Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42014X0212(01)

    Ir-Regolament Nru 43 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ materjali tal-ħġieġ tas-sikurezza u l-installazzjoni tiegħu fuq il-vetturi

    ĠU L 42, 12.2.2014, p. 1–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 42, 12.2.2014, p. 1–1 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/43(2)/oj

    12.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 42/1


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli f’:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 43 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ materjali tal-ħġieġ tas-sikurezza u l-installazzjoni tiegħu fuq il-vetturi

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Suppliment 2 mas-serje ta’ emendi 01 - Data tad-dħul fis-seħħ: it-3 ta' Novembru 2013

    WERREJ

    IR-REGOLAMENT

    1.

    Ambitu

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Immarkar

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Rekwiżiti ġenerali

    7.

    Rekwiżiti partikolari

    8.

    Testijiet

    9.

    Modifika jew estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza

    10.

    Konformità tal-produzzjoni

    11.

    Penali għal nuqqasijiet fil-konformità tal-produzzjoni

    12.

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    13.

    Produzzjoni mwaqqfa definittivament

    14.

    Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    ANNESSI

    1

    Komunikazzjoni

    1A

    Komunikazzjoni

    2

    Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-komponenti

    2A

    Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-vetturi

    3

    Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test

    4

    Windskrijns tal-ħġieġ imsaħħaħ

    5

    Ħġiġiet imwebbsa b 'mod uniformi

    6

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju

    7

    Ħġiġiet laminati

    8

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat

    9

    Ħġieġ tat-twieqi tas-sikurezza b’materjali tal-plastik fuq ġewwa

    10

    Windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik

    11

    Ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik

    12

    Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda

    13

    Raggruppament tal-windskrijns għall-ittestjar tal-approvazzjoni

    14

    Ħġiġiet tal-plastik riġidu

    15

    Ħġiġiet tal-plastik flessibbli

    16

    Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu

    17

    Il-kejl tal-għoli tas-segment u l-pożizzjoni tal-punti tal-impatt

    18

    Proċedura biex jiġu determinati ż-żoni tat-test fuq windskrijns ta' vetturi fir-rigward tal-punti “V”

    19

    Il-proċedura biex ikunu determinati l-punt “H” u l-angolu tat-torso proprju għall-pożizzjonijiet ta' bilqiegħda fil-vetturi bil-mutur

    20

    Kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni

    21

    Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-iżolament tal-ħġieġ tas-sikurezza fuq il-vetturi

    1.   AMBITU

    Dan ir-Regolament japplika għal:

    (a)

    Materjali tal-ħġieġ tas-sikurezza intenzjonati sabiex jiġu installati bħala windskrijns jew ħġieġ ieħor, jew bħala diviżjonar, fuq vetturi tal-kategorija L bil-karrozzerija M, N, O, u T (1);

    (b)

    Vetturi tal-kategorija M, N u O fir-rigward tal-installazzjoni ta’ dawn il-materjali;

    Fiż-żewġ każijiet, bl-esklużjoni ta’ ħġieġ għad-dwal u l-apparati li jissenjalaw id-dawl u l-panils tal-istrumenti tad-dawl u ħġieġ kontra l-balal u ħġieġ doppju.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.

    “Ħġieġ imwebbes” ifisser ħġieġa li tikkonsisti minn saff wieħed ta’ ħġieġ li jkun ġie soġġett għal trattament speċjali sabiex tiżdied is-saħħa mekkanika tiegħu u biex tiġi kkundizzjonata l-frammentazzjoni tiegħu wara li jitfarrak.

    2.2.

    “Ħġieġ laminat” ifisser ħġieġa li tikkonsisti minn żewġ saffi jew aktar ta’ ħġieġ li jinżammu flimkien permezz ta’ saff wieħed jew aktar ta’ materjal tal-plastik bejn is-saffi; jista’ jkun:

    2.2.1.

    “Ħġieġ laminat ordinarju”, fejn l-ebda wieħed mis-saffi tal-ħġieġ li minnu huwa kompost ma jkun ġie trattat, jew

    2.2.2.

    “Ħġieġ laminat ittrattat”, fejn mill-inqas wieħed mis-saffi tal-ħġieġ li minnu huwa kompost ikun ġie trattat b’mod speċjali sabiex tiżdied is-saħħa mekkanika tiegħu u biex il-frammentazzjoni tiegħu tiġi kkundizzjonata wara li jitfarrak;

    2.3.

    “Saff intermedju” jfisser kwalunkwe materjal użat biex iżomm flimkien is-saffi komponenti tal-ħġieġ laminat.

    2.4.

    “Ħġieġa tas-sikurezza miksija b’materjal tal-plastik” tfisser ħġieġa kif definita fil-paragrafi 2.1 jew 2.2 b’saff ta’ materjal tal-plastik fuq il-wiċċ intern tagħha;

    2.5.

    “Ħġieġ-plastik” tfisser il-ħġieġ magħmul minn kwalunkwe materjal tal-ħġieġ li jikkonsisti f’saff wieħed ta’ ħġieġ u saff wieħed jew aktar ta’ plastik u wiċċ tal-plastik tal-prodott ikun qed jiffaċċja n-naħa ta’ ġewwa.

    2.6.

    “Ħġieġ tal-plastik” huwa materjal tal-ħġieġ li jinkludi bħala ingredjent essenzjali sustanza organika polimerika waħda jew aktar ta’ piż molekulari kbir, li fl-istat lest tiegħu huwa solidu u, f’xi stadju fil-manifattura jew l-ipproċessar tiegħu f’oġġetti lesti, jista’ jiġi ffurmat bi flow.

    2.6.1.

    “Ħġieġa tal-plastik riġidu” tfisser materjal tal-ħġieġ tal-plastik li ma jitgħawwiġx vertikalment iżjed minn 50 mm fit-test tal-flessibbiltà (l-Anness 3, il-paragrafu 12).

    2.6.2.

    “Ħġieġ tal-plastik flessibbli” jfisser materjal tal-ħġieġ tal-plastik li jitgħawweġ vertikalment iżjed minn 50 mm fit-test tal-flessibbiltà (l-Anness 3, il-paragrafu 12).

    2.7.

    “Tieqa doppja” tfisser armar ta’ żewġ ħġiġiet installati separatament fl-istess fetħa tal-vettura.

    2.8.

    “Unità b'iktar minn ħġieġa waħda” tfisser armar ta’ mill-inqas żewġ ħġiġiet paralleli armati b’mod permanenti fil-manifattura u separati bi spazju uniformi wieħed jew aktar.

    2.8.1.

    “Unità b'iktar minn ħġieġa waħda simmetrika” tfisser unità b'iktar minn ħġieġa waħda fejn il-ħġiġiet komponenti kollha jkunu identiċi (eż. kollha tal-ħġieġ imwebbes uniformi).

    2.8.2.

    “Unità b'iktar minn ħġieġa waħda asimmetrika” tfisser unità b'iktar minn ħġieġa waħda li mhijiex unità b'iktar minn ħġieġa waħda simmetrika.

    2.9.

    “Ħġieġ reżistenti għall-bulits” jew “Ħġieġ li jiflaħ għall-bulits”, tfisser il-ħġieġ mibni b'tali mod li jkun reżistenti għall-armi tan-nar.

    2.10.

    “Karatteristika prinċipali” tfisser karatteristika li timmodifika b’mod sinifikanti l-karatteristiċi ottiċi u/jew mekkaniċi ta’ ħġieġa tas-sikurezza li jistgħu jkunu mhux mingħajr sinifikat għall-funzjoni li l-ħġieġa tkun maħsuba li twettaq f’vettura. It-terminu jkopri wkoll l-ismijiet tan-negozju jew il-marki kif speċifikat mid-detentur tal-approvazzjoni.

    2.11.

    “Karatteristika sekondarji” tfisser karatteristika li hija kapaċi timmodifika l-karatteristiċi ottiċi u/jew mekkaniċi ta’ materjal ta’ ħġieġa tas-sikurezza b’tali mod li jkun ta’ sinifikat għall-funzjoni li l-ħġieġa hija maħsuba li twettaq f’vettura. Il-firxa ta’ modifikazzjoni bħal din hija vvalutata fir-rigward tal-indiċijiet tad-diffikultà.

    2.12.

    It-terminu “indiċijiet ta’ diffikultà” ikopri sistema ta’ klassifika f’żewġ stadji li tapplika għall-varjazzjonijiet osservati fil-prattika f’kull karatteristika sekondarja. Bidla minn indiċi “1” għal indiċi “2” tindika l-ħtieġa għal testijiet addizzjonali.

    2.13.

    “Windskrijn” tfisser il-ħġieġ quddiem is-sewwieq li minnu s-sewwieq jara t-triq quddiemu.

    2.14.

    “Erja żviluppata tal-windskrijn” tfisser l-erja rettangolari minima ta’ ħġieġa li minnha jista’ jiġi mmanifatturat windskrijn.

    2.15.

    “Angolu tal-inklinazzjoni tal-windskrijn” tfisser l-angolu inkluż minn naħa waħda bejn linja vertikali u min-naħa l-oħra bejn linja dritta li tgħaddi mit-tarf ta’ fuq u ta’ isfel tal-windskrijn, biż-żewġ linji jkunu jinsabu fi pjan vertikali li jinkludi l-assi lonġitudinali tal-vettura;

    2.15.1.

    Il-kejl tal-angolu tal-inklinazzjoni għandu jsir fuq vettura wieqfa fuq art wietja, u fil-każ ta’ vettura għat-trasport tal-passiġġieri, il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni tajba għas-sewqan, bit-tank tal-fjuwil mimli, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna u l-lubrikant, u għandha tkun mgħammra bl-għodod jew ir-roti u l-istepni (jekk dawn ikunu pprovduti bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura); għandha ssir konċessjoni għall-massa tas-sewwieq, u wkoll, fil-każ ta’ vettura għat-trasport tal-passiġġieri, għal dik ta’ passiġġier wieħed fis-sit ta’ quddiem; il-massa tas-sewwieq u dik tal-passiġġier it-tnejn jitqiesu li huma ta' 75 ± 1 kg;

    2.15.2.

    Vetturi mgħammra b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew b’mekkaniżmu għall-aġġustament awtomatiku tal-għoli mill-art skont it-tagħbija għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali speċifikati mill-manifattur.

    2.16.

    “Grupp ta’ windskrijns” tfisser grupp li jikkonsisti minn windskrijns ta’ daqsijiet u forom differenti li jiġu soġġetti għal eżami tal-karatteristiċi mekkaniċi tagħhom, il-mod tal-frammentazzjoni tagħhom u l-imġiba tagħhom f’testijiet ta’ reżistenza għall-aggressjoni ambjentali.

    2.16.1.

    “Windskrijn ċatt” tfisser windskrijn li ma jesibixxi ebda kurvatura normali li tirriżulta f’għoli ta’ segment ta’ iktar minn 10 mm kull metru lineari;

    2.16.2.

    “Windskrijn ittundjat” tfisser windskrijn li jesibixxi kurvatura normali li tirriżulta f’għoli ta’ segment ta’ iktar minn 10 mm kull metru lineari.

    2.17.

    “Ħġieġa” tfisser kwalunkwe biċċa ħġieġa ħlief windskrijn;

    2.17.1.

    “Ħġieġa ttundjata” tfisser ħġieġa li l-għoli tas-segment “h” tagħha jkun akbar minn 10 mm kull metru lineari;

    2.17.2.

    “Ħġieġa ċatta” tfisser ħġieġa li l-għoli tas-segment tagħha jkun 10 mm kull metru lineari jew anqas.

    2.18.

    “Għoli tas-segment ‘h’ ” tfisser id-distanza massima, imkejla f’angoli ta’ bejn wieħed u ieħor 90o mal-ħġieġa, li tissepara l-wiċċ ta’ ġewwa tal-ħġieġa minn ħġieġa li tgħaddi mit-truf tal-ħġieġa, (ara l-Anness 17, il-Figura 1);

    2.19.

    “Tip ta' materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza” tfisser materjal kif definit fil-paragrafi 2.1 sa 2.7 li ma juri l-ebda differenza essenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi prinċipali u sekondarji definiti fl-Annessi 4 sa 12 u 14 sa 16;

    2.19.1.

    Għalkemm bidla fil-karatteristiċi prinċipali timplika li l-prodott huwa ta’ tip ġdid, huwa rikonoxxut li f’ċerti każijiet bidla fil-forma u d-dimensjoni mhux neċessarjament tirrikjedi li jitwettaq sett komplut ta’ testijiet. Għal uħud mit-testijiet preskritti fl-Annessi individwali, ħġieġ jista’ jiġi raggruppat jekk ikun evidenti li għandu karatteristiċi prinċipali li huma simili;

    2.19.2.

    Tipi ta' ħġieġ li jesibixxi differenzi fir-rigward tal-karatteristiċi sekondarji tiegħu biss jista’ jitqies li huwa tal-istess tip. Madankollu, ċerti testijiet jistgħu jitwettqu fuq kampjuni ta’ dan il-ħġieġ jekk it-twettieq ta’ dawk it-testijiet jiġi stipulat espliċitament fil-kundizzjonijiet tat-test;

    2.20.

    “Ħxuna nominaliå”: tfisser il-ħxuna tad-disinn tal-manifattur b’tolleranza ta’ ± (N × 0.2 mm) fejn n huwa n-numru ta’ saffi tal-ħġieġ.

    2.21.

    “Kurvatura” tfisser il-valur approssimattiv tal-iżgħar raġġ ta’ ark tal-windskrijn kif imkejjel fil-parti l-iktar għat-tond.

    2.22.

    “HIC (Kriterji tal-Korriment tar-Ras)” tfisser valur għall-karatteristiċi ta’ korriment fil-kranju u l-moħħ li jirriżulta mill-forzi tad-deċellerazzjoni li jirriżultaw minn impatt perpendikulari dirett mal-ħġieġ.

    2.23.

    “Rekwiżit tal-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza għall-viżibilità tas-sewwieq”

    2.23.1.

