EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007TA1219(12)

Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

ĠU C 309, 19.12.2007, p. 67–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 309/67


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

(2007/C 309/12)

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 (1). Il-missjonijiet ta' l-Aġenzija huma li ttejjeb il-livell ta' interoperabilità tas-sistemi tal-ferroviji u li tiżviluppa approċċ komuni lejn is-sigurtà sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' settur Ewropew tal-ferroviji aktar kompetittiv b'livell ogħla ta' sigurtà.

2.

It-Tabella 1 tippreżenta sommarju tal-kompetenzi u ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Għal skopijiet t'informazzjoni, informazzjoni prinċipali mill-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 hija preżentata fit-Tabelli 2, 3 u 4.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 (2); hija ġiet magħmula wara eżami tal-kontijiet ta' l-Aġenzija, kif mitlub mill-Artikolu 248 tat-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea.

4.

Il-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2006 (3) ġew magħmula mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, skond l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004, u mibgħuta lill-Qorti, li għandha l-obbligu li tagħti dikjarazzjoni t'assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

5.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta' l-Etika ta' l-IFAC u ta' l-INTOSAI, safejn dawn huma applikabbli għall-kuntest tal-Komunità Ewropea. Il-verifika ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-Dikjarazzjoni espressa hawn taħt.

Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2006, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Legalità u regolarità tat-tranżazzjonjiet ta' bażiB'eċċezzjoni għall-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 10, it-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

OSSERVAZZJONIJIET

7.

Fl-ewwel sena tagħha t'awtonomija finanzjarja l-Aġenzija implimentat 72 % ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenji tagħha. Il-livelli ta' trasferimenti għan-nefqa amministrattiva (Titolu II) u n-nefqa operattiva (Titolu III) kienu ta' 37,5 % u 85 % rispettivament. Għalhekk, il-prinċipju baġitarju ta' l-annwalità ma kienx strettament osservat.

8.

L-Aġenzija hija lokalizzata f'żewġ t'ibliet: is-sit amministrattiv tagħha jinsab f'Valenciennes filwaqt li l-laqgħat tagħha huma miżmuma f'Lille. L-Aġenzija s'issa għadha ma sabitx mezzi kif tibbilanċja l-ispejjeż li joħorġu mill-obligazzjoni li għandha li tkun lokalizzata f'żewġ postijiet.

9.

Is-sistema tal-kontroll intern uriet nuqqasijiet. Sottodelegazzjonijiet ma ġewx mogħtija skond ir-regoli. Kien hemm inkonsistenzi bejn deċiżjonijiet tad-delegazzjonijiet u d-drittijiet t'aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-baġit SI2. L-Aġenzija m'adottatx regoli implimentattivi għar-regolament finanzjarju tagħha.

10.

Eżami tal-proċeduri t'akkwist pubbliku wera' diversi anomaliji: użu ta' kuntratti skaduti (4) u estensjonijiet irregolari ta' kuntratti ineżistenti (5). Għalhekk l-Aġenzija għandha tnehdi proċeduri t'akkwist pubbliku għal dawk l-oqsma li huma preżentement koperti minn kuntratti li ma kinux għaddew minn proċeduri regolari.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-27 ta' Settembru 2007.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  Dawn il-kontijiet ġew magħmula fid-19 ta' Ġunju 2007 u rċevuti mill-Qorti fit-2 ta' Lulju 2007.

(4)  Każ wieħed identifikat: 49 000 euro.

(5)  Żewġ każijiet identifikati: 630 000 euro.


 

Tabella 1

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Lille/Valenciennes)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja li joħorġu mit-Trattat

Kompiti ta' l-Aġenzija kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 881/2004

Tmexxija

Riżorsi disponibbli lill-Aġenzija fl-2006

Prodotti u servizzi provduti fl-2006

Politika Komuni tat-Trasport

Bl-iskop li jwettaq l-Artikolu 70, u filwaqt illi jqis il-fatturi partikolari tat-trasport, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jistabbilixxi:

a)

regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

b)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru;

ċ)

miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport;

d)

provvedimenti oħra xierqa.

(L-Artikolu 71)

Objettivi

Li tikkontribwixxi, f'materji tekniċi, lejn l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja mmirata lejn:

1.

it-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tas-settur tal-ferroviji

2.

l-iżvilupp ta' approċċ komuni lejn is-sigurtà fis-sistema Ewropea tal-ferroviji,

sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà.

