
l-problemi identifikati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Din il-proposta tistabbilixxi l-proċeduri u r-regoli
għat-tħaddim tal-EU Aid Volunteers kif previst fl-Artikolu 214(5)
tat-Trattat. Hija ssegwi approċċ ta' awtorizzazzjoni u hija limitata
għall-elementi essenzjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament,
inkluż li tispeċifika l-għanijiet ġenerali u operazzjonali tagħha, il-prinċipji
u l-azzjonijiet li fihom tikkonsisti, id-dispożizzjonijiet għall-assistenza
finanzjarja u d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-proposta ssegwi l-prinċipji
tal-għajnuna umanitarja (l-Artikolu 4) u d-definizzjoni tal-għajnuna
umanitarja mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja[9]. Minbarra r-rispons
għall-kriżijiet, hija tkopri wkoll il-prevenzjoni tad-diżastri, it-tħejjija u
l-operazzjonijiet ta' rkupru kif ukoll l-attivitajiet ta' għajnuna umanitarja
li jimmiraw li jżidu l-kapaċitajiet tal-komunitajiet u jibnu r-reżiljenza
tagħhom għall-kriżijiet. L-elementi ewlenin tal-proposta jikkonċernaw l-azzjonijiet
differenti tal-Volunteria tal-Għajnuna tal-UE li jistgħu jiġu appoġġjati
permezz tal-assistenza finanzjarja u implimentati minn benefiċjarji differenti
fuq il-bażi ta' programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni
(l-Artikolu 21). Skont ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[10],
il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tiddelega t-tmexxija tal-programm lil
aġenzija eżekuttiva. Il-proposta tispeċifika t-tipi ta' azzjonijiet
li ġejjin: –
Standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid
Volunteers (l-Artikolu 9) Il-Kummissjoni se tiżviluppa l-istandards li
sejrin jistabbilixxu l-qafas tal-politika u r-rekwiżiti minimi li jiżguraw
ir-reklutaġġ u t-tħejjija effettivi, effiċjenti u koerenti ta' voluntiera
kandidati u l-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-EU Aid Volunteers li huma
l-azzjonijiet ewlenin ta' din l-inizjattiva. L-istandards se jiżguraw l-obbligu
ta' kura u jkopru b’mod partikolari r-responsabbiltajiet
tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, rekwiżiti minimi dwar
il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra,
il-kopertura tal-assigurazzjoni u elementi oħra rilevanti. –
Ċertifikazzjoni (l-Artikolu 10) Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jixtiequ
jagħżlu, jippreparaw u jużaw EU Aid Volunteers se jkollhom jiġu ċċertifikati
għall-konformità ma’dawn l-istandards. Huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti
differenti tal-eliġibbiltà u jsegwu proċedura ta' ċertifikazzjoni differenzjata
(li għandha tiġi definita f'atti ta’ implimentazzjoni), filwaqt li titqies
in-natura u l-kapaċità tagħhom (eż. korpi pubbliċi tal-Istati Membri, NGOs).
L-atturi tal-protezzjoni ċivili u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp li jaġixxu
fil-qasam tal-għajnuna umanitarja għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli wkoll.
Mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjata se jiġi stabbilit għal
organizzazzjonijiet ospitanti eliġibbli. Għalkemm kumpaniji privati mhumiex
eliġibbli bħala organizzazzjonijiet li jibagħtu jew dawk ospitanti, huma
jistgħu jkunu assoċjati mal-proġetti u jikkofinanzjaw parti mill-kostijiet
tal-voluntier sabiex jinkoraġġixxu l-volontarjat korporattiv kif imħeġġeġ
fil-Komunikazzjoni ‘Strateġija mġedda tal-UE għall-2011-14 għar-Responsabbiltà
Soċjali tal-Intrapriżi’[11]. –
L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera
kandidati (l-Artikolu 11) Il-EU Aid Volunteers huma miftuħa
għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll persuni li għandhom in-nazzjonalità
u li jgħixu legalment fl-UE fuq bażi fit-tul. Suġġett għal ftehimiet kif
imsemmi fl-Artikolu 23(1), ċittadini minn pajjiżi kandidati u
potenzjalment kandidati u minn pajjiżi sħab mill-Politika Ewropea tal-Viċinat
jistgħu jipparteċipaw fil-EU Aid Volunteers . Fuq il-bażi ta' programm ta' ħidma annwali,
il-Kummissjoni se tippubblika s-sejħiet għall-proposti għall-identifikazzjoni u
l-għażla ta' voluntiera kandidati minn organizzazzjonijiet li jibagħtu
ċċertifikati. Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jkunu ngħataw il-kuntratti bi
tweġiba għal dawn is-sejħiet se jidentifikaw u jagħżlu voluntiera kandidati
għat-taħriġ wara valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiżi terzi billi
jibagħtu jew jilqgħu organizzazzjonijiet jew atturi rilevanti oħra. –
Taħriġ u preparazzjoni ta' qabel
il-mobilizzazzjoni (l-Artikolu 12) Il-voluntiera kandidati magħżula jgħaddu minn
taħriġ imfassal apposta, b'kunsiderazzjoni tal-esperjenza preċedenti tagħhom.
Il-programm ta' taħriġ jiġi organizzat mill-Kummissjoni u jiġi implimentat minn
organizzazzjonijiet b’għarfien espert speċifiku fit-taħriġ. Barra minn hekk,
bħala parti mit-taħriġ tagħhom u skont il-ħtiġijiet tagħhom ta' taħriġ,
il-voluntiera kandidati jkunu jistgħu jiksbu esperjenza prattika permezz ta'
missjonijiet ta’ apprendistat jew forom oħra ta’ preparazzjoni fuq perjodu
qasir qabel il-mobilizzazzjoni mogħtija minn organizzazzjonijiet li jibagħtu
ċċertifikati. –
Reġistru ta' EU Aid Volunteers
(l-Artikolu 13) Voluntiera kandidati għandhom jiġu vvalutati
għal kemm ikunu ppreparati biex jiġu mobilizzati f'pajjiżi terzi. Jekk
jirnexxu, huma għandhom jiġu inklużi f'Reġistru ta' EU Aid Volunteers eliġibbli
għall-mobilizzazzjoni li se jkun amministrat mill-Kummissjoni. Ir-reġistru se
jinkludi wkoll voluntiera li diġà ġew mobilizzati, jekk huma lesti li jitqiesu
għall-mobilizzazzjoni fil-ġejjieni. –
Il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi
terzi (l-Artikolu 14) Fuq il-bażi tal-programm ta' ħidma annwali
tagħha, il-Kummissjoni se tippubblika sejħiet għall-proposti
għall-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers minn organizzazzjonijiet li
jibagħtu ċċertifikati. Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jkunu ngħataw
kuntratti bi tweġiba għal dawn is-sejħiet jistgħu jagħżlu voluntiera
mir-Reġistru u jimmobilizzawhom lejn l-organizzazzjonijiet ospitanti.