    “Rekwiżit tal-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza għall-kamp viżiv ta’ quddiem tas-sewwieq” tfisser il-ħġieġ kollu li jinsab quddiem pjan li jgħaddi mill-punt R tas-sewwieq u b’mod perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li minnu x-xufier jista’ jara t-triq meta jkun qiegħed isuq jew jimmanuvra l-vettura.

    2.23.2.

    “Rekwiżit tal-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza għall-viżjoni ta’ wara tas-sewwieq” ifisser il-ħġieġ kollu li jinsab wara pjan li jgħaddi mill-punt R tas-sewwieq b’mod perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li minnu x-xufier jista’ jara t-triq meta jkun qiegħed isuq jew jimmanuvra l-vettura.

    2.24.

    “Oskurazzjoni opaka” tfisser kwalunkwe erja tal-ħġieġ li timpedixxi t-trażmissjoni tad-dawl, inkluż kwalunkwe parti screen-printed, kemm solida jew dot-printed, iżda eskluż kwalunkwe faxxa tad-dell.

    2.25.

    “Faxxa tad-dell” tfisser kwalunkwe erja tal-ħġieġa bi trażmittenza regolari mnaqqsa tad-dawl, eskluż kull oskurazzjoni opaka.

    2.26.

    “Żona trasparenti ta’ windskrijn” tfisser l-erja tal-ħġieġ kontenuta fi ħdan il-profil tad-disinn tal-ħġieġ, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe oskurazzjoni opaka permessa (ara l-Anness 18), iżda li tinkludi kwalunkwe faxxa tad-dell.

    2.27.

    “Profil tad-disinn tal-ħġieġ” tfisser il-fetħa massima tad-disinn tal-vetttura mingħajr ostakli iddeżinjata sabiex tiġi miksija bil-ħġieġ, qabel ma jkun installat jew immuntat il-ħġieġ, inkluż it-trims kollha, iżda eskluż il-faxex tal-oskurazzjoni.

    2.28.

    “Distorzjoni ottika” tfisser difett ottiku f'windskrijn li jibdel id-dehra ta’ oġġett mill-windskrijn.

    2.29.

    “Xbieha sekondarja” tfisser immaġni falza jew dell ta' immaġni, minbarra x-xbieha primarja mdawla, li normalment tider billejl meta l-oġġett li wieħed ikun qed jara jkun imdawwal ħafna meta mqabbel mal-madwar tiegħu, pereżempju, il-fanali ta' karozza ġejja minn faċċata.

    2.30.

    “Separazzjoni tax-xbieha sekondarja” tfisser id-distanza angolari bejn il-pożizzjoni tax-xbieha primarja u dik sekondarja.

    2.31.

    “Trażmittanza regolari tad-dawl” tfisser it-trażmittanza tad-dawl imkejla b’mod perpendikulari għall-ħġieġ.

    2.32.

    “Angolu tad-dahar tas-sit tad-disinn” tfisser l-angolu bejn il-linja vertikali mill-punt R u l-linja tat-torso definiti mill-manifattur tal-vettura.

    2.33.

    “Kampjun” tfisser biċċa ħġieġa ippreparata apposta rappreżentattiva ta’ prodott lest jew biċċa maqtugħa minn prodott lest.

    2.34.

    “Biċċa tat-test” tfisser kampjun jew prodott lest ta’ ħġieġ.

    2.35.

    “Tip ta’ vettura”, rigward l-installazzjoni tal-ħġieġ tas-sikurezza, tfisser vetturi li jappartjenu għall-istess kategorija li ma jkunux differenti minn xulxin tal-anqas fl-aspetti essenzjali li ġejjin:

    (a)

    Il-manifattur;

    (b)

    Id-deskrizzjoni tat-tip tal-manifattur;

    (c)

    L-aspetti essenzjali ta’ kostruzzjoni u disinn.

    2.36.

    “Pożizzjoni tas-sewqan ċentrali” hija ddefinita meta l-koordinat Y tal-punt R ikun fil-pożizzjoni Y0 fi ħdan + jew – 60 mm.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-approvazzjoni għal tip ta’ ħġieġ

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ ħġieġ għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu fil-pajjiż fejn issir l-applikazzjoni.

    3.2.   Għal kull tip ta’ ħġieġ, l-applikazzjoni għandha tkun akkompanjata mid-dokumenti li jissemmew hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:

    3.2.1.   Deskrizzjoni teknika li tinkludi l-karattersitiċi prinċipali u sekondarji kollha, u

    3.2.1.1.

    Fil-każ tal-ħġieġ għajr għall-windskrijns, dijagrammi f’format li ma jaqbiżx karta A4 jew mitwija skont dan il-format, li juru:

     

    L-erja massima,

     

    L-iżgħar angolu bejn żewġ naħat kontigwi tal-biċċa,

     

    L-akbar għoli tas-segment, fejn applikabbli.

    3.2.1.2.

    Fil-każ ta’ windskrijns,

    3.2.1.2.1.

    Lista tal-mudelli tal-windskrijns li għalihom tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni, li tispeċifika l-isem tal-manifatturi tal-vettura u t-tip u l-kategorija tal-vettura.

    3.2.1.2.2.

    Disinni fuq skala ta’ 1:1 għall-kategorija M1 u ta’ 1:1 jew 1:10 għall-kategoriji l-oħrajn kollha, u dijagrammi tal-windskrijn u l-pożizzjoni tiegħu fil-vettura f’dettall suffiċjenti biex juri:

    3.2.1.2.2.1.

    Il-pożizzjoni tal-windskrijn b’mod relattiv mal-punt R tas-sit tas-sewwieq, fejn applikabbli,

    3.2.1.2.2.2.

    L-angolu tal-inklinazzjoni tal-windskrijn,

    3.2.1.2.2.3.

    L-angolu tal-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit,

    3.2.1.2.2.4.

    Il-pożizzjoni u d-daqs taż-żoni li fihom jiġu vverifikati l-kwalitajiet ottiċi u, fejn xieraq, l-erja soġġetta għal tisħiħ differenzjali,

    3.2.1.2.2.5.

    L-erja żviluppata tal-windskrijn,

    3.2.1.2.2.6.

    L-għoli tas-segment massimu tal-windskrijn;

    3.2.1.2.2.7.

    Ir-raġġ minimu tal-kurvatura tal-windskrijn (għall-għanijiet ta’ raggruppar tal-windskrijns biss).

    3.2.1.3.

    Fil-każ tal-unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda, dijagrammi f’format li ma jaqbiżx karta A4 jew mitwija skont dan il-format, li juru, apparti l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 3.2.1.1:

     

    It-tip ta’ kull ħġieġa komponenti,

     

    It-tip ta’ ssiġillar,

     

    Il-wisa’ nominali tal-ispazju bejn iż-żewġ ħġiġiet.

    3.3.   Barra minn hekk, l-applikant għall-approvazzjoni għandu jissottometti numru suffiċjenti ta’ biċċiet tat-test u kampjuni ta’ biċċiet lesti tal-mudelli kkunsidrati, bin-numru jkun, jekk meħtieġ, stabbilit bi ftehim mas-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    3.4.   L-approvazzjoni għal tip ta’ vettura

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-installazzjoni tal-ħġieġ tas-sikurezza għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat bix-xieraq.

    3.5.   Għandu jkollha magħha tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

    3.5.1.   Disinni tal-vettura fuq skala xierqa li juru:

    3.5.1.1.

    Il-pożizzjoni tal-windskrijn b’mod relattiv mal-punt R tal-vettura,

    3.5.1.2.

    L-angolu tal-inklinazzjoni tal-windskrijn,

    3.5.1.3.

    L-angolu tal-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit.

    3.5.2.   Dettalji tekniċi dwar il-windskrijn u l-ħġieġ l-ieħor kollu, b’mod partikolari:

    3.5.2.1.

    Il-materjal użat,

    3.5.2.2.

    In-numri tal-approvazzjoni,

    3.5.2.3.

    Kwalunkwe marka addizzjonali, kif deskritt fil-paragrafu 5.5.

    3.6.   Lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni għandu jitressaq rappreżentattiv tal-vettura tat-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata.

    4.   IMMARKAR

    4.1.   Kull biċċa tal-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza, fosthom il-kampjuni u l-kampjuni tat-test ippreżentati għall-approvazzjoni, għandu jkollhom isem tan-negozju jew il-marka tal-manifattur kif elenkat fil-partita 3 tal-Anness 1. Il-partijiet immanifatturati għandu jkollhom in-numru skont ir-Regolament ECE Nru 43 assenjat lill-manifattur prinċipali. Il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw biċ-ċar u ma jistgħux jitħassru.

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.   L-approvazzjoni għal tip ta’ ħġieġ

    Jekk il-kampjuni sottomessi għall-approvazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6 sa 8 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip pertinenti tal-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza.

    5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip kif definit fl-Annessi 5, 7, 11, 12, 14, 15 u 16 jew, fil-każ tal-windskrijns, lil kull grupp approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip jew grupp ieħor ta’ materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza.

    5.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza skont dan ir-regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u l-appendiċijiet tiegħu.

    5.3.1.   Fil-każ tal-windskrijns, l-avviż tal-approvazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn dokument li jelenka kull mudell ta’ windskrijn fil-grupp approvat, flimkien mal-karatteristiċi tal-grupp skont l-Anness 1, l-Appendiċi 8.

    5.4.   Ma’ kull biċċa ħġieġa jew unità b'iktar minn ħġieġa waħda li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħal b’mod li jidher, flimkien mal-marki preskritti fil-paragrafu 4.1, marka tal-approvazzjoni internazzjonali. Tista’ titwaħħal ukoll kull marka ta’ approvazzjoni speċifika assenjata lil kull ħġieġa li tagħmel parti minn unità b'iktar minn ħġieġa waħda. Din il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti minn:

    5.4.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

    5.4.2.   In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, dexx u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

    5.5.   Is-simboli addizzjonali li ġejjin għandhom jitwaħħlu qrib il-marka tal-approvazzjoni msemmija hawn fuq:

    5.5.1.   Fil-każ ta’ windskrijn:

    I

    għal ħġieġ imwebbes

    II

    għal ħġieġ laminat ordinarju

    III

    għal ħġieġ laminat ittrattat

    IV

    għal ħġieġ tal-ħġieġ-plastik.

    5.5.2.

    V

    fil-każ ta’ ħġieġ tas-sikurezza li jkollu trażmittenza regolari tad-dawl ta’ inqas minn 70 fil-mija.

    5.5.3.

    VI

    fil-każ ta’ unità b'iktar minn ħġieġa waħda

    5.5.4.

    VII

    fil-każ ta’ ħġieġ mill-ħġieġ imwebbes b’mod uniformi li jista’ jintuża bħala windskrijns għal vetturi jimxu bil-mod li, mill-kostruzzjoni tagħhom, ma jistgħux jaqbżu 40 km/h.

    5.5.5.

    VIII

    Fil-każ ta’ ħġieġ tal-plastik riġidu. Barra minn hekk, l-applikazzjoni korretta se tkun immarkata b’:

    A

    għal ħġiġiet iħarsu ’l quddiem

    B

    għall-ħġieġ tal-ġenb, ta’ wara u tas-saqaf

    C

    f’postijiet fejn ma jkun hemm l-ebda ċans ta’ ħabta tar-ras jew ċans żgħir

    Barra minn hekk, għall-ħġieġ tal-plastik li jkun ġie sottomess għat-testijiet tar-reżistenza kontra l-brix deskritti fl-Anness 3, il-paragrafu 4, għandhom jiġu applikati wkoll kif jixraq il-marki li ġejjin:

    /L

    għal ħġieġ b’tixrid tad-dawl li ma jaqbiżx l-2 fil-mija wara 1 000 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra u l-4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra (ara l-Annessi 14 u 16, il-paragrafu 6.1.3.1)

    /M

    għal ħġiġiet b’tixrid tad-dawl li ma jaqbiżx l-10 fil-mija wara 500 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra u l-4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra (ara l-Annessi 14 u 16, il-paragrafu 6.1.3.2)

    5.5.6.

    IX

    fil-każ ta’ ħġieġ tal-plastik flessibbli

    5.5.7.

    X

    fil-każ ta’ unità riġida ta’ ħġieġ tal-plastik b'iktar minn ħġieġa waħda. Barra minn hekk, l-applikazzjoni korretta sejra tkun immarkata bi:

    /A

    għal ħġiġiet iħarsu ’l quddiem

    /B

    għall-ħġieġ tal-ġenb, ta’ wara u tas-saqaf

    /C

    f’postijiet fejn ma jkun hemm l-ebda ċans ta’ ħabta tar-ras jew ċans żgħir

    Għall-ħġieġ tal-plastik li jkun ġie sottomess għat-test tar-reżistenza kontra l-brix deskritt fl-Anness 3, paragrafu 4, għandhom jiġu applikati wkoll kif jixraq il-marki li ġejjin:

    /L

    għal ħġieġ b’tixrid tad-dawl li ma jaqbiżx it-2 fil-mija wara 1 000 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra u 4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ ġewwa (ara l-Anness 16, paragrafu 6.1.3.1)

    /M

    għal ħġieġ b’tixrid tad-dawl li ma jaqbiżx l-10 fil-mija wara 500 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra u 4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta’ barra (ara l-Anness 16, paragrafu 6.1.3.2)

    5.5.8.

    XI

    fil-każ ta’ ħġiġiet tal-ħġieġ laminat.

    5.5.9.

    XII

    fil-każ ta’ ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik

    5.5.10.

    /P

    fil-każ ta’ ħġieġa tas-sikurezza magħmula mill-ħġieġ, b’saff ta’ materjal tal-plastik fuq il-wiċċ intern tagħha

    5.6.   Il-marka u s-simbolu ta’ approvazzjoni għandhom ikun jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma għandhomx ikunu jitħassru. Simboli addizzjonali għandhom jiġu kkombinati fil-marka tal-approvazzjoni.

    5.7.   L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

    5.8.   L-approvazzjoni għal tip ta’ vettura

    Jekk il-vettura li tkun ġiet sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 21 għal dan ir-Regolament, din għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

    5.9.   Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor kif iddefinit fil-paragrafu 2.35 t’aktar ’il fuq.

    5.10.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1A għal dan ir-Regolament.

