This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006IP0435
European Parliament resolution on 'bulk' implementing measures for the Transparency Directive
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta' implimentazzjoni 'bulk' għad-Direttiva dwar it-Trasparenza
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta' implimentazzjoni 'bulk' għad-Direttiva dwar it-Trasparenza
ĠU C 313E, 20.12.2006, pp. 114–116
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta' implimentazzjoni 'bulk' għad-Direttiva dwar it-Trasparenza
Official Journal 313 E , 20/12/2006 P. 0114 - 0116
P6_TA(2006)0435 Miżuri ta' implimentazzjoni (livell 2) għad-Direttiva dwar it-"Trasparenza" Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta' implimentazzjoni "bulk" għad-Direttiva dwar it-Trasparenza Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat [1], - wara li kkunsidra l-abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni li tistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE, ippubblikata mill-Kummissjoni fit- 30 ta' Mejju 2006, - wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [2], hekk kif mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas- 17 ta' Lulju 2006 [3], - wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Prodi lill-Parlament fil- 5 ta' Frar 2002, - wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal- 5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji [4], - wara li kkunsidra l-emendi proposti għall-abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni li tistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE adottati mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fl- 10 ta' Ottubru 2006, - wara li kkunsidra t-tweġiba mill-Kummissjoni għal dawk l-emendi proposti, li ġiet mgħoddija lill-Parlament permezz ta' ittra fit- 18 ta' Ottubru 2006, indirizzata lir-rapporteur u liċ-chairwoman tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, - wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' l-ECOFIN tal- 5 ta' Mejju 2006, li jenfasizzaw l-importanza tassuperviżjoni, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fi ħdan l-UE, - wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, 1. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis il-limiti tas-setgħat mogħtija lilha permezz tad-Direttiva 2004/109/KE, skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat, sabiex tiżgura ċertezza legali għal atturi fissuq finanzjarju; 2. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni huma soluzzjoni li tista' taħdem sabiex jinkisbu l-objettivi ta' kundizzjonijiet ta' operazzjoni mtejba għal atturi fis-suq finanzjarju kif ukoll ta' swieq finanzjarji effiġjenti, trasparenti u sikuri fl-Unjoni Ewropea; 3. Jisħaq li x-xogħol li twettaq mill-Parlament minn meta ġew ippubblikati l-miżuri ta' implimentazzjoni ġie stimulat peremzz tal-ħtieġa li jiġu rispettati dawk id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi mmirati lejn il-kisba ta' riżultat bilanċjat bejn il-kompetizzjoni u t-trasparenza għas-swieq finanzjarji, partijiet interessati (azzjonisti, emittenti u utenti), awtoritajiet regulatorji u rappreżentanti eletti demokratikament; 4. Jilqa' l-ħeġġa li wriet il-Kummissjoni biex taħdem mal-Parlament sabiex jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli għall-partijiet kollha konċernati; ifakkar il-ħtieġa li l-Parlament jiġi involut u informat mill-aktar stadji bikrija bix-xogħol preparatorju fuq il-miżuri kollha tal-Livell 2; 5. Jinnota li l-proċedura li tirrigwarda l-kompletar ta' miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE hija kważi mingħajr preċedent, fid-dawl tal-mod ta' kif tiżviluppa normalment il-leġiżlazzjoni ta' l- UE; jiġbed l-attenzjoni, għaldaqstant, għall-ħtieġa li jinkiseb riżultat li b'mod reċiproku ikun sodisfaċenti għall-istituzzjonijiet kollha sabiex ir-relazzjoni interistituzzjonali tiġi żviluppata f'direzzjoni pożittiva; 6. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex b'mod effettiv timmonitorja l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali ta' kontabilità u verifika sabiex ikun żgurat fehim konsistenti tal-livell ta' assigurazzjoni li l-investituri jistgħu jistennew minn reviżjoni ta' l-awdituri ta' rapporti finanzjarji ta' nofs is-sena, jekk dawn isiru; 7. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis jekk id-definizzjoni tal-kontenut minimu tas-sensiela mqassra ta' stqarrijiet finanzjarji ta' nofs is-sena għandhiex tkun riveduta meta ma tkunx preparata skond l-Istandards Internazzjonali ta' Kontabilità; 8. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li tinħoloq proċedura effettiva ta' notifika għas-superviżjoni ta' attivitajiet ta' twettiq tal-kummerċ; 9. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġixxu lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej biex jibni netwerks adegwati sabiex jillimitaw il-piż ta' l-iskambju ta' informazzjoni li jaqa' fuq ilparteċipanti fis-suq; 10. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti każ partikulari lill-aspettattivi neċessarji ekwivalenti ta' kumpaniji ta' mmaniġġjar u ditti ta' investiment ta' pajjiżi terzi, u tiżgura li dawn id-ditti b'mod ċar jippreżentaw l-identifikazzjoni ta' l-awtorità kompetenti tagħhom jew, jekk mhumiex regolati, jistqarru din l-informazzjoni b'mod ċar; 11. Jesprimi l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi meta jistabilixxu standards minimi għat-tifrix ta' informazzjoni għall-pubbliku; 12. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-istandards għal tifrix effettiv ta' informazzjoni; 13. Jaċċetta l-miżuri ta' implimentazzjoni; 14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ewropew tar-Regolaturi tat-Titoli. [1] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38. [2] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [3] ĠU L 200, 22.7.2006, P. 11. [4] ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115. --------------------------------------------------