Kompiti:

1.

Tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

il-metodi komuni tas-sigurtà (CSMs) u l-miri komuni tas-sigurtà (CSTs) li hemm provvedimenti għalihom fid-Direttiva fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (2004/49/KE);

ċertifikati ta' sigurtà u miżuri fil-qasam tas-sigurtà;

l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-interoperabiltià tal-linji tal-ferroviji;

il-monitoraġġ ta' l-interoperabilità;

iċ-ċertifikazzjoni tal-postijiet fejn issir il-manutenzjoni;

kompetenzi professjonali;

ir-reġistrazzjoni ta' materjali mobbli.

2.

Toħroġ opinjonijiet dwar:

regoli ta' sigurta nazzjonali;

monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol ta' korpi notifikati;

l-interoperabilità tan-netwerk trans-Ewropew.

3.

Koordinament ta' korpi nazzjonali:

koordinazzjoni t'awtoritajiet ta' sigurtà nazzjonali u l-entitajiet investigattivi nazzjonali (kif deskritti fid-Direttiva 2004/49/EC, l-Artikoli 17 u 21).

4.

Pubblikazzjonijiet u databases:

rapport dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà (kull sentejn);

rapport dwar il-progress ta' l-interoperabilità (kull sentejn);

database pubblika ta' dokumenti ta' sigurtà;

reġistru pubbliku ta' dokumenti dwar l-interoperabilità.

1.   Bord ta' Tmexxija

Jikkonsisti f'rappreżentant ta' kull Stat Membru, erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3.   Kontroll Estern:

Il-Qorti ta' l-Awdituri.

4.   Awtorità ta' Kwittanza:

Il-Parlament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit finali:

14,4-il miljun euro

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2006:

karigi imniżżla fil-pjan ta' twaqqif: 95

karigi okkupati: 80

Persunal ieħor: 5 p.

Total tal-persunal: 85

Responsabbli għal:

kompiti operattivi: 58,5

kompiti amministrattivi: 26,5

Sigurtà:

Rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar formati armonizzati għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u formoli t'applikazzjoni armonizzati sabiex jintużaw minn kumpaniji tal-ferroviji u awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali.

Rakkomandazzjoni lill-Kummisjoni dwar in-notifikazzjoni ta' regoli tas-sigurtà nazzjonali wara talba mill-Kummissjoni relatata ma' miżuri oħra fil-qasam tas-sigurtà.

Rapporti dwar il-progress annwali lill-Kummissjoni dwar:

L-interoperabilità:

Rakkomandazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-materjali mobbli u rapport dwar l-ispeċifikazzjonijiet dwar ir-Reġistru Nazzjoni tal-Vetturi.

ERTMS (Sistema Ewropea dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ferroviji):

Rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiġi aġġornat l-Anness A ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità, il-Kontroll tal-Kmand u s-Senjalazzjoni għas-sistemi tal-ferroviji ta' veloċità qawwija u dawk konvenzjonali..

Evalwazzjoni ekonomika:

Linjigwida dwar il-Metodoloġija għall-evalwazzjoni ta' l-impatt, applikabbli għar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Aġenzija kollha, ġew fornuti lill-Kummissjoni. Linji gwida applikati ġew ikkunsinnati għal diversi abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet. Evalwazzjonijiet ta' l-impatt qed jiġu preparati b'mod parallel mar-rakkomandazzjonjiet.

Fuq talba tal-Kummissjoni, ġiet provuta evalwazzjoni ta' l-impatt għal aċċettazzjoni reċiproka mtejba tal-materjal mobbli (lokomottivi).

Sors: Informazzjoni provduta mill-Aġenzija.

Sors: dejta provduta mill-Aġenzija. Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta provduta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha. Dawn il-kontijiet huma magħmula fuq bażi tad-dovuti.