    5.11.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b'mod li tidher mill-ewwel u f'post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni li jkun fiha:

    5.11.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru ta’ distinzjoni tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

    5.11.2.   In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra R, dexx u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.11.1.

    5.12.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvata, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, mhemmx għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.11.1; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.11.1.

    5.13.   Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun waħda li tinqara b’mod ċar u tkun indelibbli.

    5.14.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa bid-dejta dwar il-vettura li jkun waħħal il-manifattur.

    5.15.   L-Anness 2A għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti dwar marki tal-approvazzjoni.

    6.   REKWIŻITI ĠENERALI

    6.1.   Il-materjal kollu tal-ħġieġ, inkluż il-materjal tal-ħġieġ għall-manifattura tal-windskrijns, għandu jkun tali li, f’każ li jitfarrak, il-periklu ta’ korriment fil-ġisem jitnaqqas kemm jista’ jkun possibbli. Il-materjal tal-ħġieġ irid ikun reżistenti biżżejjed għall-inċidenti li jistgħu jseħħu fi traffiku normali, u għal kundizzjonijiet atmosferiċi u tat-temperatura, azzjonijiet kimiċi, kombustjoni u brix.

    6.2.   Barraminhekk, il-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza għandu jkun trasparenti biżżejjed, ma jikkaġuna l-ebda tgħawwiġ notevoli ta’ oġġetti kif jidhru mill-windskrijn u m’għandu joħloq l-ebda konfużjoni bejn il-kuluri użati fis-sinjali tat-traffiku fit-toroq. F’każ li jitfarrak windskrijn, is-sewwieq għandu jkun jista’ jara t-triq b’mod ċar biżżejjed sabiex ikun jista’ jagħfas il-brejk u jwaqqaf il-vettura tiegħu b’mod sikur.

    7.   REKWIŻITI PARTIKOLARI

    It-tipi kollha tal-ħġieġ tas-sikurezza għandhom, skont il-kategorija li jappartjenu għaliha, jikkonformaw mar-rekwiżiti partikolari li ġejjin:

    7.1.

    Fir-rigward ta’ windskrijns tal-ħġieġ imwebbes, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 4;

    7.2.

    Fir-rigward ta’ ħġiġiet mill-ħġieġ imwebbes b’mod uniformi, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 5;

    7.3.

    Fir-rigward ta’ windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 6;

    7.4.

    Fir-rigward ta’ ħġiġiet tal-ħġieġ laminat ordinarju, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 7;

    7.5.

    Fir-rigward ta’ windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 8;

    7.6.

    Fir-rigward ta’ ħġieġ tas-sikurezza miksi b’materjal tal-plastik, flimkien mar-rekwiżiti rilevanti elenkati hawn fuq, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 9;

    7.7.

    Fir-rigward ta’ windskrijns tal-ħġieġ-plastik, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 10;

    7.8.

    Fir-rigward ta' ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 11;

    7.9.

    Fir-rigward ta’ unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 12;

    7.10.

    Fir-rigward ta’ ħġiġiet tal-plastik riġidu, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 14;

    7.11.

    Fir-rigward ta’ ħġiġiet tal-plastik flessibbli, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 15;

    7.12.

    Fir-rigward ta’ unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu, ir-rekwiżiti inklużi fl-Anness 16.

    8.   TESTIJIET

    8.1.   F’dan ir-Regolament huma preskritti t-testijiet li ġejjin:

    8.1.1.   It-test tal-frammentazzjoni

    L-għan ta’ dan it-test huwa:

    8.1.1.1.

    Li jiġi vverifikat li l-frammenti u l-frak prodott mill-ksur ta’ ħġieġa huma tali li jimminimizzaw ir-riskju ta’ ħsara, u

    8.1.1.2.

    Fil-każ tal-windskrijns, sabiex tiġi verifikata l-viżibbiltà residwali wara li jitfarrku.

    8.1.2.   It-test tas-saħħa mekkanika

    8.1.2.1.   It-test tal-impatt bil-ballun

    Hemm żewġ forom ta’ testijiet, wieħed li juża ballun ta’ 227 g u wieħed li juża ballun ta’ 2 260 g.

    8.1.2.1.1.

    It-test b'ballun ta' 227 g: L-għan ta’ dan it-test huwa li jivvaluta l-adeżjoni tas-saff ta’ bejn is-saffi ta’ ħġieġ laminat u s-saħħa mekkanika ta’ ħġieġ imwebbes b’mod uniformi u ħġieġ tal-plastik.

    8.1.2.1.2.

    It-test b'ballun ta' 2 260 g: L-għan ta’ dan it-test huwa li tiġi stmata r-reżistenza tal-penetrazzjoni tal-ballun ta’ ħġieġ laminat.

    8.1.2.2.   It-test tal-forma tar-ras

    L-għan ta’ dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-konformità ta’ ħġieġ mar-rekwiżiti relatati mal-limitazzjoni ta’ korriment fil-każ tal-ħabta tar-ras mal-windskrijn, mal-ħġieġ laminat u l-ħġiġiet tal-plastik u tal-plastik riġidu għajr windskrijns, flimkien mal-unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda użati fit-twieqi tal-ġnub.

    8.1.3.   It-test tar-reżistenza għall-ambjent

    8.1.3.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jistabbilixxi jekk ir-reżistenza ta’ ħġieġa tas-sikurezza għall-brix taqbiżx il-valur speċifikat.

    8.1.3.2.   It-test tar-reżistenza għat-temperatura għolja

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jivverifika illi ma jkun hemm preżenti l-ebda bużżieqa jew diffett ieħor fis-saff tan-nofs fi ħġieġa laminata jew fi ħġieġa tal-plastik meta esposti għal temperaturi għoljin fuq perjodu estiż taż-żmien.

    8.1.3.3.   It-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni

    L-għan ta’ dan it test huwa li jistabbilixxi jekk it-trażmittanza tad-dawl ta’ ħġieġ laminat, ħġieġ tal-plastik jew ħġieġ miksi b’materjal tal-plastik meta espost għar-radjazzjoni matul perjodu estiż ta’ żmien tonqosx b’mod sinifikanti jew jekk il-ħġieġ jitlifx lewnu b’mod sinifikanti.

    8.1.3.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jiddetermina jekk il-ħġiġiet laminati, il-ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik, il-ħġieġ miksi b’materjal tal-plastik u materjal tal-plastik riġidu jirreżistix, mingħajr deterjorazzjoni sinifikanti, l-effetti tal-espożizzjoni prolungata għall-umdità atmosferika.

    8.1.3.5.   It-test tar-reżistenza għall-bidliet fit-temperatura

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jistabbilixxi jekk il-materjal(i) tal-plastik użat(i) fil-ħġieġ tas-sikurezza hawn fuq jiflaħx, mingħajr deterjorazzjoni sinifikanti, għall-effetti tal-espożizzjoni prolongata għal temperaturi estremi.

    8.1.3.6.   It-test tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jivverifika jekk l-ħġieġ tas-sikurezza tal-plastik huwiex reżistenti għal kundizzjonijiet tat-temp simulati.

    8.1.3.7.   It-test tas-sega

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jeżamina jekk kwalunkwe kisi reżistenti għall-brix ta’ ħġieġa tal-plastik għandux aderenza suffiċjenti.

    8.1.4.   Kwalitajiet ottiċi

    8.1.4.1.   It-test tat-trażmissjoni tad-dawl

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jiddetermina jekk it-trażmittanza regolari ta’ ħġieġ tas-sikurezza taqbiżx valur speċifikat.

    8.1.4.2.   It-test tad-distorzjoni ottika

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jivverifika li d-distorzjoni ta’ oġġetti kif jidhru mill-windskrijn mhijiex tali li tista’ tfixkel lis-sewwieq.

    8.1.4.3.   It-test tas-separazzjoni tax-xbiha sekondarja

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jivverifika li s-separazzjoni angolari tax-xbiha sekondarja mix-xbiha primarja ma taqbiżx il-valur speċifikat.

    8.1.5.   It-test tal-imġiba fi ħruq (reżistenza għan-nar)

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jivverifika li materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza għandu rata tal-ħruq suffiċjentement baxxa.

    8.1.6.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jiddetermina jekk il-materjal għall-ħġieġ tas-sikurezza jiflaħx l-effett tal-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi li normalment ikunu preżenti jew jintużaw fil-vettura (eż. komposti tat-tindif) mingħajr deterjorazzjoni sinifikanti.

    8.1.7.   It-test tal-flessibbiltà u tat-tiwi

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jiddetermina jekk materjal għall-ħġieġ tal-plastik jaqax taħt il-kategorija riġida jew flessibbli.

    8.2.   It-testijiet preskritti

    8.2.1.   Il-materjali tal-ħġieġ tas-sikurezza għandhom jiġu sottomessi għat-testijiet elenkati fit-tabelli li ġejjin: 8.2.1.1 u 8.2.1.2.

    8.2.1.1.   Il-ħġieġ tas-sikurezza għandu jiġi ssoġġettat għat-testijiet imsemmija fit-tabella li ġejja:

    Testijiet

    Windskrin

    Ħġiġiet tal-ħġieġ

    Ħġieġ imwebbes

    Ħġieġ ordinarju trattat

    Ħġieġ laminat

    Ħġieġ tal-plastik

    Ħġieġ imwebbes

    Ħġieġ laminat

    Ħġieġ tal-plastik

    I

    I/P

    II

    II-P

    III

    III/P

    IV

     

     

     

    Frammentazzjoni:

    A4/2

    A4/2

    A8/4

    A8/4

    A5/2

    Is-saħħa mekkanika

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    ballun ta’ 227 g

    A6/4.3

    A6/4.3

    A6/4.3

    A6/4.3

    A6/4.3

    A5/3.1

    A7/3

    A11/3

    ballun ta’ 2 260  g

    A6/4.2

    A6/4.2

    A6/4.2

    A6/4.2

    A6/4.2

    It-Test tal-għamla tar-ras (4)

    A4/3

    A4/3

    A6/3

    A6/3

    A6/3

    A6/3

    A10/3

    Il-brix

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Il-wiċċ ta’ barra

    A6/5.1

    A6/5.1

    A6/5.1

    A6/5.1

    A6/5.1

    A6/5.1

    A6/5.1

    Il-wiċċ ta’ ġewwa

    A9/2

    A9/2

    A9/2

    A9/2

    A9/2 (5)

    A9/2 (5)

    A9/2

    It-temperatura għolja

    A3/5

    A3/5

    A3/5

    A3/5

    A3/5

    A3/5

    A3/5

    Radjazzjoni

    A3/6

    A3/6

    A3/6

    A3/6

    A3/6

    A3/6

    A3/6

    A3/6

    L-Umdità

    A3/7

    A3/7

    A3/7

    A3/7

    A3/7

    A3/7

    A3/7 (5)

    A3/7

    A3/7

    It-trażmissjoni tad-dawl

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    Id-distorzjoni ottika

    A3/9.2

    A3/9.2

    A3/9.2

    A3/9.2

    A3/9.2

    A3/9.2

    A3/9.2

    A3/9.2 (6)

    Ix-Xbieha sekondarja

    A3/9.3

    A3/9.3

    A3/9.3

    A3/9.3

    A3/9.3

    A3/9.3

    A3/9.3

    A3/9.3 (6)

    Reżistenza għal tibdil fit-temperatura

    A3/8

    A3/8

    A3/8

    A3/8

    A3/8 (5)

    A3/8 (5)

    A3/8

    Ir-reżistenza għan-nar

    A3/10

    A3/10

    A3/10

    A3/10

    A3/10 (5)

    A3/10 (5)

    A3/10

    Ir-reżistenza għall-kimiċi

    A3/11.2.1

    A3/11.2.1

    A3/11.2.1

    A3/11.2.1

    A3/11.2.1 (5)

    A3/11.2.1 (5)

    A3/11.2.1

    8.2.1.2.   Il-materjali tal-ħġieġ tal-plastik għandu jiġi sottomess għat-testijiet elenkati fit-tabella li ġejja:

     

    Il-plastik għajr għall-windskrijns

     

    Plastik riġidu

    Iktar minn ħġieġa waħda

     

    It-test

    Vetturi bil-mutur

    Trejlers u vetturi mhux okkupati

    Vetturi bil-mutur

    Trejlers u vetturi mhux okkupati

    Plastik flessibbli

    Il-flessibbiltà

    A3/12

    A3/12

    A3/12

    A3/12

    A3/12

    bil-ballun ta' 227 g

    A14/5

    A14/5

    A16/5

    A16/5

    A15/4

    Mudell tar-ras (7)

    A14/4

    A16/4

    Trażmissjoni tad-dawl (8)

    A3/9.1

    A3/9.1

    A3/9.1

    Ir-reżistenza għan-nar

    A3/10

    A3/10

    A3/10

    A3/10

    A3/10

    Reżistenza għas-sustanzi kimiċi

    A3/11

    A3/11

    A3/11

    A3/11

    A3/11.2.1

    Il-brix

    A14/6.1

    A16/6.1

    L-effetti tat-temp

    A3/6.4

    A3/6.4

    A3/6.4

    A3/6.4

    A3/6.4

    L-Umdità

    A14/6.4

    A14/6.4

    A16/6.4

    A16/6.4

    Sega (8)

    A3/13

    A3/13

    8.2.2.   Il-materjal ta’ ħġieġa tas-sikurezza għandu jkun approvat jekk jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-disposizzjonijiet rilevanti li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 8.2.1.1 u 8.2.1.2.

    9.   MODIFIKA JEW ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ MATERJAL TAL-ĦĠIEĠ TAS-SIKUREZZA

    9.1.   Kull modifika f’tip ta’ materjal għall-ħġieġ tas-sikurezza, jew fil-każ tal-windskrijns, kull żieda ta’ windskrijn ma’ grupp, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approva t-tip ta’ materjal għall-ħġieġ tas-sikurezza. Id-Dipartiment imbagħad jista’ jew:

    9.1.1.

    Jikkunsidra li l-modifikazzjonijiet magħmula mhumiex mistennija li jkollhom effett avvers apprezzabbli u, fil-każ ta’ windskrijns, li t-tip il-ġdid jaqa’ fi ħdan il-grupp approvat ta’ windskrijns, u li, fi kwalunkwe każ, il-materjal għall-ħġieġ tas-sikurezza għadu jikkonforma mar-rekwiżiti; jew jew

    9.1.2.

    Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    9.2.   Komunikazzjoni

    9.2.1.   Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet għandha tkun ikkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    9.2.2.   L-awtorità kompetenti li tkun tat estensjoni tal-approvazzjoni għandha ddaħħal numru tas-serje fuq kull komunikazzjoni tal-estensjoni.

    10.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    10.1.   Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

    10.2.   Dispożizzjonijiet speċjali

    Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tal-Ftehim għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 20 għal dan ir-Regolament.

    10.3.   Il-frekwenza normali tal-ispezzjoni kif saret referenza għaliha fil-paragrafu 2.4 tal-Appendiċi 2 tal-Ftehim għandha tkun waħda fis-sena.

    11.   PENALI GĦAL NUQQASIJIET FIL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    11.1.   L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta’ tip ta’ materjal għal ħġieġ tas-sikurezza skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 10.1.

    11.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha tgħarraf minnufih b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

    12.1.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 12 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 12 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

    12.2.   Sa minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ komponent jew unità separata li għad trid tiġi approvata tissodisfa r-rekwiżiti ta’ Suppliment 12 għar-Regolament.

    12.3.   Sa minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 12, il-Partijiet Kontraenti lil japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjoni ta’ ħġieġ tas-sikurezza li ma jkollux is-simboli preskritti fil-paragrafu 5.5 ta’ dan ir-Regolament.

    12.4.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tiċħad li tagħti approvazzjoni taħt dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

    12.5.   Minn 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.

    12.6.   Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi lil dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-materjali tal-ħġieġ tas-sikurezza għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom u l-Partijiet Kontraenti m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet għas-serje ta’ emendi 00 għal dan ir-Regolament.

    12.7.   Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-approvazzjonijiet ta' tip ta' vettura għas-serje ta’ emendi 00 għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom u l-Partijiet Kontraenti m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet għas-serje ta’ emendi 00 għal dan ir-Regolament.

    13.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ materjal għall-ħġieġ tas-sikurezza approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. X’ħin tirċievi l-komunikazzjoni relevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet għall-Ftehim li jappikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.

    Is-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni jridu jikkonformaw mal-istandards armonizzati rigward l-operat tal-laboratorji tal-ittestjar (ISO/CEI Gwida 25). Barra minn hekk, huma għandhom jintgħażlu mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li għaliha jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni.


    (1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.

    (2)  In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

    (3)  Ara nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

    (4)  Barra minn hekk dan it-test għandu jitwettaq fuq unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda skont l-Anness 12, paragrafu 3 (A12/3).

    (5)  Jekk ikun miksi b’materjal tal-plastik fuq in-naħa ta’ ġewwa.

    (6)  Dan it-test għandu jitwettaq biss fuq ħġiġiet mill-ħġieġ imwebbes uniformament li jkunu sejrin jintużaw bħala windskrins ta’ vetturi jimxu bil-mod li, skont il-kostruzzjoni tagħhom, ma jistgħux jaqbżu 40 km/h.

    Nota:

    Referenza bħal A4/3 fit-tabella tindika l-Anness 4 u l-paragrafu 3 ta’ dak l-anness, fejn it-test rilevanti jiġi deskritt u jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta’ aċċettazzjoni.

    (7)  Ir-rekwiżiti tat-test jiddependu mill-post tal-ħġieġ fil-vettura.

    (8)  Japplika biss jekk il-ħġieġ se jintuża f’pożizzjoni meħtieġa għall-viżibilità waqt is-sewqan.


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 x 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 1

    Windskrijns tal-ħġieġ imsaħħaħ

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Anness 4 jew l-Anness 9 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 2

    Ħġiġiet imwebbsa b 'mod uniformi

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Anness 5 jew tal-Anness 9 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 3

    Il-windscreens tal-ħġieġ laminat

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Annessi 6, 8 jew 9 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 4

    Ħġiġiet laminati

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Anness 7 jew tal-Anness 9 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 5

    Windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Anness 10 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 6

    Ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Anness 11 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 7

    Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda

    (Karatteristiċi prinċipali u sekondarji kif definiti fl-Anness 12 jew l-Anness 16 tar-Regolament Nru 43)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 8

    Ħġiġiet tal-plastik riġidu

    (Il-Karatteristiċi prinċipali u sekondarji skont l-Anness 14)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 9

    Ħġiġiet tal-plastik flessibbli

    (Il-Karatteristiċi prinċipali u sekondarji skont l-Anness 15)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 10

    Il-kontenut tal-lista tal-windscreens  (1)

    Ghal kull tip ta’ windskrijn koperta minn din l-approvazzjoni, ghandom jiġu provvduti ghall-inqas il-dettalji li ġejjin:

     

    Manifattur ta’ vetturi

     

    Tip ta’ vettura

     

    Il-kategorija tal-vettura

     

    L-erja żviluppata (F)

     

    L-għoli tas-segment (h)

     

    Il-kurvatura (r)

     

    L-angolu tal-istallazzjoni (α)

     

    L-angolu tad-dahar tas-sedil (β)

     

    Il-koordinati tal-punt R (A, B, C) fir-rigward taċ-ċentru tat-tarf ta' fuq tal-windskrijn.

    Image

    (1)  Din il-lista trid titwaħħal mal-appendiċijiet 1, 2 (jekk applikabbli), 3 u 5 ta' dan l-anness.


    ANNESS 1 A

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI GĦALL-KOMPONENTI

    (Ara l-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament)

    Windskrijns tal-ħġieġ imsaħħaħ

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq windskrijn tal-ħġieġ imwebbes turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Windskrijns tal-ħġieġ imwebbes miksi b'materjal tal-plastik

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni hawn fuq, imwaħħla ma' windskrijn tal-ħġieġ imwebbes miksi b'materjal tal-plastik turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 skont l-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni t'hawn fuq imwaħħla fuq windskrijn tal-ħġieġ laminat ordinajru turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 skont l-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju miksi b'materjal tal-plastik

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq windskrijn tal-ħġieġ laminat ordinarju bil-materjal tal-plastik turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq windskrijn tal-ħġieġ laminat ittrattat turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq windskrijn tal-ħġieġ-plastik turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġiġiet tal-ħġieġ li jkollhom trażmittanza tad-dawl regolari ta' < 70 fil-mija

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq ħġieġa tal-ħġieġ li għaliha japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.4, turi li l-komponent ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 43 bl-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda li għandhom trażmittanza tad-dawl regolari ta' < 70 fil-mija

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq unità b'iktar minn ħġieġa waħda turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġieġ imwebbes b'mod uniformi li għandu jintuża bħala windskrijn għal vetturi jimxu bil-mod li skont il-kostruzzjoni tagħhom ma jistgħux jaqbżu l-40 km/h

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' ħġieġ imwebbes b'mod uniformi turi li l-komponent ikkonċernat maħsub sabiex jintuża bħala windskrijn fuq vettura timxi bil-mod li, mill-kostruzzjoni tagħha, ma tistax taqbeż l-40 km/h, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 43 bl-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġiġiet tal-ħġieġ imwebbes b'mod uniformi li għandu trażmittanza regolari tad-dawl ≥ 70 fil-mija

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq ħġieġa tal-ħġieġ li għaliha japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.4, turi li l-komponent ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 43 bl-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġiġiet tal-plastik riġidu

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' ħġieġa tal-plastik riġidu għal pannelli jħarsu 'l quddiem b'tixrid tad-dawl li ma jaqbiżx it-2 fil-mija wara 1 000 ċiklu fuq il-wiċċ ta' barra u 4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta' ġewwa, turi li l-komponent ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 43 bl-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġiġiet tal-plastik flessibbli

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq ħġieġa tal-plastik flessibbli turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni t'hawn fuq, imwaħħla ma' unità b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu, turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bl-approvazzjoni Nru 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġiġiet tal-ħġieġ laminat

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq ħġieġa tal-ħġieġ laminat turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 bin-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    Ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq windskrijn tal-ħġieġ tal-plastik turi li l-komponent ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), skont ir-Regolament Nru 43 taħt in-numru ta' approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.


    ANNESS 2 A

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI GĦALL-VETTURI

    MUDELL A

    (Ara l-paragrafu 5.11 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq li hija mwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, rigward l-emissjoni tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru. 43 bin-Nru ta’ approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 43 kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 5.12 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolamenti Nri 43 u 52. In-numri tal-approvazzjoni juru li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 43 kien fih is-serje 01 tal-emendi u r-Regolament Nru 52 kif fih is-serje 01 tal-emendi.


    ANNESS 3

    IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST

    1.   IT-TEST TAL-FRAMMENTAZZJONI

    1.1.

    Il-ħġieġa li fuqha jrid isir it-test ma għandhiex tkun imwaħħla b'mod riġidu; madankollu tista’ titwaħħal fuq ħġieġa identika permezz ta’ tape adeżivli jiġi applikat madwar it-tarf kollu.

    1.2.

    Biex tinkiseb il-frammentazzjoni, jintuża martell ta’ madwar 75 g jew xi apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Ir-radju tal-kurvatura tal-post għandu jkun ta' 0,2 ± 0,05 mm.

    1.3.

    Għandu jitwettaq test wieħed fuq kull post ta' impatt stabbilit.

    1.4.

    L-eżami tal-frammenti għandu jsir billi jintuża kwalunkwe metodu validat għall-preċiżjoni tal-għadd innifsu u għall-ħila tiegħu li jsib il-pożizzjoni korretta fejn għandu jsir l-għadd minimu u massimu.

    L-irrekordjar permanenti tax-xejra tal-frammentazzjoni għandu jibda fi żmien 10 sekondi u għandu jintemm sa 3 minuti wara l-impatt. Is-servizz tekniku għandu jżomm ir-reġistrazzjonijiet permanenti tax-xejra tal-frammentazzjoni.

    2.   TESTIJIET TAL-IMPATT TA' BALLUN

    2.1.   It-test b'ballun ta' 227 g.

    2.1.1.   Apparat

    2.1.1.1.   Ballun tal-azzar imwebbes b’ massa ta’ 227 g ± 2 g u dijametru ta’ approssimament 38 mm.

    2.1.1.2.   Mezz li bih jitwaqqa’ l-ballun b’mod ħieles minn għoli li jkun għad irid jiġi speċifikat, jew mezz li jagħti lill-ballun veloċità ekwivalenti għal dik miksuba bil-waqgħa ħielsa. Fejn jintuża mezz sabiex iwaddab il-ballun, it-tolleranza fuq il-veloċità għandha tkun ± 1 fil-mija tal-veloċità ekwivalenti għal dik miksuba bil-waqgħa ħielsa.

    2.1.1.3.   Attrezzatura ta’ appoġġ, bħal dik li tidher fil-Figura 1, komposta minn frejms tal-azzar, bil-borduri maħdumin bil-magni b’wisa’ ta’ 15 mm, waħda fuq l-oħra u miksija fuq ġewwa b’gaskets tal-lastiku bi ħxuna ta’ 3 mm u wisa’ ta’ 15 mm u ta’ ebusija ta’ 50 IRHD.

    Il-frejm ta’ taħt jistrieħ fuq kaxxa tal-azzar ta’ għoli ta’ madwar 150 mm. Il-kampjun tat-test jinżamm f’postu mill-qafas ta’ fuq, li l-massa tiegħu hija madwar 3 kg. Il-qafas ta’ appoġġ jiġi wweldjat fuq folja tal-azzar ħoxna madwar 12-il mm mistrieħa mal-art b’folja tal-lastku fuqha bi ħxuna ta’ madwar 3 mm u b’ebusija ta’ 50 IRHD.

    Figura 1

    Appoġġ għat-testijiet tal-ballun

    Image

    2.1.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    It-Temperatura: 20 °C ±5 °C

    Il-pressjoni: 860 sa 1 060 mbar

    Umdità relattiva: 60 ± 20 fil-mija

    2.1.3.   Il-biċċa tat-test

    Il-biċċa tat-test għandha tkun kwadru ċatt ta’ ġenb ta’ 300 + 10/-0 mm jew għandha tinqata’ mill-parti l-aktar ċatta ta’ windskrijn jew minn ħġieġa oħra ttundjata.

    Inkella tista’ tiġi ttestjata ħġieġa ttundjata. F’dan il-każ għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat kuntatt adegwat bejn il-ħġieġ tas-sikurezza u l-appoġġ.

    2.1.4.   Proċedura

    Esponi l-biċċa tat-test għat-temperatura speċifikata għal mill-inqas erba’ sigħat immedjatament qabel it-test.

    Qiegħed il-biċċa tat-test fl-istruttura mwaħħla fil-post (il-paragrafu 2.1.1.3). Il-pjan tal-biċċa tat-test irid ikun perpendikulari, mhux aktar minn 3°, għad-direzzjoni tal-inċident tal-ballun.

    Fil-każ ta’ ħġieġ tal-plastik flessibbli, il-biċċa tat-test għandha tintrabat mal-appoġġ.

    Il-punt tal-impatt irid ikun mhux aktar minn 25 mm miċ-ċentru ġeometriku tal-biċċa tat-test għal għoli tal-waqgħa ta’ 6 m jew inqas, u mhux aktar minn 50 mm miċ-ċentru tal-biċċa tat-test għal għoli tal-waqgħa ta’ aktar minn 6 m. Il-ballun irid jolqot dak il-wiċċ tal-biċċa tat-test li jirrappreżenta l-wiċċ ta’ barra tal-ħġieġ tas-sikurezza meta jiġi mmontat fuq il-vettura. Il-ballun għandu jagħmel impatt wieħed biss.

    2.2.   It-test b'ballun ta' 2 260 g.

    2.2.1.   Apparat

    2.2.1.1.   Ballun tal-azzar imwebbes b’ massa ta’ 2 260 g ± 20 g u dijametru ta’ approssimament 82 mm.

    2.2.1.2.   Mezz li bih jitwaqqa’ l-ballun b’mod ħieles minn għoli li għad irid jiġi speċifikat, jew mezz li jagħti lill-ballun veloċità ekwivalenti għal dik miksuba bil-waqgħa ħielsa. Fejn jintuża mezz sabiex iwaddab il-ballun, it-tolleranza fuq il-veloċità għandha tkun ± 1 fil-mija tal-veloċità ekwivalenti għal dik miksuba bil-waqgħa ħielsa.

