This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42016D0847
Decision (EU, Euratom) 2016/847 of the Representatives of the Governments of the Member States of 24 May 2016 appointing a Judge to the General Court
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/847 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta' Mejju 2016 li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/847 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta' Mejju 2016 li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
ĠU L 141, 28.5.2016, p. 77–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2022
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/77 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/847 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-24 ta' Mejju 2016
li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il imħallef tal-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2016. Jeħtieġ li jsir il-proċess ta' ħatriet għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022. |
(2) |
Is-Sur Lauri MADISE ġie propost għat-tiġdid tal-mandat tiegħu. |
(3) |
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Lauri MADISE għall-funzjoni ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Lauri MADISE huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.
Il-President
P. DE GOOIJER