Tabella 2

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Lille/Valenciennes) — Implementazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006

(1000 euro)

Dħul

Nefqa

Oriġini tad-dħul

Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprijazzjonijiet tal-baġit finali

Approprijazzjonijiet trasferiti mis-sena(snin) finanzjarja(i) preċedenti

imdaħħla

impenjati

imħallsa

trasferiti

annullati

imdaħħla

impenjati

imħallsa

annullati

Sussidji komunitarji

14 398

12 385

Titolu I

Persunal

9 649

6 816

6 688

129

2 833

12

4

4

8

Dħul ieħor

 

20

Titolu II

Amministrazzjoni

1 349

1 062

664

398

287

1 048

347

337

711

 

 

 

Titolu III

Attivitajiet operattivi

3 400

2 543

390

2 153

857

2 245

1 389

1 157

1 089

Total

14 398

12 406

Total

14 398

10 422

7 742

2 680

3 976

3 305

1 741

1 498

1 807

Sors: dejta provduta mill-Aġenzija. Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta provudta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha. Id-dħul miġbur u l-pagamenti huma stmati fuq bażi tal-flus kontanti.


Tabella 3

L-Aġenizja Ewropea tal-Ferroviji (Lille/Valenciennes) — Kont tar-riżutlat ekonomiku għas-sena finanzjarja 2006

(1000 euro)

 

2006

Dħul operattiv

Sussidji komunitarji

11 920

Sussidji oħra

364

Total (a)

12 284

Spejjeż operattivi

Spejjeż tal-persunal

6 694

Spejjeż relatati ma' attiv fiss

168

Spejjeż amministrattivi oħra

1 322

Spejjeż operattivi

1 330

Total (b)

9 514

Bilanċ favur/(kontra) mill-attivitajiet operattivi (c = a – b)

2 770

Dħul minn operazzjonijiet finanzjarji (e)

3

Spejjeż fuq operazzjonijiet finanzjarji (f)

2

Bilanċ favur/(kontra) mill-attivitajiet mhux operattivi (g = e – f)

1

Riżultat ekonomiku għas-sena (h = c + g)

2 771


Tabella 4

L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Lille/Valenciennes) — Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2006

(1000 euro)

 

2006

Attiv mhux kurrenti

Attiv fiss mhux tanġibbli

506

Attiv fiss tanġibbli

378

Attiv kurrenti

Pre-finanzjament ta' skadenza qasira

18

Riċevibbli ta' skandenza qasira

188

Likwidità u ekwivalenti likwidi

3 299

Total ta' l-attiv

4 389

Passiv kurrenti

Kontijiet pagabbli

1 618

Total tal-passiv

1 618

Attiv nett

Riżultat ekonomiku għas-sena

2 771

Total ta' l-attiv nett

2 771

Total tal-passiv u ta' l-attiv nett

4 389


R-RISPOSTI TA' L-AĠENZIJA

7.

Matul l-2006 l-attivitajiet ipprogrammati ma kienux implimentati b’mod sħiħ kif l-Aġenzija kien għadha fil-fażi ta’ installazzjoni. Fl-2007, l-Aġenzija ser tagħmel analiżi fil-fond ta’ l-ipprogrammar ta’ l-attivitajiet tagħha, ir-riżorsi meħtieġa u l-baġit li għandu jiġi allokat flimkien mal-pjan għal sejħiet għal offerti.

8.

L-Aġenzija bħalissa qed tinnegozja ma’ l-awtoritajiet ta’ l-istat li qed jospita l-possibilità li tidħol fi Ftehim Fiss. F’dan il-kuntest l-istat li qed jospita qabel li jagħmel kontribuzzjoni sostanzjali għal kera tal-bini future f’Valenciennes. Dan ipaċi parzjalment l-ispejjeż annwali (stmati għal 450 000 euros) li jirriżultaw mill-lokazzjoni doppja ta’ l-Aġenzija.

9.

Fil-bidu ta’ l-2007, l-Aġenzija għamlet funzjoni ta’ sigurtà fis-seħħ sabiex tiċċekkja l-konsistenza bejn id-delegazzjonijiet u s-sotto-delegazzjonijiet li huma fis-sistema tal-ġestjoni tal-baġit u l-atti korrispondenti ffirmati. L-Aġenzija qed tippjana li tissottometti r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha għal adozzjoni mill-Bord Amministrattiv qabel l-aħħar ta’ l-2007.

10.

Is-sitwazzjonijiet deskritti mill-Qorti kienu r-riżultat ta’ nuqqas ta’ personal matul il-fażi ta’ installazzjoni ta’ l-Aġenzija. F’Ġunju 2007 ġiet imposta sistema ta’ akkwist sabiex jiġi evitat li dan jiġri fil-futur. L-inkarigu huwa li tikkordina u tagħmel superviżjoni tal-proċeduri ta’ akkwist.


Top