    2.2.1.3.   L-attrezzatura ta’ appoġġ hija bħal dik li tidher fil-Figura 1 u hija identika għal dik deskritta fil-paragrafu 2.1.1.3.

    2.2.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    It-Temperatura: 20 °C ±5 °C

    Il-pressjoni: 860 sa 1 060 mbar

    Umdità relattiva: 60 ± 20 fil-mija

    2.2.3.   Il-biċċa tat-test

    Il-biċċa tat-test għandha tkun kwadru ċatt ta’ ġenb ta’ 300 + 10/-0 mm jew għandha tinqata’ mill-parti l-aktar ċatta ta’windskrijn jew minn ħġieġa oħra ttundjata tal-ħġieġ tas-sikurezza.

    Inkella, il-windskrijn sħiħ jew il-ħġieġa l-oħra ttundjata tal-ħġieġ tas-sikurezza jistgħu jiġu ttestjati. F’dan il-każ għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat kuntatt adegwat bejn il-ħġieġ tas-sikurezza u l-appoġġ.

    2.2.4.   Proċedura

    Esponi l-biċċa tat-test għat-temperatura speċifikata għal mill-inqas erba’ sigħat immedjatament qabel it-test.

    Qiegħed il-biċċa tat-test fl-istruttura mwaħħla fil-post (il-paragrafu 2.1.1.3). Il-pjan tal-biċċa tat-test irid ikun perpendikulari, mhux aktar minn 3°, għad-direzzjoni tal-inċident tal-ballun.

    Fil-każ ta’ ħġieġ tal-plastik, il-biċċa tat-test għandha tintrabat mal-appoġġ.

    Il-post tal-impatt għandu jkun mhux aktar 'il bogħod minn 25 mm miċ-ċentru ġeometriku tal-biċċa tat-test.

    Il-ballun irid jolqot dak il-wiċċ tal-biċċa tat-test li jirrappreżenta l-wiċċ ta’ ġewwa tal-ħġieġ tas-sikurezza meta dan tal-aħħar jiġi mmontat fuq il-vettura.

    Il-ballun għandu jagħmel impatt wieħed biss.

    3.   IT-TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    3.1.   Test b’mudell ta’ ras mingħajr kejl tad-deċellerazzjoni

    3.1.1.   Apparat

    Piż fil-għamla ta' ras b'għamla tar-ras sferika jew semi-sperika magħmula minn injam iebes laminat miksi b'biċċa tal-feltru li jista tinbidel u bi travu transversali tal-injam jew mingħajru. Hemm biċċa intermedja forma ta’ għonq bejn il-parti sferika u t-traversa u virga tal-immuntar fuq in-naħa l-oħra tat-traversa.

    It-travu transversali (bil-għażla)Il-qisien għandhom ikunu skont il-Figura 2. Il-massa totali tal-apparat għandha tkun ta' 10 kg ± 0,2 kg.

    Figura 2

    Il-forma tar-ras

    Image

    3.1.2.   Mezz li bih jitwaqqa’ l-piż tal-mudell tar-ras b’mod ħieles minn għoli li jkun għad irid jiġi speċifikat, jew mezz li jagħti lill-piż veloċità ekwivalenti għal dik miksuba bil-waqgħa ħielsa. Fejn jintuża mezz sabiex iwaddab il-piż tal-mudell tar-ras, it-tolleranza fuq il-veloċità għandha tkun ± 1fil-mija tal-veloċità ekwivalenti għal dik miksuba bil-waqgħa ħielsa.

    3.1.3.   Attrezzatura ta’ appoġġ, bħal dik li tidher fil-Figura 3, għall-ittestjar ta’ biċċiet tat-test ċatti. L-istallazzjoni hija magħmula minn żewġ oqfsa tal-azzar, b'burduri maħduma b'wisa’ ta' 50 mm, waħda fuq l-oħra u miksija b'gaskits tal-lastiku bi ħxuna ta' madwar 3 mm u wisa’ ta' 15 mm ± 1 mm u ebusija ta' 70 IRHD. Il-frejm ta’ fuq jingħafas mal-frejm ta’ taħt b’mill-inqas tmien boltijiet.

    3.1.4.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    It-Temperatura: 20 °C ±5 °C

    Il-pressjoni: 860 sa 1 060 mbar

    Umdità relattiva: 60 ± 20 fil-mija

    3.1.5.   Proċedura

    3.1.5.1.   It-test fuq biċċa tat-test ċatta

    Biċċa ċatta tat-test, b'tul ta' 1 100 + 5/-2 mm u wisa’ ta' 500 + 5/-2 mm, għandha tinżamm f’temperatura kostanti ta' 20 °C ± 5 °C għal mill-anqas erba’ sigħat immedjatament qabel it-test.

    Figura 3

    Appoġġ għat-testjiet tal-forma tar-ras

    Image

    Waħħal il-biċċa tat-test fit-tilari ta' appoġġ imwaħħla fuq il-post (il-paragrafu 3.1.3); it-torque fuq il-boltijiet għandu jiżgura li l-moviment tal-biċċa tat-test matul it-test ma jaqbiżx iż-2 mm. Il-pjan tal-biċċa tat-test irid ikun sostanzjalment perpendikulari għad-direzzjoni tal-inċident tal-forma tar-ras. Il-piż għandu jolqot il-biċċa tat-test mhux aktar ’il bogħod minn 40 mm miċ-ċentru ġeometriku tiegħu fuq dan il-wiċċ li jirrappreżenta l-wiċċ ta' fuq ġewwa tal-ħġieġa tas-sikurezza meta din tal-aħħar ikun immontat fuq il-vettura u għandu jagħmel impatt wieħed biss.

    Il-wiċċ tal-impatt tal-kisja ta' feltru għandu jinbidel wara 12-il test.

    3.1.5.2.   It-testijiet fuq windskrijn sħiħ (użati biss għal għoli tal-waqgħa ta’ inqas minn jew ugwali għal 1,5 m)

    Qiegħed il-windskrijn b'mod ħieles fuq appoġġ b'faxxa tal-lastiku bejniethom ta' ebusija ta' 70 IRHD u bi ħxuna ta' bejn wieħed u ieħor 3 mm, bil-wisa’ tal-kuntatt fuq il-perimetru kollu jkun ta' bejn wieħed u ieħor 15-il mm.

    L-appoġġ għandu jikkonsisti minn biċċa riġida li tikkorrespondi mal-għamla tal-windscreen sabiex il-piż tal-għamla tar-ras jolqot il-wiċċc ta' ġewwa. Jekk ikun meħtieġ, il-windskrijn għandu jiġi kklampjat mas-appoġġ.

    L-appoġġ għandu jistrieħ fuq stand riġidu b'folja tal-lastiku fuqu b'ebusija ta' 70 IRHD u ħxuna ta' madwar 3 mm. Il-wiċċ tal-windskrijn irid ikun sostanzjalment perpendikulari mad-direzzjoni tal-inċident tal-piż tal-mudell ta' ras.

    Il-piż tal-mudell tar-ras għandu jolqot il-biċċa tat-test f’post mhux ’l hinn minn 40 mm miċ-ċentru ġeometriku tiegħu fuq dak il-wiċċ li jirrappreżenta l-wiċċ ta' fuq ġewwa tal-ħġieġ tas-sikurezza meta din tal-aħħar tkun immontata fuq il-vettura, u għandu jitħalla jagħmel impatt wieħed biss.

    Il-wiċċ tal-impatt tal-kisja ta' feltru għandu jinbidel wara 12-il test.

    3.2.   Test b'mudell ta' ras b'kejl tad-deċellerazzjoni

    3.2.1   Apparat

    Fil-każ ta' testijiet b'mudell ta' ras bi stabbiliment simultanju tal-valuri HIC, il-korp tal-waqgħa huwa r-ras taparsi bħal fil-Figura 2.1. Il-massa totali tar-ras taparsi għandha tkun 10,0 + 0,2/ -0,0 kg.

    F’nofs il-pjanċa tal-bażi (24) il-blokka tal-immuntar bi tliet assi (26) hija mmuntata fiċ-ċentru tal-gravità sabiex tirċievi l-kejlijiet tal-aċċellerazzjoni (27). Il-kejlijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jiġu rranġati vertikalment ma’ xulxin.

    Il-Baċin (18) u l-għata (19) li jinsabu taħt il-pjanċa tal-bażi (24), jaqsmu b'mod konsiderevoli, il-karatteristiċi elastiċi tal-qorriegħa umana. Il-karatteristiċi elastiċi tar-ras taparsi mal-impatt huma determinati mill-ebusija u l-ħxuna taċ-ċirku intermedju (13) u l-Baċin.

    Figura 2.1

    10 kg Forma ta' ras

    Image

    Lista tal-biċċiet għall-mudell ta' ras ta' 10 kg rigward il-Figura 2.1

    Pożizzjoni Nru

    Numru ta' biċċiet

    Notazzjoni standard

    Materjal

    Kummenti

    1

    1

    Apparat ta’ żamma manjetika

    Azzar DIN 17100

    2

    1

    Mezzi għat-taffija tal-vibrazzjonijiet

    Lastiku / Azzar

    Dijametru: 50 mm

    Ħxuna: 30 mm

    Kamin: M10

    3

    4

    Konnettur BNC HF

    4

    1

    Skorfina eksagonali DIN 985

    5

    6

    Diska DIN 125

    6

    3

    Biċċa ta’ tranżizzjoni

    7

    6

    Vit ċilindru DIN 912

    8

    3

    Skorfina essagonali

    9

    3

    Diska

    Azzar DIN 17100

    Dijametru tat-Toqba: 8 mm

    Id-Dijametru ta’ Barra: 35 mm

    Ħxuna: 1,5 mm

    10

    3

    Ċirku tal-lastiku

    Lastiku, Ebusija 60 IRHD

    Dijametru tat-Toqba: 8 mm

    Id-Dijametru ta’ Barra: 30 mm

    Ħxuna: 10 mm

    11

    1

    Ċirku ta’ mitigazzjoni

    Imballaġġ bil-karti

    Dijametru tat-Toqba: 120 mm

    Dijametru ta’ Barra: 199 mm

    Ħxuna: 0,5 mm

    12

    13

    1

    Ċirku intermedju

    Butadien-lastiku, ebusija IRHD madwar 80

    Dijametru tat-Toqba: 129 mm

    Id-Dijametru ta’ Barra: 192 mm

    Ħxuna: 4 mm

    14

    3

    Tubu ta’ gwida

    Politetra-fluworeten (PTFE)

    Dijametru ta’ ġewwa: 8 mm

    Id-Dijametru ta’ Barra: 10 mm

    Tul: 40 mm

    15

    3

    Skorfina essagonali

    16

    3

    Bolt bil-kamin DIN 976

    17

    3

    Inserzjoni invitata

    Liga fonduta

    DIN 1709-GD-

    CuZn 37Pb

    18

    1

    Friskatur

    Poliamid 12

    19

    1

    Għata

    Butadien-lastiku

    Ħxuna: 6 mm

    Imqabbża fuq naħa waħda

    20

    1

    Boxxla ta’ gwida

    Azzar DIN 17100

    21

    4

    Counter sunk screw

    22

    1

    Diska ta’ mitigazzjoni

    Imballaġġ bil-karti

    Dijametru: 65 mm

    Ħxuna: 0,5 mm

    23

    24

    1

    Pjanċa tal-bażi

    Azzar DIN 17100

    25

    1

    Vit b’sokit essagonali

    Klassi tas-saħħa 45H

    26

    1

    Blokka tal-immuntar bi tliet assi

    27

    3

    Kejl tal-aċċellerazzjoni

    28

    1

    Komponent tal-injam

    Karpin, inkollat f’saffi

    29

    1

    Pjanċa li tgħ atti

    Liga (AlMg5)

    30

    1

    Għatu protettiv

    Poliamid 12

    3.2.2.   L-aġġustament u l-kalibrar

    Sabiex jitwettaq it-test b'mudell ta' ras, ir-ras taparsi titwaħħal mal-cross arm tas-sistema ta' gwida (Figura 2.2) u tittieħed għall-għoli tal-waqgħa meħtieġ permezz ta' apparat tal-irfigħ. Matul it-test b'mudell ta' ras, il-cross arm bir-ras taparsi tiġi rilaxxata. Wara li tgħaddi l-barriera tad-dawl li l-għoli tagħha jista’ jiġi aġġustat, ir-ras taparsi tiġi rilaxxata mill-cross arm, il-waqgħa tal-cross arm tiġi mtaffija u r-ras taparsi taqa’ fuq il-kampjun.

    Ma jista’ jingħata l-ebda impuls lir-ras taparsi mill-apparat tal-uqigħ jew mill-kejbil tal-kejl, sabiex din tiġi aċċellerata biss mill-gravità u taqa’ vertikalment.

    Figura 2.2

    Apparat tat-test għall-esperiment tal-forma tar-ras bil-kejl tad-diċellerazzjoni

    Image

    3.2.2.1.   Apparat tal-kejl li jagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti l-valuri HIC bil-mudell ta' ras deskritt taħt il-paragrafu 3.2.1.

    3.2.2.2.   Tagħmir biex tiġi kalibrata r-ras taparsi

    L-apparat tal-uqigħ għandu jippermetti li għoli tal-waqgħa ta' bejn 50 mm u 254 mm jiġi aġġustat eżatt sa 1 mm. M’hemmx bżonn sistema ta' gwida għal dan l-għoli żgħir tal-waqgħat.

    Pjanċa tal-impatt tal-azzar li hija magħmula mill-azzar għandha daqs ta' 600 mm x 600 mm u ħxuna ta' mill-anqas 50 mm. Il-wiċċ tal-impatt għandu jkun illustrat:

    ħruxija tas-superfiċje Rmax = 1 mm, tolleranza għaċ-ċatt t = 0,05 mm.

