This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42018D0335
Decision (EU, Euratom) 2018/335 of the representatives of the Governments of the Member States of 28 February 2018 appointing Judges and Advocates-General to the Court of Justice
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2018/335 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-28 ta' Frar 2018 li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2018/335 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-28 ta' Frar 2018 li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja
ĠU L 64, 7.3.2018, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2024
|
7.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/1 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2018/335 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-28 ta' Frar 2018
li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2018. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024. |
|
(2) |
Il-kandidaturi tas-Sur Alexander Arabadjiev, is-Sur Jean-Claude Bonichot, is-Sur Thomas von Danwitz, is-Sur Carl Gustav Fernlund, is-Sur Egils Levits, is-Sur Constantinos Lycourgos, is-Sur Jiří Malenovský u s-Sinjura Alexandra Prechal ġew proposti bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħhom ta' Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kandidaturi tas-Sur Yves Bot u s-Sur Maciej Szpunar ġew proposti bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħhom ta' Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-kandidatura tas-Sinjura Lucia Serena Rossi ġiet proposta għall-kariga ta' Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja u dik tas-Sur Giovanni Pitruzzella għall-kariga ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta' dawn il-kandidati għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallfin u Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-segwenti għandhom jinħatru Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024:
|
— |
Is-Sur Alexander ARABADJIEV, |
|
— |
Is-Sur Jean-Claude BONICHOT, |
|
— |
Is-Sur Thomas VON DANWITZ, |
|
— |
Is-Sur Carl Gustav FERNLUND, |
|
— |
Is-Sur Egils LEVITS, |
|
— |
Is-Sur Constantinos LYCOURGOS, |
|
— |
Is-Sur Jiří MALENOVSKÝ, |
|
— |
Is-Sinjura Alexandra PRECHAL, |
|
— |
Is-Sinjura Lucia Serena ROSSI. |
Artikolu 2
Is-segwenti għandhom jinħatru Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024:
|
— |
Is-Sur. Yves BOT, |
|
— |
Is-Sur Giovanni PITRUZZELLA, |
|
— |
Is-Sur Maciej SZPUNAR. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.
Il-President
D. TZANTCHEV