Il-Kummissjoni tista' wkoll timmobilizza voluntiera mir-Reġistru
tal-Kummissjoni fl-uffiċċji tal-għajnuna umanitarja fuq il-post jew
f'operazzjonijiet ta' rispons f'pajjiżi terzi permezz taċ-Ċentru għal Rispons
ta' Emerġenza[12]
li jiffaċilita r-rispons tal-Unjoni għad-diżastri. It-termini speċifiċi
tal-mobilizzazzjoni jiġu stipulati f'kuntratt bejn l-organizzazzjoni li tibgħat
u l-voluntier. –
Il-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet
ospitanti (l-Artikolu 15) Permezz ta' din l-azzjoni, il-Kummissjoni
tista' tappoġġja azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet
ospitanti sabiex tiżgura ġestjoni effettiva tal-EU Aid Volunteers u impatt
sostenibbli tax-xogħol tagħhom, inkluża l-promozzjoni tal-volontarjat lokali. –
In-Netwerk tal-EU Aid Volunteers (l-Artikolu 16) Din l-azzjoni tipprevedi t-twaqqif ta' Netwerk
tal-EU Aid Volunteers li se jiġi ġestit mill-Kummissjoni. Dan se jikkonsisti
fl-interazzjoni bejn il-EU Aid Volunteers u se jiffaċilitaha, u se jwettaq
ukoll attivitajiet speċifiċi, partikolarment permezz tal-qsim tal-għarfien u
t-tixrid ta' informazzjoni. Għandu wkoll jappoġġa attivitajiet bħal seminars,
workshops u attivitajiet ta' eks-voluntiera. –
Komunikazzjoni, tkattir tal-għarfien u
viżibbiltà (l-Artikolu 17) Din l-azzjoni għandha tappoġġja azzjonijiet
ta’ informazzjoni pubblika, komunikazzjoni u tkattir tal-għarfien
għall-promozzjoni tal-Korp Umanitarju Volontarju u għall-inkoraġġiment
tal-volontarjat fl-għajnuna umanitarja. Il-Kummissjoni se tiżviluppa pjan ta'
azzjoni tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li se jiġi implimentat
mill-benefiċjarji kollha, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u
dawk ospitanti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta
l-modalitajiet ta' xi wħud mill-azzjonijiet permezz ta' atti delegati
(kif previst fl-Artikolu 25) dwar standards u indikaturi ta’ emenda għal
għanijiet operazzjonali; jew permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni
(l-Artikolu 24) inkluż il-mekkaniżmu taċ-ċertifikazzjoni u l-modalitajiet
tal-programm ta' taħriġ). Bażi legali Il-bażi legali ta' din il-proposta hija
l-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Prinċipju tas-sussidjarjetà Billi t-twaqqif tal-EU Aid Volunteers mill-Unjoni
huwa previst f'bażi legali speċifika fit-Trattat, il-prinċipju
tas-sussidjarjetà ma japplikax. Prinċipju tal-proporzjonalità332 Il-proposta tindirizza nuqqasijiet
identifikati fl-iskemi tal-volontarjat eżistenti u ma tmurx lil hinn minn dak
li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet. Il-piż amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni
huwa limitat u jiżgura l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-mobilizzazzjoni
tal-voluntiera f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, inkluż l-iżvilupp ta'
standards, mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, programm ta' taħriġ u Reġistru ta'
voluntiera mħarrġa. L-azzjonijiet ewlenin li jirrigwardaw l-EU Aid Volunteers relatati
mal-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija, u l-mobilizzazzjoni ta' voluntiera
se jiġu deċentralizzati u implimentati mill-organizzazzjonijiet li jibagħtu u
dawk ospitanti. Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk l-intenzjoni li
tiddelega t-tmexxija tal-programm lil aġenzija eżekuttiva. Għażla tal-istrument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Baġit
għall-Ewropa 2020”[13]
tipprevedi impenji baġitarji għat-twaqqif ta' Korp Volontarju Ewropew ta'
Għajnuna Umanitarja (il-EU Aid Volunteers ) ta' EUR 239,1 miljun fi
prezzijiet attwali. 2012/0245 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta'
Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 214(5)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Dejta, Wara li ttrażmettew l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Is-solidarjetà hija valur
fundamentali tal-Unjoni u hemm potenzjal għal aktar żvilupp ta' mezzi ta'
turija ta’ solidarjetà taċ-ċittadini tal-Unjoni ma' nies f'pajjiżi terzi li
huma vulnerabbli għal kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew minn diżastri naturali
jew affettwati minnhom. (2) Il-volontarjat huwa
espressjoni konkreta u viżibbli tas-solidarjetà li tippermetti lill-individwi
biex jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet u l-ħin tagħhom għas-servizz ta' bnedmin oħra
bħalhom, mingħajr interess primarju fi gwadann finanzjarju. (3) Il-viżjoni tal-Unjoni ta'
għajnuna umanitarja, li tinkludi għan komuni, prinċipji u prassi tajba u qafas
komuni biex titwassal l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni, hija stipulata
fil-"Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja"[14]. Il-Kunsens Ewropew jenfasizza
l-impenn sod tal-Unjoni biex tiddefendi u tippromwovi l-prinċipji umanitarji
fundamentali tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza.
L-azzjonijiet tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn
'il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") għandhom jiġu ggwidati
mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja. (4) L-għajnuna umanitarja
tal-Unjoni hija mwassla f'sitwazzjonijiet fejn joperaw strumenti oħra relatati
mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni
ċivili. Il-EU Aid Volunteers għandhom jaħdmu b'koerenza u komplementarjetà ma'
politiki u strumenti rilevanti sabiex isir l-aktar użu effettiv ta' dawn
l-istrumenti filwaqt li sistematikament jiġu promossi l-prinċipji umanitarji u
l-għanijiet tal-iżvilupp fit-tul. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji
tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni
għall-Protezzjoni Ċivili, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza stabbilit
bid-Deċiżjoni XX/XXXX[15]
u mas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex jiġi kkoordinat ir-rispons
għall-kriżijiet umanitarji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi. (5) In-numru, l-ambitu u
l-kumplessità ta' kriżijiet umanitarji fid-dinja żdiedu b’mod sinifikanti matul
is-snin u dan wassal għal żieda fid-domanda fuq atturi umanitarji sabiex
jipprovdu rispons effettiva, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġjaw
il-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi sabiex dawn isiru anqas vulnerabbli u
tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għad-diżastri. (6) Il-voluntiera jistgħu jsaħħu
l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jikkontribwixxu
għall-professjonalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja meta jkunu adegwatament
magħżula, mħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li
jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn
bl-aktar mod effettiv. (7) Jeżistu skemi tal-volontarjat
fl-Ewropa u madwar id-dinja li jiffukaw fuq il-mobilizzazzjoni f’pajjiżi terzi.
Ħafna drabi dawn huma skemi nazzjonali li jiffokaw prinċipalment jew
esklussivament fuq proġetti ta' żvilupp. Il-EU Aid Volunteers għandhom,
għalhekk, jevitaw id-dupplikazzjoni u għandhom iżidu l-valur billi jipprovdu
opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu flimkien għal operazzjonijiet
ta' għajnuna umanitarja biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni
Ewropea u billi jrawmu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet
implimentattivi li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp. (8) Hemm lakuni f’dan ix-xenarju
ta' volontarjat umanitarju li l-EU Aid Volunteers jistgħu jimlew bil-voluntiera
bil-profili adattati mmobilizzati fil-mument it-tajjeb fil-post it-tajjeb. Dan
jista' jinkiseb l-aktar billi jiġu pprovduti standards Ewropej dwar
l-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera umanitarji, parametri maqbula
b'mod komuni għat-taħriġ u t-tħejjija ta' voluntiera umanitarji
għall-mobilizzazzjoni, reġistri mtejba ta' voluntiera potenzjali li huma
identifikati abbażi tal-ħtiġijiet fil-post, u opportunitajiet għal voluntiera
biex jikkontribwixxu għal operazzjonijiet umanitarji mhux biss billi jiġu
mmobilizzati iżda wkoll permezz ta' appoġġ klerikali u attivitajiet ta’
volontarjat onlajn[16].
(9) Is-sigurtà u s-sikurezza
tal-voluntiera għandhom jibqgħu tal-akbar importanza. (10) L-Unjoni twettaq l-azzjonijiet
ta' għajnuna umanitarja tagħha fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet
implimentattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jaqdu rwol sinifikanti
fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers biex jiggarantixxu
t-teħid ta' responsabbiltà diretta mill-atturi fil-qasam u sabiex
jimmassimizzaw l-assorbiment potenzjali tal-azzjonijiet tal-Korp Volontarju.
L-Unjoni għandha tafda lill-organizzazzjonijiet implimentattivi notevolment
bl-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-EU Aid
Volunteers f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tkun tista’ tutilizza voluntiera
mħarrġa u ppreparati b'suċċess għall-mobilizzazzjoni, fejn xieraq. (11) Kumpaniji privati jistgħu
jkollhom rwol importanti u jikkontribwixxu għall-operazzjonijiet umanitarji
tal-Unjoni b’mod partikolari permezz tal-volontarjat tal-impjegati[17]. (12) Il-volontarjat f'għajnuna
umanitarja jista’ jgħin sabiex iżomm iż-żgħażagħ attivi, jikkontribwixxi
għall-iżvilupp personali u l-għarfien interkulturali tagħhom, u jtejjeb
il-kompetenzi tagħhom u l-impjegabilità f'ekonomija globali. Dan, għalhekk,
jikkontribwixxi għall-"Inizjattiva ta' Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ"[18] u sensiela ta' għanijiet
ewlenin oħra tal-Unjoni, bħall-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, iċ-ċittadinanza
attiva, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet[19]. (13) Il-prinċipji ta'
opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni tal-Unjoni jissuġġerixxu li
ċ-ċittadini u r-residenti regolari tal-Unjoni f'kull settur tal-ħajja u età
għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala ċittadini attivi. Fid-dawl
tal-isfidi speċifiċi tal-kuntest umanitarju, il-parteċipanti fil-EU Aid
Volunteers għandhom ikunu ‘l fuq minn 18-il sena. (14) Status legali ċar huwa
prerekwiżit kruċjali għall-voluntiera biex dawn jipparteċipaw
fil-mobilizzazzjoni f'pajjiżi barra l-Unjoni. It-termini li fuqhom jiġu
mobilizzati l-voluntieri għandhom ikunu definiti kuntrattwalment, inklużi
l-istandards għall-protezzjoni u s-sikurezza tal-voluntieri,
ir-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw,
il-kopertura tal-assigurazzjoni, il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni
u l-ispejjeż rilevanti oħra. L-eliġibbiltà tal-voluntiera għall-mobilizzazzjoni
f'pajjiżi terzi għandha tkun suġġetta għal arranġamenti adegwati ta' sikurezza
u sigurtà. (15) Il-EU Aid Volunteers għandhom
jappoġġjaw organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja lokali f'pajjiżi terzi.
L-attivitajiet tagħhom għandhom iżidu l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet
ospitanti sabiex jittrattaw kriżijiet umanitarji u professjonalment
jimmaniġġjaw EU Aid Volunteers, biex jużaw b’mod effettiv il-ħiliet u
l-kompetenzi tagħhom u biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet tal-voluntieri
jkollhom impatt sostenibbli fuq il-komunitajiet lokali biex b’hekk jgħinu
lin-nies fil-bżonn affettwati minn kriżijiet umanitarji, li huma l-benefiċjarji
finali tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni. (16) Id-dispożizzjonijiet
finanzjarji ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta'
Jannar 2014 peress li huma relatati mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
2014-2020. L-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata
skont ir-Regolament Nru xxx/2012[20]
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament Finanzjarju).