    3.2.2.3.   Il-kalibrar u l-aġġustament tar-ras taparsi

    Wara kull sensiela ta' testijiet u mhux aktar tard minn wara 50 test fi ħdan sensiela, jekk ikun meħtieġ, ir-ras taparsi għandha tiġi kkalibrata u aġġustata.

    Il-pjanċa tal-impatt trid tkun nadifa u niexfa u matul it-test trid tkun mimduda b'mod mhux pożittiv fuq bażi tal-konkrit.

    Ir-ras taparsi hija permessa li tolqot il-pjanċa tal-impatt b'mod vertikali. L-għoli tal-waqgħa (imkejjel mill-iktar punt baxx tar-ras taparsi sal-wiċċ tal-pjanċa tal-impatt) huwa 50, 100, 150 u 254 mm. Il-kurvi tad-deċellerazzjoni għandhom jiġu rrekordjati.

    L-akbar deċellerazzjoni az mid-diversi għoli tal-waqgħa fuq l-assi-z trid tkun fil-limiti mogħtija fit-tabella:

    L-għoli tal-waqgħa mm

    L-akbar deċellerazzjoni az bħala multiplu tal-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità g

    50

    64 ± 5

    100

    107 ± 5

    150

    150 ± 7

    254

    222 ± 12

    Il-kurvi tad-deċellerazzjoni jridu jkunu bbażati fuq vibrazzjoni unimodali. Il-kurva tad-deċellerazzjoni tal-għoli tal-waqgħa ta' 254 mm trid iddum sejra mill-anqas 1,2 ms u mhux aktar minn 1,5 ms fuq 100 g.

    Jekk ma jintlaħqux ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafu 3.2.2.3, il-karatteristiċi elastiċi tar-ras taparsi jridu jiġu aġġustati billi tiġi varjata l-ħxuna taċ-ċirku intermedju (13) fil-pjanċa tal-bażi (24). Il-korrezzjonijiet jistgħu jitwettqu billi jiġu aġġustati t-tliet skorfini essagonali li jillokkjaw lilhom infushom (8) fuq il-boltijiet bil-kamin (16) li bihom huwa mwaħħal il-baċin (18) mal-pjanċa tal-bażi (24). Iċ-ċrieki tal-lastiku (10) taħt l-iskorfini essagonali (8) m’għandhomx ikunu fraġli jew imxaqqa.

    L-għata (19) tas-superfiċe tal-impatt u ċ-ċirku intermedju (13) dejjem għandhom jiġu mibdula immedjatament jekk issirilhom il-ħsara, speċjalment meta r-ras taparsi ma tkunx tista’ tiġi aġġustata aktar.

    3.2.3.   L-istallazzjoni ta' appoġġ għall-ittestjar ta' kampjuni tat-test ċatti hija kif deskritta fil-paragrafu 3.1.3.

    3.2.4.   Il-kundizzjonijiet tat-test huma speċifikati fil-paragrafu 3.1.4.

    3.2.5.   Testijiet fuq ħġieġ sħiħ (użat għal għoli tal-waqgħa bejn 1,5 m u 3 m). Poġġi l-ħġieġ liberament fuq appoġġ bi strixxa tal-lastku imqiegħda fuqha b'ebusija ta' 70 IRHD u ħxuna ta' madwar 3 mm.

    Il-ħġieġ għandha tiġi kklampjata mal-istruttura ta' appoġġ li titwaħħal fil-post permezz ta' mezzi xierqa. Il-wiċċ tal-ħġieġ għandu jkun sostanzjalment perpendikolari għad-direzzjoni tal-inċident tal-piż tal-mudell tar-ras. Il-piż tal-mudell tar-ras għandu jolqot il-ħġieġ f’post mhux ’l hinn minn 40 mm miċ-ċentru ġeometriku tiegħu fuq dak il-wiċċ li jirrappreżenta l-wiċċ ta' fuq ġewwa tal-ħġieġ tal-plastik meta din tal-aħħar tkun immontata fuq il-vettura, u għandu jitħalla jagħmel impatt wieħed biss.

    Billi tibda minn għoli tal-waqgħa inizjali magħżul, l-għoli tal-waqgħa għandu jiġi mgħolli b'0,5 m rispettivament f’kull esperiment ulterjuri. Il-kurvi tad-deċellerazzjoni li jseħħu mal-impatt fuq il-kampjun għal ax, ay u az għandhom jiġu rrekordjati skont il-ħin t.

    Wara t-test tal-mudell tar-ras, għandu jiġi ċċekkjat jekk it-tarf tal-ħġieġa ċċaqlaqx iktar minn 2 mm fl-istruttura u jekk ir-rekwiżit għall-punt tal-impatt ġiex sodisfatt. Il-komponenti tal-aċċellerazzjoni ax u ay għandhom ikunu iżgħar minn 0,1 az għall-impatt vertikali.

    3.2.6.   Evalwazzjoni

    Il-kurvi tad-deċellerazzjoni għandhom jiġu valutati kif ġej:

     

    Id-deċellerazzjoni ares(t) li tirriżulta fiċ-ċentru tal-gravità skont l-ekwazzjoni (1) mill-kurvi mkejla tad-deċellerazzjoni ax(t), ay(t) u az(t) għandha tkun komposta bħala multipli tal-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità.

    (1)

    Formula

     

    Għandu jiġi stabbilit il-ħin li għalih tinqabeż kontinwament deċellerazzjoni ta' 80 g b' ares u l-akbar deċellerazzjoni ta' ares. Il-valur HIC għandu jiġi kkalkulat bħala kejl tal-periklu ta' korrimenti blunt fil-qorriegħa-moħħ billi tintuża l-ekwazzjoni segwenti (2):

    (2)

    Formula

     

    Il-limiti integrali t1 u t2 għandhom jintgħażlu b'mod li l-integrali jieħu valur massimali.

    4.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BRIX

    4.1.   Apparat

    4.1.1.   L-istrument li jobrox (1), li jidher permezz tad-dijagramma fil-Figura 4 u li jikkonsisti minn: Turntable orizzontali, b’morsa ċentrali, li ddur lejn ix-xellug b’ 65 sa 75 rev kull min.;

    Figura 4

    Id-Dijagramma ta’ strument li jobrox

    Image

    Żewġ dirgħajn paralleli ppeżati li kull wieħed minnhom iġorr rota speċjali tal-brix li ddur fuq żarżira orizzontali bil-ball bearings; kull rota tistrieħ fuq il-kapmjun tat-test taħt il-pressjoni eżerċitata minn massa ta’ 500 g.

    Id-disk li jdur tal-istrument tal-brix għandu jdur b'mod regolari, sostanzjalment f'wiċċ wati wieħed (id-devjazzjoni minn dan il-wiċċ wati ma għandhiex tkun aktar minn ±0.05 mm f'distanza ta' 1.6 mm mill-periferija tad-disk li jdur).

    Ir-roti għandhom ikunu mmontati hekk illi meta jkunu f'kuntatt mal-biċċa tat-test hi hu ddur, iduru f'direzzjonijiet opposti sabiex jeżerċitaw, darbtejn f'kull rotazzjoni tal-biċċa tat-test, azzjoni ta' għafis u ta' grif fuq il-linji kkurvati fuq erja annulari ta' bejn wieħed u ieħhor 30 cm2.

    4.1.2.   Roti li joborxu (2), kull waħda ta' dijametru ta' 45 sa 50 mm u bi ħxuna ta' 12.5 mm, komposti minn oġġett li jobrox irqiq speċjali inkorporat f’lastiku ta' ebusija medja. Ir-roti għandu jkollhom ebusija ta' 72 ± 5 IRHD, imkejla f’erba’ punti spazjati b'mod ugwali fuq il-linja taċ-ċentru tal-wiċċ tal-grif, bil-pressjoni tiġi applikata b'mod vertikali fuq id-dijamentru tar-rota u b'riżultati li jinqraw 10 sekondi wara l-applikazzjoni sħiħa tal-pressjoni.

    Ir-roti tal-grif għandhom jiġu mħejjija għall-użu b'rotazzjoni bil-mod ħafna kontra ħġieġa ċatta sabiex jiġi żgurat illi l-wiċċ tagħhom ikun daqinsew għal kollox.

    4.1.3.   Sors tad-dawl li jikkonsisti minn lampa inkandexxenti li l-filament tagħha jinsab ġo pajp parallel bil-qisien 1,5 mm x 1,5 mm x 3 mm. Il-vultaġġ fil-filament tal-lampa irid ikun tali li t-temperatura tal-kulur tkun 2 856 K ± 50 K. Dan il-vultaġġ għandu jiġi stabilizzat fi ±1/1 000. L-istrument użat sabiex jiċċekkja l-voltaġġ għandu jkun ta' eżattezza approprjata.

    4.1.4.   Sistema ottika li tikkonsisti minn lenti b'tul fokali f ta' mill-inqas 500 mm u kkoreġuta għal aberazzjonijiet kromatiċi. L-apertura sħiħa tal-lenti ma għandiex tkun aktar minn f/20. Id-distanza bejn il-lenti u s-sors tad-dawl għandha tiġi aġġustata sabiex jinkiseb raġġ tad-dawl li jkun sostanzjalment parallel. Għandha tiddaħħal dijaframma sabiex id-dijametru tar-raġġ ta' dawl jiġi limitat għal 7 mm ± 1 mm. Din id-dijaframma trid tkun tinsab f’distanza ta' 100 ± 50 mm mil-lenti fuq in-naħa li tkun ’l bogħod mis-sors tad-dawl.

    4.1.5.   Tagħmir sabiex jitkejjel id-dawl imferrex (ara Figura 5), li jikkonsisti minn ċellula fotoelettrika bi sfera li tintegra d-dawl b’dijametru ta’ 200 sa 250 mm. L-isfera għandha tkun imgħammra b'postijiet tad-dħul u l-ħruġ tad-dawl. Il-post tad-dħul għandu jkun ċirkolari u jkollu dijametru ta' mill-inqas darbtejn dak tar-raġġ tad-dawl. Il-port tal-ħruġ tal-isfera għandu jiġi pprovvdut jew bi protezzjoni għad-dawl jew bi standard ta' riflettanza, skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4.4.3 hawn taħt. In-nasba tad-dawl għandha tassorbi d-dawl kollu meta l-ebda biċċa tat-test ma tkunx imdaħħla fir-raġġ tad-dawl.

    Il-fus tar-raġġ tad-dawl għandu jgħaddi miċ-ċentru tal-postijiet tad-dħul u l-ħruġ. Id-dijametru, b, tal-port ta' ħruġ tad-dawl irid ikun ugwali għal 2 a.tan 4°, fejn a huwa d-dijametru tal-isfera. Iċ-ċellola fotoelettrika għandha tiġi mmontata hekk li ma tistax tintlaħaq mid-dawl li jkun ġej direttament mill-post tad-dħul jew mill-istandard tar-riflettanza.

    L-uċuh ta' fuq ġewwa tal-isfera integranti u l-istandard tar-riflettanza għandhom ikunu ta' riflettanza sostanzjalment ugwali u għandhom ikunu matti u mhux selettivi.

    Id-dawl li joħroġ miċ-ċellula fotoelettrika għandu jkun lineari mhux aktar minn ±2 fil-mija fuq il-firxa ta' intensitajiet imdawwla użati. Id-disinn tal-istrument għandu jkun tali illi ma jkun hemm l-ebda diflezzjoni tal-galvanometru meta l-isfera tkun skura.

    L-apparat kollu għandu jiġi ċċekkjat f'intervalli regolari taż-żmien permezz ta' standards tal-kalibrazzjoni ta' ċpar iddefinit.

    Jekk il-kejl taċ-ċpar isir bl-użu ta' apparat jew ta' metodi li jiddifferixxu minn dawk definiti hawn fuq, ir-riżultat għandu jiġi kkorreġut, jekk meħtieġ, sabiex jinġiebu fi qbil ma’ dawk miksubin bl-użu tal-apparat deskritt hawn fuq.

    Figura 5

    Hazemeter

    Image

    4.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    It-Temperatura: 20 °C ±5 °C

    Il-pressjoni: 860 sa 1 060 mbar

    Umdità relattiva: 60 ± 20 fil-mija

    4.3.   Il-biċċiet tat-test

    Il-biċċiet tat-test għandhom ikunu kwadri ċatti li l-ġnub tagħhom ikejlu 100 mm biż-żewġt uċuh tagħhom ikunu sostanzjalment uċuh watja u paralleli u li jkollhom toqba tal-fissar b'dijametru 6.4 mm + 2/ – 0 imtaqqba fin-nofs, jekk meħtieġ.

    4.4.   Proċedura

    It-test tal-brix għandu jitwettaq fuq dik is-superfiċe tal-kampjun tat-test li tirrappreżenta l-wiċċ ta' barra tal-ħġieġa meta din tal-aħħar tkun immuntata fuq il-vettura u anki fuq il-wiċċ ta' ġewwa jekk ikun minn materjal tal-plastik.

    4.4.1.   Immedjatament qabel u wara l-brix, naddaf il-biċċiet tat-test fil-manjiera li ġejja:

    (a)

    Imsaħ b'biċċa għażel taħt l-ilma ġieri nadif,

    (b)

    Laħlaħ bl-ilma ddistillat jew b'ilma demineralizzat,

    (c)

    Nixxef (blow dry) permezz tal-ossiġenu jew nitroġenu,

    (d)

    Neħħi traċċi possibbli tal-ilma billi tixxotta b’mod ġentili permezz ta’ biċċa għażel umda. Jekk ikun meħieġ, nixxef billi tagħfasha bil-mod bejn biċċtejn drapp tal-għażel.

    Kull trattament b'apparat ultrasoniku għandu jiġgi evitat. Wara t-tindif, il-biċċiet tat-test għandhom jintmissu biss mit-truf tagħhom u għandhom jinħażnu sabiex tiġi pprevenuta l-ħsara, jew il-kontaminazzjoni tal-uċuħ tagħhom.

    4.4.2.   Ikkundizzjona l-biċċiet tat-test għal ħin minimu ta' 48 siegħa f’temperatura ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva ta' 60 ± 20 fil-mija.

