EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0229

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (06714/2010 – C7-0067/2010 – 2010/0814(NLE))

ĠU C 236E, 12.8.2011, p. 237–238 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/237


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija *

P7_TA(2010)0229

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (06714/2010 – C7-0067/2010 – 2010/0814(NLE))

2011/C 236 E/50

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06714/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-25 ta' April tal-2005, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0067/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0199/2010),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST MILL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 3

(3)

Fi XXXX 2010, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta' Schengen relatat mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) jista' japplika f'dawk l-Istati Membri.

(3)

Fi XXXX 2010, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta' Schengen relatat mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) jista' japplika f'dawk l-Istati Membri. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub, matul il-perijodu ta' sitt xhur li jibda mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, bis-segwitu li jkunu bil-ħsieb li jagħtu għar-rakkomandazzjonijiet li jkun hemm fir-rapporti ta' valutazzjoni u msemmija fis-segwitu li jkunu għadhom iridu jiġu implimentati.


Top