Minħabba n-natura speċifika tal-azzjoni tal-EU Aid Volunteers , huwa xieraq li
jkun stipulat li l-assistenza finanzjarja tista' tingħata lil persuni fiżiċi, u
persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika u privata. Huwa wkoll importanti li r-regoli
ta' dak ir-Regolament jiġu sodisfatti, b'mod partikolari fir-rigward
tal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja stabbiliti fih. (17) L-interessi finanzjarji
tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta' miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu
tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni
ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati
b’mod ħażin u, fejn xieraq, sanzjonijiet. Huwa meħtieġ ukoll li jittieħdu
miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u li jittieħdu
l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew
użati skorrettament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom)
Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet[21],
ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta'
Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa
mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet
Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[22]
u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet
immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[23]. (18) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi
terzi, b’mod partikolari pajjiżi aderenti, dawk kandidati, dawk tal-EFTA u
pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, għandha tkun possibbli fuq
il-bażi ta' konvenzjonijiet dwar il-kooperazzjoni. (19) Sabiex ikun possibbli rispons
u titjib kontinwu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-istandards
għall-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers u l-emenda tal-indikaturi
tal-prestazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq
konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell
tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha
tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (20) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom
jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat
għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li
jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll
mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta'
implimentazzjoni[24].
Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-mekkaniżmu
ta' ċertifikazzjoni, il-programm ta' taħriġ u l-programm annwali tax-xogħol
tal-Korp. (21) Dan ir-Regolament jirrispetta
d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li huma rikonoxxuti mill-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, (22) L-ipproċessar tad-dejta
personali huwa mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament u ma jmurx lil hinn minn
dak li huwa neċessarju u proporzjonat għall-għanijiet li jiġi żgurat it-tħaddim
mingħajr xkiel tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers . Kwalunkwe pproċessar
tad-dejta personali mill-Kummissjoni se jiġi rregolat
mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu
fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi
tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data[25]. Kwalunkwe pproċessar
tad-dejta personali minn organizzazzjonijiet implimentattivi stabbiliti
legalment fl-Unjoni se jkun irregolat mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni
tad-Dejta 95/46/KE[26].
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I
Għan, Kamp ta' Applikazzjoni u Definizzjonijiet Artikolu 1
Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi Korp
Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn' il quddiem imsejjaħ
"il-EU Aid Volunteers ") bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti
mill-EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u
l-proċeduri għall-funzjonament tal-EU Aid Volunteers u regoli għall-għoti ta'
assistenza finanzjarja. Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu japplika għal: 1. il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid
Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi. 2. azzjonijiet ġewwa l-Unjoni li
jappoġġjaw, jippromwovu u jħejju l-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f’operazzjonijiet
ta' għajnuna umanitarja. 3. Azzjonijiet ġewwa u barra
mill-Unjoni bil-għan li tinbena l-kapaċità ta' organizzazzjonijiet f’pajjiżi
terzi ospitanti għall-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers. Artikolu 3
Għan L-għan tal-EU Aid Volunteers għandu jkun li
jesprimu l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn,
permezz tal-promozzjoni ta' inizjattiva tal-EU Aid Volunteers effettiva u
viżibbli, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb
għal kriżijiet umanitarji u għall-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza
tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi. Artikolu
4
Il-prinċipji ġenerali 1. L-azzjonijiet tal-EU Aid
Volunteers għandhom jitmexxew skont il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja
tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. 2. L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers
għandhom jirrispondu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali u
l-organizzazzjonijiet ospitanti u għandhom jikkontribwixxu
għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja. 3. Is-sikurezza u s-sigurtà
tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità. 4. Il-EU Aid Volunteers għandhom
jippromwovu attivitajiet komuni u l-parteċipazzjoni ta' voluntiera minn pajjiżi
differenti u jrawmu proġetti konġunti u sħubiji tranżnazzjonali bejn
l-organizzazzjonijiet implimentattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 10. Artikolu 5
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn
id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (a)
"voluntier" tfisser persuna li tagħżel,
bir-rieda u l-motivazzjoni libera u mingħajr interess primarju fi qligħ
finanzjarju, li tinvolvi ruħha f'attivitajiet li jibbenefikaw il-komunità,
lilha nnifisha, u s-soċjetà inġenerali. (b)
"voluntier kandidat" tfisser persuna
eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 11(1) li tapplika għall-parteċipazzjoni
fl-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers . (c)
“EU Aid Volunteer” tfisser voluntier kandidat li
ġie magħżul, imħarreġ, ivvalutat bħala eliġibbli u rreġistrat bħala disponibbli
għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi. (d)
"għajnuna umanitarja" tfisser
l-attivitajiet u l-operazzjonijiet maħsuba biex jipprovdu assistenza ta'
emerġenza bbażata fuq l-eżiġenzi mmirata biex issalva l-ħajjiet, tipprevjeni u
ttaffi s-sofferenza umana u tippreserva d-dinjità umana quddiem kriżijiet
maħluqa mill-bniedem jew diżastri naturali. Hija tinkludi operazzjonijiet ta’
għajnuna, sokkors u protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew il-konsegwenzi
diretti tagħhom, miżuri ta’ appoġġ biex jiġi żgurat l-aċċess għal nies
fil-bżonn u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-assistenza, kif
ukoll azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u
t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ
tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom.
(e)
"pajjiż terz" tfisser pajjiż barra
mill-Unjoni fejn iseħħu l-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna
umanitarja kif imsemmi taħt (d). Artikolu 6
Koerenza u komplimentarjetà tal-azzjoni tal-Unjoni 1. Fl-implimentazzjoni ta' dan
ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni
esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha
tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn
is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp. 2. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-konsistenza u l-koerenza bejn skemi
nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers . 3. L-Unjoni għandha trawwem
il-kooperazzjoni ma' organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, b’mod
partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u sħab tal-għajnuna umanitarja oħra
fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers . Artikolu 7
Għanijiet operazzjonali 1. Il-EU Aid Volunteers għandhom
isegwu l-għanijiet operazzjonali li ġejjin: (a)
Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex
tipprovdi għajnuna umanitarja. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan
operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal: –
in-numru ta' EU Aid Volunteers immobilizzati jew
lesti għall-mobilizzazzjoni; –
l-għadd ta' nies li ntlaħqu mill-għajnuna
umanitarja mogħtija mill-Unjoni. (b)
It-titjib tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi
tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet li fihom
qed jaħdmu. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan
operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal: –
in-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità
tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon; –
in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu
ċċertifikati li japplikaw l-istandards għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta' EU
Aid Volunteers. (c)
Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet
ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan
operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal: –
in-numru u t-tip ta' azzjonijiet ta' bini
tal-kapaċità; –
l-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi
terzi li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità. (d)
Il-promozzjoni tal-viżibilità tal-valuri ta'
għajnuna umanitarja tal-Unjoni. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan
operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal: –
il-livell tal-għarfien tal-EU Aid Volunteers dwar
l-għajnuna umanitarja tal-UE; –
il-livell ta' għarfien dwar il-EU Aid Volunteers fost
il-popolazzjoni fil-mira fl-Unjoni, il-komunitajiet ta’ pajjiżi terzi li
jipparteċipaw u li jibbenefikaw u atturi umanitarji oħrajn. (e)
It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza
tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet
għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u
l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan
operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal: –
in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu
ċċertifikati; –
it-tixrid u r-replikazzjoni tal-istandards dwar
il-ġestjoni tal-EU Aid Volunteers minn skemi ta' volontarjat oħra. 2. L-indikaturi msemmija taħt
il-paragrafu 1(a) sa (e) għandhom jintużaw għall-monitoraġġ,
l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-prestazzjoni kif xieraq. Dawn huma indikattivi u
jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25 sabiex
titqies l-esperjenza mill-kejl tal-progress. KAPITOLU II
AZZJONIJIET TAL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA EWROPEA Artikolu 8
Azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu
l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 7 permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li
ġejjin: –
L-iżvilupp u ż-żamma ta' standards dwar voluntiera
kandidati u EU Aid Volunteers; –
L-iżvilupp u ż-żamma ta' mekkaniżmu ta'
ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jibagħtuhom u jospitawhom; –
L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera
kandidati; –
It-twaqqif ta' programm ta' taħriġ u appoġġ
għat-taħriġ u missjonijiet ta’ apprendistat; –
It-twaqqif, iż-żamma u l-aġġornament ta' Reġistru
ta' EU Aid Volunteers; –
Il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi
terzi għall-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja; –
Il-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet
ospitanti; –
It-twaqqif u l-ġestjoni ta' Netwerk tal-EU Aid
Volunteers ; –
Il-komunikazzjoni, it-tqajjim tal-kuxjenza u
l-viżibilità; –
Attività anċillari li tippromwovi r-responsabbiltà,
it-trasparenza u l-effikaċja tal-EU Aid Volunteers . Artikolu 9
Standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid Volunteers 1. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 sabiex twaqqaf standards għal: (a)
l-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija ta'
voluntiera kandidati għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna
umanitarja; (b)
il-ġestjoni u l-mobilizzazzjoni ta' EU Aid
Volunteers f'pajjiżi terzi. 2. Dawn l-istandards għandhom
jiżguraw l-obbligu ta' kura u b’mod partikolari jkopru r-responsabbiltajiet
tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, rekwiżiti minimi dwar
il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra,
il-kopertura tal-assigurazzjoni, proċeduri tas-sigurtà u elementi oħra
rilevanti. Artikolu 10
Ċertifikazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet
li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u
mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet
ospitanti. 2. L-organizzazzjonijiet li
jibagħtu għandhom ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni, jekk ikunu attivi
fil-qasam tal-għajnuna umanitarja kif definit fl-Artikolu 5(d) u jekk
ikunu jiffurmaw parti minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin: (a)
Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt mhux
governattivi ffurmati skont il-liġi ta' Stat Membru u li l-kwartieri ġenerali
tagħhom jinsabu fi ħdan l-Unjoni; (b)
il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar
(ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u
n-Nofs Qamar l-Aħmar; (c)
Korpi tal-liġi pubblika rregolati mil-liġi ta' Stat
Membru. Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt mhux
governattivi u korpi legali pubbliċi stabbiliti fil-pajjiżi msemmija
fl-Artikolu 23 għandhom ukoll ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni taħt
il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu u l-ftehimiet imsemmija fih. 3. Organizzazzjonijiet f’pajjiżi
terzi li jsegwu l-istandards imsemmija fl-Artikolu 9(1)(b) għandhom ikunu
eliġibbli bħala organizzazzjonijiet ospitanti jekk ikunu attivi fil-qasam
tal-għajnuna umanitarja kif definitia fl-Artikolu 5(d) u jkunu jagħmlu
parti minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin: (a)
Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt mhux
governattivi li joperaw jew huma stabbiliti f'pajjiż terz taħt il-liġijiet
fis-seħħ f'dak il-pajjiż; (b)
Korpi tal-liġi pubblika rregolati mil-liġi ta'
pajjiż terz; (c)
Aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali. 4. Mingħajr preġudizzju
għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-organizzazzjonijiet li
jibagħtu u jospitaw jistgħu jimplimentaw azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers f'assoċjazzjoni
ma' organizzazzjonijiet privati li jaħdmu għall-profitt. 5. Il-funzjonament u l-modalitajiet
tal-mekkaniżmi għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Artikolu 11
L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati; 1. Ċittadini tal-Unjoni, persuni
bin-nazzjonalità ta' pajjiżi terzi li huma residenti fit-tul fi Stat Membru
tal-Unjoni u ċittadini mill-pajjiżi u organizzazzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 23(1) taħt il-kundizzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu, li
għandhom età ta' 18-il sena u iktar huma eliġibbli biex japplikaw bħala
voluntiera kandidati. 2. Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni
minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiżi terzi mill-organizzazzjonijiet li jibagħtu
jew jospitaw jew atturi rilevanti oħra, l-organizzazzjonijiet li jibagħtu
ċċertifikati jistgħu jidentifikaw u jagħżlu kandidati għal taħriġ. 3. L-identifikazzjoni u l-għażla
ta' voluntiera kandidati għandhom jikkonformaw mal-istandards imsemmija
fl-Artikolu 9(1)(a). Artikolu 12
It-taħriġ tal-voluntiera kandidati u l-missjonijiet ta’ apprendistat 1. Il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati
fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni
f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. 2. Voluntiera kandidati li ġew
identifikati u magħżula skont l-Artikolu 11 għandhom ikunu eliġibbli biex
jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ. L-ambitu u l-kontenut individwali
tat-taħriġ li kull kandidat voluntier jeħtieġ li jwettaq għandu jiġi stabbilit
fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tiegħu waqt li titqies esperjenza preċedenti. 3. Bħala parti mit-taħriġ
tagħhom u b’mod partikolari l-preparazzjoni tagħhom għall-mobilizzazzjoni
l-voluntiera kandidati jistgħu jagħmlu missjonijiet ta’ apprendistat
f’organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati, fejn possibbli f'pajjiż ieħor
għajr il-pajjiż ta' oriġini tagħhom. 4. Mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 3, il-voluntiera kandidati li ma jkunux ibbenefikaw minn
missjoni ta’ apprendistat jistgħu jingħataw, fejn xieraq, preparazzjoni
addizzjonali minn qabel minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Din
il-preparazzjoni u l-missjoni tal-apprendistat għandhom jikkonformaw
mal-istandards għall-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(a). 5. Il-programm ta' taħriġ għandu
jinkludi valutazzjoni ta’ kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu
mmobilizzati f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. 6. Il-modalitajiet tal-programm
ta' taħriġ u l-proċedura tal-valutazzjoni ta' kemm voluntiera kandidati huma
ppreparati għall-mobilizzazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Artikolu 13
Reġistru tal-EU Aid Volunteers 1. Voluntiera kandidati li jkunu
għaddew b'suċċess mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom
jiġu kkunsidrati EU Aid Volunteers. Dawn jistgħu jiġu inklużi bħala tali
fir-reġistru ta' EU Aid Volunteers (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ
'ir-Reġistru') u jkunu eliġibbli għall-mobilizzazzjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha
tistabilixxi, iżżomm u taġġorna r-reġistru u għandha tirregola l-aċċess u l-użu
tiegħu. Artikolu 14
Mobilizzazzjoni ta’ EU Aid Volunteers f’pajjiżi terzi 1. EU Aid Volunteers inklużi
fir-Reġistru jistgħu jiġu mmobilizzati f'attivitajiet u operazzjonijiet ta'
għajnuna umanitarja kif definiti fl-Artikolu 5(d): (a)
minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati
lejn organizzazzjonijiet ospitanti f’pajjiżi terzi, jew (b)
mill-Kummissjoni lejn l-uffiċċji tal-għajnuna
umanitarja fuq il-post tal-Kummissjoni jew f’operazzjonijiet ta’ rispons
f’pajjiżi terzi. 2. Għall-mobilizzazzjoni kif
imsemmi fil-paragrafu 1(a), l-organizzazzjonijiet li jibagħtu
ċċertifikatati għandhom jiżguraw konformità mal-istandards imsemmija
fl-Artikolu 9. 3. It-termini speċifiċi
tal-mobilizzazzjoni ta' volontarji għandhom ikunu indikati f’kuntratt bejn
l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u l-voluntier, inkluż it-tul u l-post
tal-mobilizzazzjoni u d-dmirijiet tal-voluntier. 4. Għall-mobilizzazzjoni kif
imsemmija fil-paragrafu 1(b), il-Kummissjoni għandha tiffirma “kuntratt
tal-mobilizzazzjoni tal-voluntiera” mal-voluntiera, li jiddefinixxi t-termini u
l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-mobilizzazzjoni tagħhom. Il-mobilizzazzjoni
tal-voluntiera ma għandhiex tikkonferixxi fuq il-voluntier id-drittijiet u
l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mir-“Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea” u "Il-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta' Impjegati Oħra
tal-Unjoni Ewropea”. Artikolu 15
Tkabbir tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti Il-Kummissjoni għandha tappoġġja attivitajiet
immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex
tiġi żgurata l-effikaċja tal-EU Aid Volunteers u l-impatt sostenibbli
tax-xogħol tagħhom, inkluż: (a)
taħriġ fl-immaniġġjar tal-voluntiera, l-ikkowċjar,
it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri u oqsma rilevanti oħrajn għall-persunal u
l-voluntiera minn organizzazzjonijiet ospitanti; (b)
skambju tal-aħjar prattiki, assistenza teknika,
programmi ta' ġemellaġġ u skambju ta' persunal u voluntiera, il-ħolqien ta'
netwerks u azzjonijiet oħra rilevanti bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-EU
Aid Volunteers f’pajjiżi terzi u li jiġi inkoraġġit u appoġġjat il-volontarjat
ta’ kwalità f’pajjiżi terzi. Artikolu 16
Netwerk tal-EU Aid Volunteers 1. Il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi u tmexxi Netwerk tal-EU Aid Volunteers (minn issa 'l quddiem
"in-Netwerk"). 2. In-netwerk għandu jiffaċilita
l-interazzjoni fost il-voluntiera kandidati u l-EU Aid Volunteers li qed
jipparteċipaw jew li pparteċipaw fl-inizjattiva; bejn dawn il-voluntiera u
benefiċjarji oħra tal-EU Aid Volunteers , notevolment dawk imsemmija
fl-Artikolu 15 u fost atturi rilevanti oħra; Huwa għandu jipprovdi
opportunitajiet għal interazzjoni virtwali, b’mod partikolari permezz tal-qsim
tal-għarfien u t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers;
u għandu jappoġġja attivitajiet oħra xierqa bħalma huma seminars u workshops. 3. In-Netwerk għandu wkoll
jipprovdi u jippromwovi opportunitajiet għall-volontarjat onlajn biex
jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers . Artikolu 17
Komunikazzjoni, tqajjim tal-kuxjenza u viżibilità; 1. Il-Kummissjoni għandha
tappoġġja azzjonijiet tal-informazzjoni pubblika, il-komunikazzjoni u t-tqajjim
tal-kuxjenza biex tippromwovi l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u
tinkoraġġixxi l-volontarjat fl-għajnuna umanitarja fl-Unjoni u fil-pajjiżi
terzi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet tagħha. 2. Il-Kummissjoni għandha
tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar
l-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Korp Umanitarju Volontarju li
għandu jiddefinixxi attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni diretti
lejn il-pubbliku, b’mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej u l-voluntiera kandidati
potenzjali futuri u l-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .
Il-benefiċjari kollha tal-EU Aid Volunteers, b’mod partikolari
l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, għandhom jimplimentaw dan il-pjan
ta' azzjoni. 3. L-EU Aid Volunteers għandhom,
fejn meħtieġ bl-għajnuna u d-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u
jospitaw, jipparteċipaw f'attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, komunikazzjoni
u tqajjim tal-kuxjenza qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni sabiex jippromwovu
l-EU Aid Volunteers u l-ħidma tagħhom fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi
dawk l-attivitajiet, li m’għandhomx jimponu obbligi sproporzjonati fuq
il-voluntiera. KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finanzjarji Artikolu 18
Azzjonijiet eliġibbli 1. L-azzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 8 għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja, inkluż il-miżuri
meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll miżuri mmirati biex isaħħu
l-koordinazzjoni bejn l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u skemi oħra
rilevanti fil-livell nazzjonali u internazzjonali. 2. L-allokazzjoni finanzjarja li
hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tista' tkopri wkoll spejjeż marbuta
mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u valutazzjoni,
li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u
għall-ksib tal-għanijiet tagħha. 3. Din in-nefqa tista', b'mod
partikolari, tkopri studji, laqgħat ta' esperti, azzjonijiet ta' informazzjoni
u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’
politika tal-Unjoni, safejn huma relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan
ir-Regolament, spejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq
l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni (inkluża l-interkonnessjoni
tagħhom ma' sistemi eżistenti jew tal-futur imfassla biex jippromwovu skambju
ta' dejta transettorjali u tagħmir relatat), flimkien mal-ispejjeż kollha
oħrajn tekniċi u amministrattivi għall-għajnuna mġarrba mill-Kummissjoni. Artikolu 19
Benefiċjarji finanzjarji Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament
tista' tingħata lil persuni naturali u persuni ġuridiċi, kemm jekk regolatii
mid-dritt privat kif ukoll minn dak pubbliku, li mbagħad ikunu jitqiesu bħala
benefiċjarji finanzjarji fis-sens tar-Regolament Finanzjarju XX/2012. Artikolu 20
Ir-riżorsi tal-Baġit L-ammont finanzjarju ta' referenza
għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu
2014 sa 2020 huwa ta' EUR 239 100 000 fi prezzijiet
attwali. Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit
lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex l-azzjonijiet li ma jkunux
għadhom lesti sal-31 ta' Diċembru 2020 ikunu jistgħu jibqgħu
jiġu ġestiti. Artikolu 21
Tipi ta' intervent finanzjarju u proċeduri implimentattivi 1. Il-Kummissjoni għandha
timplimenta l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni skont ir-Regolament
Finanzjarju XX/2012 applikabbli għall-baġit tal-Unjoni. 2. Assistenza finanzjarja taħt
dan ir-Regolament tista' tieħu kwalunkwe mill-forom provduti mir-Regolament
Finanzjarju. 3. Sabiex timplimenta dan
ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali tal-inizjattiva
tal-EU Aid Volunteers skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Dan
jistabbilixxi l-għanijiet li jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu
ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huwa jkun jinkludi wkoll
id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni
tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u skeda indikattiva taż-żmien ta'
implimentazzjoni. Rigward l-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet,
il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. 4. Il-Kummissjoni tista'
tikkunsidra l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-ġestjoni li jinkisbu jekk jinħoloq
Fond Fiduċjarju tal-UE. Artikolu 22
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni tieħu miżuri
xierqa li jiżguraw li, meta azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni
jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti
bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull
attività oħra illegali, b’kontrolli effettivi u, jekk jinkixfu
irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsin ħażin u, fejn xieraq, b’pieni
effettivi, proporzjonati u ta' deterrent. 2. Il-Kummissjoni jew
ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa
tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha
tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha, li rċevew
fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament. 3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra
l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq
operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament
bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE)
Nru 2185/96 bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni
jew xi attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
b’rabta ma’ ftehim għall-għoti jew ma’ deċiżjoni għall-għoti jew kuntratt dwar
finanzjament mill-Unjoni. 4. Mingħajr preġudizzju
għas-subparagrafi 1 u 2, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet għal għotjiet, deċiżjonijiet ta'
għotjiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni
għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u
lil OLAF sabiex jagħmlu tali awditjar, kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet. KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 23
Kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali 1. L-EU Aid Volunteers għandhom
ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta': (a)
Ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu
mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi kandidati potenzjali u
pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat skont il-prinċipji ġenerali u
t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk
il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas u
fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsilli tal-Assoċjazzjoni rispettivi, jew arranġamenti
simili; (b)
ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu
mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri
taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti
fil-Ftehim taż-ŻEE; (c)
ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu minn
pajjiżi Ewropej oħra, suġġett għall-konklużjoni ta' ftehimiet bilaterali ma' dawk
il-pajjiżi. (d)
persunal minn organizzazzjonijiet internazzjonali
li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 11(1). (2)
Din il-koperazzjoni għandha tkun imsejsa, fejn
rilevanti, fuq approprjazzjonijiet supplementari mingħand dawk il-pajjiżi
parteċipanti li għandhom jingħataw skont proċeduri miftiehma ma’ dawk
il-pajjiżi. Artikolu 24
Proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun
assistita mill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 17 (1) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 li jirrigwarda l-għajnuna
umanitarja. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 25
Eżerċizzju tal-poteri ddelegati lill-Kummissjoni 1. Is-setgħa sabiex jiġu
adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet
stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li jkunu adottati
atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 9 għandha tkun ikkonferita fuq
il-Kummissjoni għal perjodu ta' seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan
ir-Regolament. 3. Id-delega ta' setgħat tista'
tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni.
Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma
għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. 5. Att delegat jidħol fis-seħħ
biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi
żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u
l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se
joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva
tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 26
kontroll u valutazzjoni 1. L-azzjonijiet li jirċievu
assistenza finanzjarja għandhom jiġu mmonitorjati regolarment sabiex tkun
segwita l-implimentazzjoni tagħhom, u jiġu evalwati regolarment permezz ta'
evalwazzjoni esterna indipendenti biex jiġu vvalutati l-effiċjenza, l-effikaċja
u l-impatti tagħhom fir-rigward tal-għanijiet tal-EU Aid Volunteers. Dan
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandu jinkludi r-rapporti msemmija
fil-paragrafu 5 u attivitajiet oħra fuq aspetti speċifiċi ta' dan
ir-Regolament li jistgħu jitnedew fi kwalunkwe ħin matul l-implimentazzjoni
tiegħu. 2. Fil-fażi ta' evalwazzjoni,
il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni regolari mal-partijiet
interessati rilevanti kollha, inklużi l-voluntiera, l-organizzazzjonijiet li
jibagħtu u dawk ospitanti, il-popolazzjoni lokali megħjuna,
l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema fuq il-post. Ir-riżultati
tal-evalwazzjoni għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil
tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi. 3. Organizzazzjonijiet li
jibagħtu li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom
ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu
lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari. 4. Il-Kummissjoni għandha
tinforma regolarment lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE dwar l-attivitajiet
tal-EU Aid Volunteers skont ftehimiet ta' ħidma rilevanti. 5. Il-Kummissjoni għandha
tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: (a)
rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati
miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan
ir-Regolament tul l-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tiegħu, mhux aktar
tard mill-31 ta' Diċembru 2017; (b)
Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni
tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2018; (c)
rapport ta' valutazzjoni ex post sa mhux aktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2021. Il-konklużjonijiet tar-rapporti għandhom ikunu
akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposti għal emenda ta' dan ir-Regolament. KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 27
Dħul fis-seħħ Dan
ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni
tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA [biex tintuża għal kull proposta jew inizjattiva
ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva (l-Artikoli 28 tar-Regolament Finanzjarju u 22
tar-regoli ta’ implimentazzjoni)] 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma ta'
politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet) 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul ta' żmien u
impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i ta'
ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA' ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Sistema ta'
ġestjoni u ta' kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni
tal-frodi u tal-irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i 3.2. Stima tal-impatt
fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju
tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Stima tal-impatt
fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Stima tal-impatt
fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta għal
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li jistabbilixxi
Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja 1.2. Qasam/oqsma ta' politika
kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[27]
Qasam
tal-Politika kkonċernat u Attività/ Attivitajiet assoċjati: Qasam ta'
Politika 23 Għajnuna umanitarja 23 02 04 –
Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar
azzjoni ġdida X Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni
ġdida wara proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[28] ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni
ta' azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni
diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/ċi
pluriennali tal-Kummissjoni li lejhom hija diretta l-proposta/inizjattiva Titolu 4 –
l-Ewropa Globali 1.4.2. L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u
l-attività/ajiet tal-ABM/ABB kkonċernata/i Għan
operazzjonali Nru 1 Żieda u titjib
tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja. Għan
operazzjonali Nru 2 It-titjib tal-kapaċitajiet
u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u
l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu. Għan
operazzjonali Nru 3 Il-bini
tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat
f'pajjiżi terzi. Għan
operazzjonali Nru 4 Il-promozzjoni
tal-viżibilità tal-valuri ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni. Għan
operazzjonali Nru 5 It-titjib
tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex
jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw
fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. L-attività/ajiet
tal-ABM/ABB ikkonċernata/i 23 02 04 – EU
Aid Volunteers (Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja). 1.4.3. Riżultat(i) u impatt
mistenni(ja) Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi
li lejhom hija diretta. Il-proposta
se: -
tistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EU Aid
Volunteers) bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti minn voluntiera
Ewropej f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja; - tkun
immirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni biex tittratta l-kriżijiet
umanitarji, tibni għarfien u esperjenza u tipprovdi viżibilità għall-valuri
umanitarji tal-Unjoni u għas-solidarjetà mal-vittmi ta' diżastri naturali u
kriżijiet maħluqa mill-bniedem f'pajjiżi terzi; - taqdi
l-bżonnijiet tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati u tikkontribwixxi
għall-bini tal-kapaċità f’pajjiżi terzi u r-reżiljenza għad-diżastri; - taderixxi mal-prinċipji
tal-umanità, in-nondiskriminazzjoni, in-newtralità, l-imparzjalità u
l-indipendenza tal-għajnuna umanitarja u għandha timmira li tikkontribwixxi
għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja; - tiżgura li
s-sikurezza u s-sigurtà tal-EU Aid Volunteers ikunu prijorità; - timmobilizza
l-EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi filwaqt li tevita li jiġu maħnuqa
l-impjiegi lokali u l-volontarjat lokali; 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u
l-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. – In-numru
ta' EU Aid Volunteers mobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni; – L-għadd
ta' nies milħuqa minn għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni; – In-numru
ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet
bejn il-pari u l-livell ta' sodisfazzjon; – In-numru
ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati li japplikaw l-istandards
għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers; – In-numru
u t-tip ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità; – L-għadd
ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jkunu qed jipparteċipaw
f'azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità; – Il-livell
tal-għarfien tal-EU Aid Volunteers dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE; – Il-livell
ta' għarfien dwar il-Korp Umanitarju Volontarju fost il-popolazzjoni fil-mira
fl-Unjoni, il-komunitajiet tal-pajjiżi terzi li jipparteċipaw u li jibbenefikaw
u atturi umanitarji oħrajn. – It-tixrid
u r-replikazzjoni tal-istandards dwar il-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers minn
skemi ta' volontarjat oħra. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u
ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien It-Trattat ta'
Lisbona jipprevedi fl-Artikolu 214.5 tiegħu: li, ‘Sabiex
jiġi stabbilit qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti minn żgħażagħ Ewropej
għall-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit
Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja”. Il-Parlament Ewropew u
l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva
ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri għall-funzjonament ta'
dan il-korp.’ Il-Komunikazzjoni
‘Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz
tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta'
Għajnuna Umanitarja’, COM(2010)683. Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill adottati f’Mejju 2011 Dikjarazzjoni
bil-miktub tal-PE f'Novembru 2011 1.5.2. Il-valur miżjud
tal-involviment tal-UE Il-valur
miżjud tal-UE jiġi fil-forma ta': (a) il-karattru
Ewropew u tranżnazzjonali tal-EU Aid Volunteers li jgħaqqad flimkien ċittadini
tal-Unjoni minn Stati Membri differenti għal kontribuzzjonijiet konġunti
f’operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja; (b)
l-inkoraġġiment ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet
tal-għajnuna umanitarja u partijiet involuti fl-implimentazzjoni
tal-azzjonijiet tal-Korp; (c) ftuħ
tat-triq għall-ekonomiji tal-iskala u l-effetti permezz ta'
komplementarjetajiet u sinerġiji ma’ programmi u politiki rilevanti oħra nazzjonali,
internazzjonali u tal-Unjoni; (d) ftuħ
tat-triq għal espressjoni tanġibbli tal-valuri Ewropej b’mod ġenerali u b’mod
partikolari s-solidarjetà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha man-nies li huma
l-aktar vulnerabbli u fil-bżonn; (e)
kontribuzzjoni għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea billi
tingħata s-setgħa liċ-ċittadini tal-Unjoni ta' etajiet differenti u minn sfondi
soċjali, edukattivi u professjonali differenti, sabiex jieħdu sehem
f’attivitajiet ta' għajnuna umanitarja; 1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi
simili fil-passat Dawn
il-proposti jibnu fuq: - l-esperjenza
miksuba bħala riżultat tal-proġetti pilota ffinanzjati fil-qafas tas-sejħiet
imnedija fl-2011 u fl-2012 rispettivament ‘Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna
Umanitarja - Sejħa għall-proposti għal proġetti pilota’; - analiżi dwar
it-twaqqif ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja; -
Il-Komunikazzjoni ‘Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom
permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew
ta' Għajnuna Umanitarja’ - COM(2010)683. 1.5.4. Il-koerenza u s-sinerġija
possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn Konsistenza
ma': - It-Trattat,
l-Artikolu 215.4; -
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96
tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja; -
L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni ma
għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni
għandha tiżgura li l-applikanti għall-assistenza finanzjarja taħt din
id-Deċiżjoni u l-benefiċjarji ta' tali assistenza jipprovduha b'informazzjoni
dwar l-assistenza finanzjarja li jirċievu minn sorsi oħra, inkluż il-baġit
ġenerali tal-Unjoni, u dwar applikazzjonijiet għaddejjin biex jirċievu tali
assistenza. - Għandhom
jiġu mfittxija sinerġiji u komplementarjetà ma’ strumenti oħra tal-Unjoni. 1.6. Tul ta' żmien u impatt
finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva b’effett minn [ĠĠ/XX]SSSS sa [ĠĠ/XX]SSSS –
¨ Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS X Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux
limitat Dispożizzjonijiet finanzjarji ta' perjodu
limitat: L-allokazzjoni tal-baġit tkopri mill-1/1/2014
sal-31/12/2020 L-impatt finanzjarju mill-1/1/2014 sal-31/12/2020
(ħlasijiet sal-31/12/2023) 1.7. Metodu/i ta' ġestjoni
previst(i)[29]
X Ġestjoni ċentralizzata diretta
mill-Kummissjoni X Ġestjoni ċentralizzata indiretta
bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
X aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[30]
–
¨ korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont
it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku
rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża
mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta
ma' organizzazzjonijiet internazzjonali Jekk jiġi indikat
aktar minn mod wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji
fit-Taqsima ‘Kummenti’. Kummenti Il-programm
jista' jiġi implimentat kemm direttament mill-Kummissjoni (DĠ ECHO) permezz
tal-metodu tal-ġestjoni ċentralizzata diretta, jew permezz ta’ aġenzija
eżekuttiva (metodu tal-ġestjoni indiretta). Dawn iż-żewġ għażliet jibqgħu
miftuħa u se tittieħed deċiżjoni fi żmien xieraq. Il-EU Aid
Volunteers għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta': (a) ċittadini
u organizzazzjonijiet li jibagħtu mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u
kandidati potenzjali u pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat skont
il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali
għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti
fil-Ftehimiet ta' Qafas u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni
rispettivi, jew arranġamenti simili; (b) ċittadini
u organizzazzjonijiet li jibagħtu mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea
tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE),
skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE; (c) ċittadini
u organizzazzjonijiet li jibagħtu minn pajjiżi oħra Ewropej, suġġett
għall-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali ma’ dawk il-pajjiżi. (d) persunal
minn organizzazzjonijiet intnernazzjonali li jissodisfa l-kriterji
tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 11(1). 2. Din
il-koperazzjoni għandha tkun imsejsa, fejn rilevanti, fuq approprjazzjonijiet
supplementari mingħand dawk il-pajjiżi parteċipanti li għandhom isiru
disponibbli skont proċeduri miftiehma ma’ dawk il-pajjiżi. 2. MIŻURI TA' ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u
r-rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. L-azzjonijiet
li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom jiġu mmonitorjati regolarment
sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni tagħhom, u evalwati regolarment permezz
ta' evalwazzjoni esterna indipendenti biex jiġu vvalutati l-effiċjenza,
l-effikaċja u l-impatti tagħhom fid-dawl tal-għanijiet tal-EU Aid Volunteers u
l-valur miżjud tagħhom għall-UE. Din is-sorveljanza għandha tinkludi r-rapporti
msemmija fl-Artikolu 25(5) u attivitajiet oħra fuq aspetti speċifiċi ta'
dan ir-Regolament li jistgħu jitnedew fi kwalunkwe ħin matul l-implimentazzjoni
tiegħu. Fil-fażi ta'
evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni regolari
mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-voluntiera,
l-organizzazzjonijiet li jibagħtuhom u jospitawhom, l-organizzazzjonijiet
umanitarji u ħaddiema fil-qasam. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jerġgħu
jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni
tar-riżorsi. Organizzazzjonijiet
li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu
responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu
lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari. Il-Kummissjoni
għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: (a) rapport
ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u
kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul l-ewwel tliet snin
tal-implimentazzjoni tiegħu, mhux aktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2017; (b)
Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018; (c) rapport
ta' evalwazzjoni ex post mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021.