    4.4.3.   Poġġi immedjatament il-biċċa tat-test kontra l-punt tad-dħul tal-isfera li tintegra d-dawl. L-angolu bejn in-normal (il-perpendikulari) għall-wiċċ tal-biċċa tat-test u l-assi tar-raġġ tad-dawl ma għandux ikun aktar minn 8°.

    Ħu erba’ qari kif indikat fit-tabella li ġejja:

    Qari

    Bil-biċċa tat-test

    Bil-protezzjoni tad-dawl

    Bl-istandard tar-riflettanza

    Kwantità rappreżentata

    T1

    Le

    Le

    Iva

    Id-dawl tal-inċident

    T2

    Iva

    Le

    Iva

    Id-dawl totali trasmess mill-biċċa tat-test

    T3

    Le

    Iva

    Le

    Id-dawl imferrex bl-istrument

    T4

    Iva

    Iva

    Le

    Dawl imferres bl-istrument u bil-biċċa tat-test

    Irrepeti għal T1, T2, T3, u T4 b'pożizzjonijiet oħra speċifikat tal-biċċa tat-test biex tiddetermina l-uniformità.

    Ikkalkula t-trażmittanza totali Formula.

    Ikkalkula t-trażmittanza diffuża Td kif ġej:

    Formula

    Ikkalkula l-persentaġġ tal-viżibbiltà imferrxa, jew id-dawl inferrex, jew it-tnejn, kif ġej:

    Formula

    Kejjel iċ-ċpar inizjali tal-biċċa tat-test f’minimu ta' erba’ postijiet spazjati ugwalment minn xulxin fl-erja mhux mibruxa skont il-formola ta' hawn fuq. Ikkalkula medju tar-riżultati għal kull biċċta tat-test. Minflok l-erba’ qisien, jista’ jinkiseb valur medju billi l-biċċa tiddawwar b’mod uniformi b’ 3 rev/sec jew aktar.

    Għal kull ħġieġa tas-sikurezza wettaq tliet testijiet bl-istess tagħbija. Uża l-viżibbiltà bħala miżura tal-brix tal-parti ta’ taħt il-wiċċ, wara li l-biċċa tat-test tkun ġiet soġġetta għat-test tal-brix.

    Kejjel id-dawl dispers mit-traċċa mibruxa f’minimu ta' erba’ punti spazjati ugwalment matul it-traċċa skont il-formola t’hawn fuq. Ikkalkula medju tar-riżultati għal kull biċċta tat-test. Minflok l-erba’ qisien, jista’ jinkiseb valur medju billi l-biċċa tiddawwar b’mod uniformi b’ 3 rev/sec jew aktar.

    4.5.   It-test tal-brix għandu jitwettaq biss fid-diskrezzjoni tal-laboratorju li jwettaq it-test b'rigward xieraq għat-tagħrif diġà disponibbli għalih.

    Ħlief għall-materjal tal-ħġieġ-plastik, il-bidliet fis-saff intermedju jew fil-ħxuna tal-materjali normalment ma jkollhomx bżonn ittestjar ulterjuri.

    4.6.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    5.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAT-TEMPERATURA GĦOLJA

    5.1.   Proċedura

    Saħħan sa 100 °C tliet kampjuni jew tliet biċċiet tat-test kwadri ta' mill-inqas 300 mm x 300 mm li jkunu nqatgħu mil-laboratorju minn tliet windskrijns jew minn tliet ħġiġiet mhux windskrijns skont kif ikun il-każ, li xifer wieħed minnhom ikun jikkorrispondi max-xifer ta' fuq tal-ħġieġa. Żomm din it-temperatura għal perjodu ta' sagħtejn, imbagħad ħalli l-kampjun(i) tat-test jiksaħ (jiksħu) għat-temperatura tal-kamra. Jekk il-ħġieġ ttas-sikurezza jkollu ż-żewġ uċuħ esterni tiegħu magħmulin minn materjal inorganiku, it-test jista’ jitwettaq billi l-kampjun tat-test jiġi mgħaddas vertikalment f’misħun jagħli għall-perjodu ta' żmien speċifikat, filwaqt li tingħata attenzjoni li jiġi evitat xokk termali mhux dovut. Jekk il-kampjuni jinqatgħu minn windskrijns, ġenb wieħed ta' dan il-kampjun tat-test għandu jkun parti minn ġenb tal-windskrijn.

    5.2.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Il-kulur tas-saff ta’ bejn is-saffi

    1

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħra mhumiex involuti.

    5.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    5.3.1.

    It-test tar-reżistenza għal temperatura għolja għandu jiġi kkunsidrat li jagħti riżultat pożittiv jekk jiffurmaw bżieżaq jew difetti oħrajn ta' aktar minn 15-il mm minn tarf mhux maqtugħ jew ta' 25 mm minn tarf maqtugħ tal-biċċa tat-test jew kampjun jew aktar minn 10 mm ’il bogħod minn kwalunkwe xaqq li jista’ jiżviluppa matul it-test.

    5.3.2.

    Sett tal-biċċiet jew tal-kampjuni tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test għar-reżistenza għal temperatura għolja jekk it-testijiet kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti.

    6.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAR-RADJAZZJONI

    6.1   Metodu tal-ittestjar

    6.1.1.   Apparat

    6.1.1.1.   Sors ta’ radjazzjoni li jikkonsisti minn lampa bi fwar tal-merkurju ta’ pressjoni medja b’bozza tal-kwarz tubulari tat-tip mingħajr ożonu; il-fus tal-bozza għandu jkun vertikali. Il-qisien nominali tal-lampa għandhom ikunu 360 mm tul b'9.5 mm fid-dijametru. It-tul tal-ark għandu jkun 300 mm ± 4 mm. Il-bozza għandha titħaddem b'750 W ± 50 W.

    Jista’ jintuża kull sors ieħor ta' radjazzjoni li jipproduċi l-istess effetti li tipproduċi l-lampa speċifikata hawn fuq. Sabiex jiġi ċċekkjat illi l-effetti ta' sors ieħor ikunu l-istess, għandu jsir paragun billi jitkejjel l-ammont tal-enerġija maħruġa f'firxa ta' wavelength ta' minn 300 sa 450 nanometri, bil-wavelengths l-oħra kollha jitneħħew bl-użu ta' filtri xierqa. Is-sors alternattiv għandu mbagħad jintuża b'dawn il-filtri.

    Fil-każ ta' ħġiġiet tas-sikurezza li għalihom ma teżisti l-ebda korrelazzjoni sodisfaċenti bejn dan it-test u l-kundizzjonijiet tal-użu, għandu jkun meħtieġ illi ssir reviżjoni tal-kundizzjonijiet tat-test.

    6.1.1.2.   Transformer tal-provista tal-elettriku u capacitor li jistgħu jipprovdu lil-lampa (paragrafu 6.1.1.1) minimu ta' vultaġġ massimu tal-bidu ta' 1 100 V u vultaġġ ta' tħaddim ta' 500 V ± 50 V.

    6.1.1.3.   Apparat għall-immontar u t-tidwir ta' kampjuni tat-test b'1 sa 5 rev/min madwar is-sors ta' radjazzjoni li jinsab fiċ-ċentru sabiex tiġi żgurata espożizzjoni ugwali.

    6.1.2.   Il-biċċiet tat-test

    6.1.2.1.   Id-daqs tal-kampjuni tat-test għandu jkun 76 mm x 300 mm.

    6.1.2.2.   Il-kampjuni tat-test għandhom jinqatgħu mil-laboratorju minn naħa ta' fuq tal-ħġiġiet hekk li:

    Fil-każ ta' ħġiġiet tal-ħġieġ, it-tarf ta' fuq tal-biċċiet tat-test jikkoinċidi mat-tarf ta' fuq tal-ħġieġ.

    Fil-każ tal-windskrijns, it-tarf ta' fuq tal-biċċiet tat-test jikkoinċidi mal-limitu ta' fuq taż-żona li fiha, it-trażmittanza regolari trid tiġi vverifikata u stabbilita skont il-paragrafu 9.1.2.2 ta' dan l-anness.

    6.1.3.   Proċedura

    Ikkontrolla t-trażmittanza regolari tad-dawl, stabbilita skont il-paragrafi 9.1.1 sa 9.1.2 ta' dan l-anness, tat-tliet biċċiet tat-test qabel l-espożizzjoni. Ipproteġi mir-radjazzjoni porzjon minn kull biċċa tat-test, imbagħad qiegħed il-kampjun tat-test fl-apparat tat-test 230 mm minn u parallel mat-tul tal-fus tal-lampa. Żomm it-temperatura tal-kampjuni tat-test għal 45 °C ± 5 °C matul it-test kollu.

    Il-wiċċ ta' kull biċċa tat-test li jkun jikkostitwixxi parti ta' fuq barra tal-ħġieġ ta' vettura għandu jkun faċċata tal-lampa. Għat-tip tal-lampa speċifikat fil-paragrafu 6.1.1.1, il-ħin tal-esposizzjoni għandu jkun ta' 100 siegħa. Wara l-esposizzjoni, kejjel it-trasmittanza regolari tad-dawl għal darba oħra fl-erja esposta ta' kull biċċa tat-test.

    6.1.4.   Kull biċċa tat-test jew kampjun (numru totali 3 biċċiet) għandha tiġi soġġetta, skont il-proċedura t’hawn fuq, għal radjazzjoni b'tali mod li r-radjazzjoni fuq kull punt tal-biċċa tat-test jew tal-kampjun tipproduċi l-istess effett fuq il-parti ta' bejn is-saffi użata, bħall-effett prodott minn radjazzjoni tax-xemx ta' 1 400 W/m2 għal 100 siegħa.

    6.2.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Il-kulur tal-ħġieġ

    2

    1

    Il-għoti tal-kulur lis-saff tan-nofs:

    1

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħra mhumiex involuti.

    6.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.3.1.   It-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni għandu jitqies li jkun ta riżultat pożittiv jekk jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    6.3.1.1.   It-trażmittanza totali tad-dawl meta mkejla skont il-paragrafi 9.1.1 u 9.1.2 ta' dan l-Anness ma tinżilx taħt il-95 fil-mija tal-valur oriġinali qabel l-irradjazzjoni u fi kwalunkwe każ ma tinżilx:

    6.3.1.1.1.   Taħt is-70 fil-mija fil-każ ta' windskrijn u ħġieġ ieħor li jkun jinsab f’pożizzjoni meħtieġa għall-viżibilità tas-sewqan.

    6.3.2.   Sett tal-biċċiet jew tal-kampjuni tat-test issottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni jekk it-testijiet kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti.

    6.4.   Reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati

    6.4.1.   Metodu tal-ittestjar

    6.4.1.1.   Apparat

    6.4.1.1.1.   Fanal ksenon b'ark twil

    L-apparat tal-esponiment (3) għandu juża fanal ksenon b'ark twil bħala s-sors tal-irradjazzjoni, iżda għandhom ikunu permessi metodi oħra li jagħtu l-livell meħtieġ ta' esponiment għar-raġġ ultravjola. Il-fanal ksenon b'ark twil huwa vantaġġjuż billi huwa jista’, meta jiġi ffiltrat u mantenut sewwa, jipproduċi spettru li jersaq l-aktar lejn dak tad-dawl tax-xemx naturali. Għal dan l-għan, it-tubu tal-burner tal-kwarz ksenon għandu jiġi mgħammar b'filtri xierqa tal-ħġieġ tal-borosilikat ottiku (4). Il-fanali tal-ksenon imħaddma għandhom jiġu operati, minn sors xieraq ta' enerġija ta’ 50 jew 60 Hz, trasformaturi tar-reattanza xierqa u tagħmir elettriku.

    L-apparat tal-esponiment għandu jinkludi t-tagħmir meħtieġ għall-kejl u/jew il-kontroll ta' dan li ġej:

    (a)

    Irradjanza

    (b)

    It-temperatura standard sewda

    (c)

    Ir-raxx tal-ilma

    (d)

    L-iskeda jew iċ-ċiklu operattiv

    L-apparat tal-esponiment irid ikun magħmul minn materjal inerti li ma jikkontaminax l-ilma użat fit-test.

    L-irradjanza għandha titkejjel fis-superfiċe tal-biċċa tat-test u għandha tkun ikkontrollata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-apparat tal-esponiment.

    L-esponiment totali għar-raġġi ultravjola (5) (Joules għal kull metru kwadru) għandu jitkejjel jew jiġi kkalkulat u għandu jitqies bħala l-kejl primarju tal-esponiment tal-kampjun għat-test.

    6.4.1.2.   Il-biċċiet tat-test

    Il-qisien tal-biċċiet tat-test għandhom normalment ikunu dawk speċifikati fil-metodu tat-test adattat għall-karatteristika jew il-karatteristiċi li jridu jitkejlu wara l-esponiment.

    Għandu jiġi stabbilit in-numru ta' biċċiet ta' kontroll u kampjuni tat-test għal kull kundizzjoni tat-test jew stadju ta' esponiment, flimkien ma’ dawk meħtieġa għall-evalwazzjonijiet viżwali min-numru meħtieġ mill-metodi tat-test.

    Huwa rakkomandat li l-evalwazzjonijiet viżwali jsiru fuq l-akbar biċċiet tat-test li jiġu ttestjati.

    6.4.1.3.   Proċedura

    Kejjel, skont il-paragrafu 9.1 ta' dan l-Anness, it-trażmissjoni tal-luminożità tal-kampjuni tat-test li jridu jiġu esposti. Kejjel, skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Anness, ir-reżistenza għall-brix tas-superfiċe(ijiet) tal-biċċa(iet) ta' kontroll. Dak il-wiċċ ta' kull biċċa tat-test, li jirrappreżenta s-superfiċe mwaħħla mal-estern tal-vettura tat-triq, għandha tħares lejn il-lampa. Kundizzjonijiet ta' esponiment oħrajn għandhom ikunu kif ġej:

    6.4.1.3.1.   L-irradjanza m’għandhiex tkun aktar minn ± 10 fil-mija fuq l-erja kollha tal-kampjun għat-test.

    6.4.1.3.2.   F’intervalli xierqa, naddaf il-filtri tal-lampa billi taħsilhom b'deterġent u ilma. Il-filtri tal-ark tal-ksenon għandhom jinbidlu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-apparat.

