Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1201(01)

    Avviż tal-Kummissjoni li għandu x'jaqsam mal-partijiet eżentati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: bidliet fl-isem u l-indirizz ta’ ċerti partijiet eżentati

    ĠU C 291, 1.12.2009, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 291/9


    Avviż tal-Kummissjoni li għandu x'jaqsam mal-partijiet eżentati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill, miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: bidliet fl-isem u l-indirizz ta’ ċerti partijiet eżentati

    2009/C 291/05

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (1) (ir-“Regolament ta' eżenzjoni”) jawtorizza l-eżenzjoni mid-dazju estiż ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dan id-dazju rriżulta mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) tad-dazju tal-anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), miżmum mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 (4) u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (5).

    F’dan il-qafas, u permezz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni suċċessivi, ċertu numru ta’ produtturi tar-roti ġew eżentati mid-dazju anti-dumping estiż: inter alia,

    Bike Fun International s.r.o. (Kodiċi addizzjonali TARIC A536) (6), C-Trading s.r.o. (Kodiċi addizzjonali TARIC A662) (7), Décathlon Italia SRL (Kodiċi addizzjonali TARIC 8085) (8), F.lli Schiano S.R.L. (Kodiċi addizzjonali TARIC A824) (9), Ghost Mountain Bikes GmbH (Kodiċi addizzjonali TARIC 8523) (10), Steppenwolf GmbH (Kodiċi addizzjonali TARIC A406) (11).

    Bike Fun International s.r.o. infurmat lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Štefánikova 1163, 742 21 Kopřivnice, ir-REPUBBLIKA ĊEKA, għal Areál Tatry 1445/2, 742 21 Kopřivnice, ir-REPUBBLIKA ĊEKA.

    C-Trading s.r.o. infurmat lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn C-Trading s.r.o. għal Credat Industries a.s.

    Décathlon Italia SRL infurmat lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Décathlon Italia SRL, I-20124 Milano MI, l-ITALJA, għal Oxiprod S.R.L., Via Morone Gerolamo 4, I-20121 Milano MI, l-ITALJA.

    F.lli Schiano S.R.L. infurmat lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Via Carmelo Pezzullo 20, 80027 Frattamaggiore NA, l-ITALJA għal Via Ferdinando Del Carretto 26, 80100 Napli NA, l-ITALJA.

    Ghost Mountain Bikes GmbH infurmat lill-Kummissjoni li l-isem u l-indirizz legali tal-kumpanija nbidlu minn Ghost Mountain Bikes GmbH, 95652 Waldsassen, il-ĠERMANJA għal Ghost-Bikes GmbH, An der Tongrube 3, 95652 Waldsassen, il-ĠERMANJA.

    Steppenwolf GmbH infurmat lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn Wettersteinstrasse 18, 82024 Taufkirchen, il-ĠERMANJA għal Keltenring 9, 82041 Oberhaching, il-ĠERMANJA.

    Wara li eżaminat it-tagħrif mogħti lilha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-bidliet fl-ismijiet u fl-indirizzi legali tal-kumpaniji ma jaffettwawx l-operazzjonijiet ta' immuntar f'dak li għandu x'jaqsam mal-istipulazzjonijiet tar-Regolament ta' eżenzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma tqisx li dawn il-bidliet għandhom jaffettwaw l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż.

    Għalhekk ir-referenzi għal Bike Fun International s.r.o. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/22/KE, għal C-Trading s.r.o. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/772/KE, għal Décathlon Italia SRL fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/447/KE, għal F.lli Schiano S.R.L. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/260/KE, għal Ghost Mountain Bikes GmbH fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/115/KE u għal Steppenwolf GmbH fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/899/KE għandhom jinqraw kif qed jidhru fl-Anness li ġej:


    (1)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

    (2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

    (3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

    (4)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.

    (5)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

    (6)  ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16.

    (7)  ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5.

    (8)  ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32.

    (9)  ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73.

    (10)  ĠU L 31, 6.2.1998, p. 25.

    (11)  ĠU L 336, 23.12.2003, p. 101.


    ANNESS

    Referenza ta' qabel

    Referenza ġdida

    Il-pajjiż

    Kodiċi addizzjonali Taric

    Bike Fun International s.r.o.

    Štefánikova 1163

    742 21 Kopřivnice

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Bike Fun International s.r.o.

    Areál Tatry 1445/2

    742 21 Kopřivnice

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Ir-Repubblika Ċeka

    A536

    C-Trading s.r.o.

    V. Palkovicha 19

    946 03 Kolárovo

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Credat Holding a.s.

    V. Palkovicha 19

    946 03 Kolárovo

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Ir-Repubblika Slovakka

    A662

    Décathlon Italia SRL

    20124 Milano MI

    ITALIA

    Oxiprod S.R.L.

    Via Morone Gerolamo 4

    20121 Milano MI

    ITALIA

    L-Italja

    8085

    F.lli Schiano S.R.L.

    Via Carmello Pezzullo 20

    80027 Frattamaggiore NA

    ITALIA

    F.lli Schiano S.R.L.

    Via Ferdinando Del Carretto 26

    80100 Naples NA

    ITALIA

    L-Italja

    A824

    Ghost Mountain Bikes GmbH

    95652 Waldsassen

    DEUTSCHLAND

    Ghost-Bikes GmbH

    An der Tongrube 3

    95652 Waldsassen

    DEUTSCHLAND

    Il-Ġermanja

    8523

    Steppenwolf GmbH

    Wettersteinstrasse 18

    82024 Taufkirchen

    DEUTSCHLAND

    Steppenwolf GmbH

    Keltenring 9

    82041 Oberhaching

    DEUTSCHLAND

    Il-Ġermanja

    A406


    Top