Il-konklużjonijiet
tar-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposti għal
emenda ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni
għandha wkoll regolarment tgħarraf lis-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE dwar
l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers . 2.2. Sistema ta' ġestjoni u ta'
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) Il-programm
jista’ jiġi implimentat kemm direttament mid-DĠ ECHO (ġestjoni ċentralizzata
diretta) jew permezz ta' Aġenzija Eżekuttiva eżistenti (ġestjoni ċentrali
indiretta), u se jinkludi l-għoti ta' għotjiet u kuntratti ta' servizzi. Fiż-żewġ
xenarji, ir-riskji li ġejjin ġew identifikati: (a) Riskju
rigward il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet imsieħba (partikolarment
Organizzazzjonijiet mhux Governattivi żgħar) sabiex jadattaw internament
l-istrutturi organizzattivi tagħhom sabiex jirrispondu għall-obbligi
kuntrattwali, finanzjarji u ta' prestazzjoni; (b)
Il-limitazzjonijiet tas-sigurtà u l-aċċess li jirriżultaw mill-implimentazzjoni
ta' attivitajiet f'reġjuni armati u/jew b'aċċess diffiċli, li jistgħu jpoġġu
fil-periklu l-integrità tal-implimentaturi (il-voluntiera) u jkollhom impatt
fuq il-possibilità li jinkisbu l-għanijiet operazzjonali; (c) Riskju
għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni marbuta mar-riskju inerenti li jsir użu ħażin
frawdolenti mill-fondi. Jekk
eventwalment tintgħażel l-għażla ta' aġenzija eżekuttiva, riskju addizzjonali
jista’ jkun relatat ma': (d)
nuqqasijiet ta’ koordinazzjoni ma' aġenzija eżekuttiva minħabba n-nuqqas ta'
definizzjoni ċara tal-limiti tar-responsabbiltajiet fil-ġestjoni u l-kontroll
tal-kompiti delegati lill-aġenzija eżekuttiva. Il-biċċa
l-kbira ta' dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu u, fi kwalunkwe każ, se
jkunu dejjem soġġetti għal monitoraġġ mill-qrib. Pereżempju, se jiġu applikati
miżuri ta' simplifikazzjoni, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju rivedut
(pereżempju, l-użu estiż ta' somom f’daqqa u rati fissi). Abbażi
tar-rati identifikati tal-iżbalji fl-aħħar tliet snin, ir-rata potenzjali
tal-iżbalji fil-każ tal-ġestjoni ċentralizzata diretta mid-DĠ ECHO
probabbilment se tkun taħt it-2%. F'dak li
jirrigwarda l-implimentazzjoni permezz ta' aġenzija eżekuttiva, jekk wieħed
jassumi r-rata globali ta' żbalji ta' aġenzija (l-Aġenzija Eżekuttiva EACEA,
pereżempju, ippreżentat fir-rapport annwali ta' attività tagħha tal-2011 rata
ta' żbalji ta' 0.81%) il-livell ta' nuqqas ta' konformità huwa mistenni li jkun
ta' anqas minn 2%. 2.2.2. Metodu(i) ta' kontroll
previst(i) Kif inhu l-każ
għall-ġestjoni ċentralizzata diretta, se tapplika l-istruttura ta' kontroll
ġenerali tad-DĠ ECHO. Il-kontroll għalhekk se jiffoka fuq il-konformità u
l-effikaċja ta' proċeduri amministrattivi, operazzjonali u finanzjarji
stabbiliti u r-rispett tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Dawn se jaqgħu wkoll
fl-ambitu tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) tad-DĠ ECHO. Barra minn
hekk, għotjiet u kuntratti mogħtija taħt l-istrument se jkunu suġġetti għal
awditjar ex-post estern mis-Settur tal-Awditjar Estern tad-DĠ ECHO u għal
valutazzjoni mis-sħab esterni. Bħas-soltu, l-azzjonijiet jistgħu jkunu suġġetti
għal awditjar u investigazzjonijiet mis-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI),
il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF. Il-kost mistenni tal-kontroll tad-DĠ ECHO
abbażi taċ-ċifri tal-2011 ivarja minn 2,7% għal 3,1%. Fil-każ ta'
implimentazzjoni permezz ta' aġenzija eżekuttiva, il-Kummissjoni se tapplika
l-miżuri ta' kontroll meħtieġa għall-aġenziji eżekuttivi skont
l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 dwar l-aġenziji eżekuttivi. Barra
minn hekk, il-Kummissjoni se tosserva u tikkontrolla li l-aġenzija eżekuttiva
twettaq għanijiet xierqa ta' kontroll għall-azzjonijiet li se jiġu fdati taħt
il-ġestjoni tagħha. Din is-sorveljanza se tkun integrata fit-termini ta'
kooperazzjoni bejn id-DĠ li taqa’ taħtu u l-aġenzija eżekuttiva u fir-rapportar
semestrali tal-aġenzija. Il-karatteristiċi
ewlenin tas-sistema tal-kontroll intern ta' aġenzija eżekuttiva (fuq il-bażi
tal-EACEA) huma dawn li ġejjin: (a) Ċirkwiti finanzjarji u segregazzjoni
tad-dmirijiet; (b) Il-kontroll ta' eliġibbiltà tal-kostijiet
permezz ta' kontrolli ex ante (analiżi mill-uffiċċju, missjonijiet ta'
monitoraġġ); (c) Proċedura ta’ superviżjoni; (d) Miżuri ta' simplifikazzjoni u armonizzazzjoni
implimentati fi ħdan l-istess programm u bejn programmi differenti (qsim
tal-aħjar prassi); (e) Użu ta’ somom f’daqqa u rati fissi għal xi
segmenti/azzjonijiet; (f) Rappurtar tal-maniġment (mensili, trimestrali u
annwali bħall-AAR); (g) Kontroll ex ante ċentralizzat għall-akkwisti
pubbliċi, sejħiet għall-proposti u ftehimiet ta’ għotja; (h) Kapaċità tal-awditjar intern. L-attivitajiet
tal-Aġenzija Eżekuttiva huma suġġetti għal awditi u investigazzjonijiet
mis-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI), il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF. Rigward
il-kostijiet tal-kontrolli, l-estimu tagħhom huwa bbażat fuq l-esperjenza
tal-passat tal-aġenzija eżekuttiva EACEA. Din tal-aħħar stmat il-kost
tal-kontroll taż-żewġ programmi li għandhom jiġu implimentati fil-perjodu
2014-2020: skont iċ-ċifri ppreżentati fir-rapport ta' attività annwali
tal-2011, il-kost stmat tal-kontrolli jammonta għal 2,8% u 2,9% tal-baġit
totali taż-żewġ programmi. Meta wieħed japplika l-istess riżultati, il-kost
stmat tal-kontroll tat-twaqqif tal-EU Aid Volunteers jvarja minn EUR 6,7M
għal EUR 6,9M għall-perjodu 2014-2020. Fir-rigward
tad-DĠ ECHO, huwa stmat li l-kost tal-kontroll marbut mar-rwol tiegħu ta' DĠ
konġuntament responsabbli għandu jkun ta' madwar EUR 210K, li
jirrappreżentaw 0,1% tal-baġit totali. L-implimentazzjoni ta' dawn
il-kontrolli, flimkien mal-effett probabbli tas-simplifikazzjonijiet il-ġodda
tar-RF, jippermettu l-evitar ta' żbalji materjali (>2%). 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni
tal-frodi u tal-irregolaritajiet Speċifika l-miżuri
ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti. L-ECHO se
jfassal ulterjorment l-istrateġija ta' kontra l-frodi tiegħu skont
l-istrateġija l-ġdida ta' kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata
fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex jiżgura fost l-oħrajn li: il-kontrolli
interni relatati mal-ġlieda kontra l-frodi tal-ECHO ikunu totalment allinjati
mas-CAFS; L-approċċ
tal-ġestjoni tar-riskju ta' frodi tad-DĠ ECHO ikun immirat sabiex jidentifika
ż-żoni f’riskju ta' frodi u rispons adegwat; L-Uffiċċju
Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq
il-post. Sabiex jiġu
mitigati l-frodi u l-irregolaritajiet potenzjali, huma previsti l-miżuri li
ġejjin. -
Il-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet potenzjali hija diġà meqjusa
fl-arranġament tal-programm, permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli u użu usa’
ta' rati fissi u somom f’daqqa. - Se jsiru
kontroll sistematiku ta' finanzjament doppju potenzjali u identifikazzjoni
tal-benefiċjarji ta' ħafna għotjiet. - Se jkun
implimentat awditjar ad hoc fejn ikun hemm tħassib serju f’termini ta'
irregolaritajiet u/jew suspett ta' frodi. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i · Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Fl-ordni skont l-intestaturi
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Ewropa Globali || Diff./mhux diff. ([31]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[32] || mill-pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 4 || 23 02 04 Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers || Diff. || IVA || IVA || LE || IVA/LE Il-parteċipazzjoni fl-EU
Aid Volunteers ser tkun miftuħa għal pajjiżi Ewropej oħra suġġett
għall-kundizzjonijiet imsemmija taħt l-Artikolu 23. 3.2. Estimu tal-impatt fuq
in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || 4. EWROPA GLOBALI DĠ: ECHO || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL 2014 sa 2020 Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || || 23 02 04 || Impenji || (1) || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100 Pagamenti || (2) || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[34] || || || || || || || || || || || (3) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL ta' approprjazzjonijiet għad-DĠ ECHO || Impenji || =1+3 || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100 Pagamenti || =2+3 || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100 TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100 Pagamenti || (5) || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100 TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100 Pagamenti || =5+ 6 || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Infiq amministrattiv" f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020 DĠ: ECHO || Riżorsi umani || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.274 || 1.274 || 1.593 || 8.725 Nefqa amministrattiva oħra || 0.063 || 0.063 || 0.143 || 0.063 || 0.065 || 0.122 || 0.045 || 0.564 TOTAL DĠ ECHO || Approprjazzjonijiet || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Approprjazzjonijiet totali) || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289 f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL 2014 - 2020 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Commitments || 22.409 || 25.009 || 28.889 || 33.909 || 39.239 || 45.896 || 53.083 || || 248.434 Payments || 14.989 || 19.859 || 24.919 || 31.104 || 36.019 || 42.036 || 48.828 || 30.680 || 248.434 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet
operazzjonali –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet ta' impenn f'EUR miljuni (sa 3
ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-għanijiet u l-outputs ò || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020 OUTPUTS || Tip ta' output[35] || L-ispiża medja tal-produzzjoni || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta' outputs || Spiża totali GĦAN OPERAZZJONALI Nru 1 Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || Ir-Reġistru, Nru ta' apprendistati, Nru ta' voluntiera mobilizzati || 0.014 || 376 || 5.271 || 941 || 13.367 || 1130 || 15.976 || 1356 || 20.222 || 1560 || 22.867 || 1950 || 27.361 || 2291 || 32.074 || 9604 || 137.136 Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 1 || 376 || 5.271 || 941 || 13.367 || 1130 || 15.976 || 1356 || 20.222 || 1560 || 22.867 || 1950 || 27.361 || 2291 || 32.074 || 9604 || 137.136 Indika l-għanijiet u l-outputs ò || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020 OUTPUTS || Tip ta' output[36] || L-ispiża medja tal-output || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta' outputs || Spiża totali GĦAN OPERAZZJONALI Nru 2 It-titjib tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || Taħriġ tal-voluntiera, żvilupp ta' standards || 0.0075 || 938 || 7.034 || 711 || 5.330 || 837 || 6.280 || 863 || 6.476 || 1193 || 8.946 || 1535 || 11.511 || 1600 || 12.000 || 7677 || 57.576 Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 2 || 938 || 7.034 || 711 || 5.330 || 837 || 6.280 || 863 || 6.476 || 1193 || 8.946 || 1535 || 11.511 || 1600 || 12.000 || 7677 || 57.576 GĦAN OPERAZZJONALI Nru 3 Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || Nru ta' maniġers tal-voluntiera /voluntiera lokali / ħarreġ lil min iħarreġ/numru ta' parteċipanti seminars/ || 0.00471 || 1418 || 6.681 || 785 || 3.700 || 857 || 4.038 || 901 || 4.244 || 1037 || 4.886 || 849 || 3.999 || 1263 || 6.000 || 7110 || 33.549 Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 3 || 1418 || 6.681 || 785 || 3.700 || 857 || 4.038 || 901 || 4.244 || 1037 || 4.886 || 849 || 3.999 || 1263 || 6.000 || 7110 || 33.549 Indika l-għanijiet u l-outputs ò || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020 || OUTPUTS || || Tip ta' output[37] || L-ispiża medja tal-output || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta' outputs || Spiża totali || || GĦAN OPERAZZJONALI Nru 4 Li tiġi promossa l-viżibbiltà tal-valuri tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || L-iżvilupp ta' Netwerk tal-EU Aid Volunteers ; konferenzi, komunikazzjoni, viżibilità; numru ta' karigi ta' voluntiera onlajn || 0,00081 || 300 || 1.737 || 700 || 0.940 || 1300 || 0.769 || 1700 || 1.395 || 2000 || 0.769 || 2000 || 1.053 || 2000 || 0.826 || 10000 || 7.488 || Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 4 || 300 || 1.737 || 700 || 0.940 || 1300 || 0.769 || 1700 || 1.395 || 2000 || 0.769 || 2000 || 1.053 || 2000 || 0.826 || 10000 || 7.488 || GĦAN OPERAZZJONALI Nru 5 It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat fost l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jipparteċipaw f'attivitajiet u operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || L-iżvilupp ta' standards, reviżjoni, mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni || || || 0.477 || || 0.464 || || 0.538 || || 0.364 || || 0.433 || || 0.575 || || 0.500 || || 3.351 || Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 5 || || 0.477 || || 0.464 || || 0.538 || || 0.364 || || 0.433 || || 0.575 || || 0.500 || || 3.351 || KOST TOTALI || 3032 || 21.200 || 3137 || 23.800 || 4124 || 27.600 || 4820 || 32.700 || 5790 || 37.900 || 6334 || 44.500 || 7154 || 51.400 || 34391 || 239.100 3.2.3. Estimu tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
approprjazzjonijiet amministrattivi –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta'
approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: f’miljuni ta' EUR (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.274 || 1.274 || 1.593 || 8.725 Nefqa amministrattiva oħra || 0.063 || 0.06.3 || 0.143 || 0.063 || 0.065 || 0.122 || 0.045 || 0.564 Total Parzjali INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289 Barra mill-INTESTATURA 5[38] tal-qafas finanzjarju pluriennali || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || || Total parzjali Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA TOTAL || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289 Iċ-ċifri ta’ hawn fuq se jiġu aġġustati skont
ir-riżultati tal-proċess imbassar tal-esternalizzazzjoni. 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani
meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' riżorsi umani –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta'
riżorsi umani, kif spjegat iktar ’l isfel: L-estimu għandu jiġi espress f’ammonti sħaħ (jew
sa mhux iktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Il-karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 7 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[39] XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-‘pakkett globali’) || 6 || 6 || 6 || 6 || 8 || 8 || 11 XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 yy[40] || - fil-Kwartieri Ġenerali[41] || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || || Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 12 || 12 || 12 || 12 || 14 || 14 || 18 23 huwa l-qasam ta'
politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jagħmel tajjeb għalihom persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat
għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew li ġie riallokat fi ħdan id-DĠ, flimkien,
jekk ikun meħtieġ, ma’ allokoazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ
tal-ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. Iċ-ċifri ta’ hawn fuq
se jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess imbassar
tal-esternalizzazzjoni. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || L-Iżvilupp tal-Politika u l-kunċetti. Atti u miżuri ta’ implimentazzjoni. Persunal estern || Ġestjoni ta' ftehimiet dwar l-għotjiet u kuntratti; implimentazzjoni u segwitu tal-ħidma politika; appoġġ amministrattiv. 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli
mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020
skont il-Komunikazzjoni ‘Baġit għall-Ewropa 2020’ (COM(2011)500 final). –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammazzjoni
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega x’riprogrammazzjoni tkun meħtieġa, billi
tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti li jikkorrispondu
magħhom. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument
tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[42]. Spjega x’inhu mitlub, billi tispeċifika l-intestaturi
u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti li jikkorrispondu magħhom. […] 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal
kofinanzjament minn partijiet terzi –
Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi
għall-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara
l-punt deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || Totali Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||
Il-proposta tipprovdi għal
kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi mill-pajjiżi tal-EFTA li huma membri
taż-ŻEE, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li
jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni u minn pajjiżi sħab
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. 3.3. Estimu tal-impatt fuq id-dħul
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt
finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq id-dħul mixxellanju f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Linja tal-baġit tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[43] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu ….…………. || || || || || || || || Għal dħul assenjat
mixxellanju, speċifika l-linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata(i). […] Speċifika l-metodu
tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. […] [1] Ewrobarometru Standard 73/2010, Ewrobarometru speċjali
343/2010 u Ewrobarometru Speċjali 384/2012. [2] COM(2010) 683. [3] Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Korp Volontarju
Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja mill-25 ta' Mejju 2011. [4] Dikjarazzjoni bil-miktub 25/2011 tal-Parlament Ewropew
mid-9 ta’ Mejju 2011. [5] Fl-2010 fi Brussell u fl-2011 f'Budapest – fejn aktar
minn 150 organizzazzjoni interessata pparteċipaw b’mod attiv. [6] COHAFA. [7] SG, SJ, DĠ BUDG, DĠ DEVCO, FPIS, is-SEAE, DĠ EAC, EACEA,
DĠ EMPL, DĠ ELARG. [8] Żewġ seminars dwar il-kapitalizzazzjoni ġew organizzati
f’Diċembru 2011 u Ġunju 2012 fi Brussell b'aktar minn 70 parteċipant. [9] ĠU C 25, 2008,
p. 1. [10] ĠU L 11, 2003,
p. 1. [11] COM(2011) 681 final. [12] Stabbilit bid-Deċiżjoni X/XX dwar Mekkaniżmu
tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili [13] COM(2011) 500 final. [14] ĠU C 25, 2008, p. 1. [15] Għadha mhix ippubblikata. [16] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 683 "Kif
iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat:
L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja’, (ĠU C 121/59, 2011). [17] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Strateġija
rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva’
COM(2011) 681 final (ĠU C 37, 2012, p.24). [18] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
COM(2011) 933 (ĠU C 102, 2012, p.35) [19] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011) 568
'il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE
tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali' (ĠU C 335, 2011, p.19), [20] Għadu mhux ippubblikat. [21] ĠU L 312, 1995, p.1. [22] ĠU L 292, 1996, p.2. [23] ĠU L 136, 1999, p.1. [24] ĠU L 55, 2011, p.13. [25] ĠU L 8, 2001, p.1. [26] ĠU L 281, 1995, p.31. [27] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġittjar
Abbażi tal-Attivitajiet. [28] Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [29] Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [30] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [31] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. =
Approprjazzjonijiet mhux Differenzjati [32] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [33] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [34] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE
(linji eks ‘BA’), riċerka indiretta, riċerka diretta. [35] L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu
fornuti (pereżempju, in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru
ta' km ta' toroq mibnija, eċċ). [36] L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu
fornuti (pereżempju, in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru
ta' km ta' toroq mibnija, eċċ). [37] L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu
fornuti (pereżempju, in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru
ta' km ta' toroq mibnija, eċċ). [38] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE
(linji ‘BA’ preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta. [39] CA= Aġent b’kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija
(‘Intérimaire’); JED= ‘Jeune Expert en Délégation’ (Esperti Żgħażagħ
fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; [40] Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn
approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji ‘BA’). [41] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [42] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [43] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti,
jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-kostijiet tal-ġbir.