    6.4.1.3.3.   It-temperatura ġewwa l-apparat tal-esponiment waqt il-porzjon niexef taċ-ċiklu għandha tiġi kkontrollata permezz taċ-ċirkolazzjoni ta' arja suffiċjenti sabiex tinżamm temperatura sewda standard kostanti.

    Fl-apparat tal-esponiment għall-ark tal-ksenon, din it-temperatura għandha tkun 70 °C ± 3 °C kif indikat minn termometru iswed standard jew l-ekwivalenti.

    It-termometru bil-panil iswed għandu jiġi mmuntat fl-ixtilliera tal-kampjun tat-test u għandu jittieħed qari fil-punt fejn tiġi żviluppata sħana massima minħabba l-esponiment għad-dawl.

    6.4.1.3.4.   L-umdità relattiva ġewwa l-apparat tal-esponiment għandha tkun ikkontrollata għal 50 ± 5 fil-mija matul il-porzjonijiet niexfa taċ-ċiklu.

    6.4.1.3.5.   L-ilma dejonizzat li jintuża fiċ-ċiklu bir-raxx tal-ilma għandu jkun fih inqas minn 1 ppm solidi tas-silicon dioxide u m’għandu jħalli l-ebda depożitu permanenti u residwu fuq il-kampjuni tat-test li jinterferixxu mal-miżurazzjonijiet sussegwenti.

    6.4.1.3.6.   Il-pH tal-ilma għandu jkun bejn 6,0 u 8,0, u l-konduttività għandha tkun inqas minn 5 microsiemens.

    6.4.1.3.7.   It-temperatura tal-ilma fil-linja fejn tidħol fl-apparat tal-esponiment għandha tkun it-temperatura tal-ilma ambjentali.

    6.4.1.3.8.   L-ilma għandu jolqot il-kampjuni tat-test fil-forma ta' raxx fin f’volum suffiċjenti biex ixarrab il-kampjuni tat-test b'mod uniformi, immedjatament mal-impatt.

    Ir-raxx tal-ilma jkun dirett biss kontra s-superfiċe tal-kampjun tat-test li tħares lejn is-sors tad-dawl. Ma hija permessa l-ebda ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma tar-raxx jew immersjoni tal-kampjuni tat-test ġewwa l-ilma.

    6.4.1.3.9.   Il-kampjuni tat-test għandhom jiddawwru madwar l-ark sabiex tiġi pprovduta distribuzzjoni uniformi tad-dawl. Il-pożizzjonijiet kollha fl-apparat tal-esponiment għandhom jimtlew bil-kampjuni tat-test jew surrogati sabiex jiġi żgurat li tinżamm distribuzzjoni uniformi tat-temperatura. Il-kampjuni tat-test għandhom jinżammu fi frejms bid-dahar tagħhom espost għall-ambjent tal-kabinett. Madankollu, ir-riflessi mill-ħitan tal-kabinett m’għandhomx jitħallew jolqtu s-superfiċe tad-dahar tal-kampjuni. Jekk ikun meħtieġ, tista’ titpoġġa xi ħaġa wara l-kampjuni sabiex timblokka dawn ir-riflessi, basta ma titwaqqafx iċ-ċirkolazzjoni libera tal-arja fis-superfiċe tal-kampjun.

    6.4.1.3.10.   L-apparat tal-esponiment għandu jitħaddem sabiex jipprovdi dawl kontinwu u raxx tal-ilma intermittenti f’ċikli ta' sagħtejn. Kull ċiklu ta' sagħtejn għandu jkun maqsum f’perjodi li matulhom il-kampjuni tat-test jiġu esposti għad-dawl mingħajr raxx tal-ilma għal 102 minuti u għal dawl bir-raxx tal-ilma għal 18-il minuta.

    6.4.1.4.   Evalwazzjoni

    Wara l-esponiment, jekk ikun meħtieġ, il-biċċiet tat-test jistgħu jitnaddfu bi prattika rakkomandata mill-manifattur tagħhom sabiex jitneħħa kwalunkwe residwu preżenti.

    Evalwa viżwalment il-biċċiet esposti tat-test fir-rigward tal-karatteristiċi segwenti:

    (a)

    Bżieżaq

    (b)

    Lewn

    (c)

    Ċpar

    (d)

    Dekompożizzjoni evidenti

    Kejjel it-trażmissjoni tal-luminożità tal-biċċiet tat-test esposti.

    6.4.1.5.   L-espressjoni tar-riżultati

    Irrapporta l-evalwazzjonijiet viżwali tal-biċċiet tat-test esposti, billi tqabbel id-dehra ta' kull wieħed minnhom ma’dik tal-kontroll mhux espost.

    It-trażmittanza tad-dawl regolari li titkejjel ma għandhiex tvarja b'iżjed minn 5 fil-mija mit-test oriġinali fuq il-kampjuni mhux esposti u m’għandhiex tinżel taħt:

    70 fil-mija fil-każ ta' windskrijn u ħġieġ ieħor li jkun jinsab f’pożizzjoni meħtieġa għall-viżibilità tas-sewqan.

    7.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-UMDITÀ

    7.1.   Proċedura

    Żomm tliet kampjuni jew tliet biċċiet tat-test kwadri ta' mill-anqas 300 mm × 300 mm f’pożizzjoni vertikali għal ġimagħtejn f’kontenitur magħluq li t-temperatura fih tinżamm għal 50 °C ± 2 °C u l-umdità relattiva fih tinżamm għal 95 ± 4 fil-mija. Fil-każ ta' ħġieġ tal-plastik riġidu u unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu, in-numru ta' kampjuni għandu jkun għaxra.

    Il-kampjuni tat-test għandhom jitħejjew b'tali mod li:

    (a)

    Mill-inqas xifer wieħed tal-kampjuni tat-test jikkoinċidi ma’ xifer oriġinali tal-ħġieġa,

    (b)

    Jekk jiġu ttestjati diversi kampjuni tat-test fl-istess ħin, għandu jiġi pprovdut spazjar adegwat bejniethom.

    Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jipprevjenu milli l-kondensazzjoni mill-ħitan jew mis-saqaf tal-kompartiment tat-test ma taqax fuq il-kampjuni tat-test.

    7.2.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Il-għoti tal-kulur lis-saff tan-nofs:

    1

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħra mhumiex involuti.

    7.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    7.3.1.

    Il-ħġieġa tas-sikurezza għandha tiġi kkunsidrata sodisfaċenti mill-perspettiva tar-reżistenza għall-umdità jekk ma tkun osservata l-ebda bidla sinifikanti iżjed minn 100 mm mix-xfar mhux maqtugħa u iżjed minn 15-il mm mix-xfar maqtugħa wara li ħġieġ laminat ordinarju u ħġieġ laminat ittrattat ikun nżamm għal sagħtejn fl-atmosfera ambjentali, u ħġieġ miksi bil-plastik u ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik ikunu nżammu għal 48 siegħa fl-atmosfera ambjentali.

    7.3.2.

    Sett tal-biċċiet jew tal-kampjuni tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test għar-reżistenza għall-umdità jekk tiġi ssodisfata l-waħda jew l-oħra mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    8.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BDIL FIT-TEMPERATURA

    8.1.   Metodu tal-ittestjar

    Żewġ biċċiet tat-test 300 mm x 300 mm għandhom jingħalqu f’temperatura ta’ -40 °C ± 5 °C għal perjodu ta’ 6 sigћat; għandhom imbagħad jitqiegħdu għall-beraħ f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C għal siegħa jew sakemm l-ekwilibriju tat-temperatura jintlaħaq mill-biċċiet tat-test. Imbagħad dawn għandhom jitpoġġew f’arja tiċċirkola f’temperatura ta' 72 °C ± 2 °C għal 3 sigħat. Wara li jitpoġġew mill-ġdid fil-miftuħ f’temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u jitkessħu għal dik it-temperatura, il-kampjuni tat-test għandhom jiġu eżaminati.

    8.2.   L-indiċijiet tad-diffikultajiet tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Kulur tas-saff intermedju jew tal-kisi tal-plastik

    1

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħra mhumiex involuti.

    8.3   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-test tar-reżistenza għall-bidliet fit-temperatura għandu jitqies li ta riżultat sodisfaċenti jekk il-kampjuni tat-test ma juru l-ebda evidenza ta' tixqiq, titpin, separazzjoni tas-saffi jew deterjorazzjoni apparenti oħra.

    9.   KWALITAJIET OTTIĊI

    9.1.   It-test tat-trażmissjoni tad-dawl

    9.1.1.   Apparat

    9.1.1.1.   Sors tad-dawl li jikkonsisti minn lampa inkandexxenti li l-filament tagħha jinsab ġo pajp parallel bil-qisien 1,5 mm x 1,5 mm x 3 mm. Il-vultaġġ fil-filament tal-lampa irid ikun tali li t-temperatura tal-kulur tkun 2 856K ± 50K. Dan il-vultaġġ għandu jiġi stabbilizzat fi ±1/1 000. L-istrument użat sabiex jiċċekkja l-voltaġġ għandu jkun ta' eżattezza approprjata.

    9.1.1.2.   Sistema ottika li tikkonsisti minn lenti b'tul fokali f ta' mill-inqas 500 mm u kkoreġuta għal aberazzjonijiet kromatiċi. L-apertura sħiħa tal-lenti ma għandiex tkun aktar minn f/20. Id-distanza bejn il-lenti u s-sors tad-dawl għandha tiġi aġġustata sabiex jinkiseb raġġ tad-dawl li jkun sostanzjalment parallel. Għandha tiddaħħal dijaframma sabiex id-dijametru tar-raġġ ta' dawl jiġi limitat għal 7 mm ± 1 mm. Din id-dijaframma trid tkun tinsab f’distanza ta' 100 ± 50 mm mil-lenti fuq in-naħa li tkun ’l bogħod mis-sors tad-dawl. Il-post tal-kejl għandu jittieħed fiċ-ċentru tar-raġġ tad-dawl.

    9.1.1.3.   It-tagħmir għall-kejl

    Ir-riċevitur irid ikollu sensittività spettrali relattiva fi ftehim sostanzjali mal-effikaċja tal-luminożità spettrali relattiva għall-osservatur fotometriku standard tal-ICI (6) għall-viżjoni fotopika. Il-wiċċ sensittiv tar-riċevitur għandu jitgħatta b'mezz ta' diffużjoni u għandu jkollu mill-inqas darbtejn it-taqsima trasversali tar-raġġ tad-dawl parallel emess mis-sistema ottika. Jekk tintuża sfera integranti, l-apertura tal-isfera għandu jkollha taqsima trasversali ta' mill-inqas darbtejn dik tal-porzjon parallel tar-raġġ.

    Il-linearità tar-riċevitur u l-istrument indikatur assoċjat miegħu għandha tkun aħjar minn 2 fil-mija tal-parti effettiva tal-iskala.

    Ir-riċevitur għandu jiġi ċċentrat fl-assi tar-raġġ tad-dawl.

    9.1.2.   Proċedura

    Is-sensittività tas-sistema tal-kejl għandha tiġi aġġustata b'mod li l-istrument li jindika r-rispons tar-riċevitur jindika 100 diviżjoni meta l-biċċa tat-test ma tkunx imdaħħla fil-mogħdija tad-dawl. Meta l-ebda dawl ma jkun qiegħed jaqa’ fuq ir-riċevitur, l-istrument għandu jaqra żero.

    Poġġi l-biċċa tat-test f'distanza mir-riċevitur li hija ugwali għal approssimament ħames darbiet id-dijametru tar-riċevitur. Daħħal il-ħġieġa tas-sikurezza bejn id-dijaframma u r-riċevitur u aġġusta l-orjentazzjoni tagħha b'tali mod li l-angolu tal-inċidenza tar-raġġ tad-dawl ikun ugwali għal 0 ± 5°. It-trasmittanza regolari għandha titkejjel fuq il-biċċa tat-test, u għal kull punt imkejjel għandhom jinqraw in-numri tad-diviżjonijiet, n, murija fuq l-istrument indikatur. It-trasmittanza regolari tr hija egwali għal n/100.

    9.1.2.1.   Fil-każ tal-windskrijns, jistgħu jiġu applikati metodi alternattivi tat-test jew bl-użu ta' biċċa tat-test maqtugħa mill-aktar parti ċatta tal-windskrijn jew bi kwadru ċatt imħejji speċifikament b'karatteristiċi tal-materjal u tal-ħxuna identiċi għal dawk tal-windskrijn attwali, bil-kejl jittieħed man-normal (perpendikolari) tal-ħġieġa.

    9.1.2.2.   Għal windskrijns tal-vetturi M1  (7) it-test għandu jitwettaq fl-erja tat-test B definita fl-Anness 18, paragrafu 2.3, filwaqt li tiġi eskluża kwalunkwe oskurazzjoni opaka li taffettwaha.

    Għall-windskrijns ta' vetturi N1, il-manifattur jista’ jitlob li l-istess test jista’ jitwettaq jew fl-erja tat-test B definita fl-Anness 18, paragrafu 2.3, filwaqt li tiġi eskluża kwalunkwe oskurazzjoni opaka li taffettwaha, jew fiż-żona I definita fil-paragrafu 9.2.5.2.3 ta' dan l-Anness.

    Għal windskrijns ta' kategoriji oħra ta' vetturi, it-test għandu jitwettaq fiż-żona I definita fil-paragrafu 9.2.5.2.3 ta' dan l-Anness.

    Madankollu, għal tratturi agrikoli u forestali u għal vetturi tas-sit tal-kostruzzjoni li għalihom ma tkunx possibbli li tiġi stabbilita ż-żona I, it-test għandu jitwettaq fiż-żona I’ kif definita fil-paragrafu 9.2.5.3 ta' dan l-Anness.

    9.1.3.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Il-kulur tal-ħġieġ

    1

    2

    Il-kulur tas-saff bejn il-ħġieġ

    (fil-każ ta’ windskrijns laminati)

    1

    2

     

    1 Mhux inkluż

    Inkluż

    Dell u/jew oskurazzjoni opaka

    1

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħra mhumiex involuti.

    9.1.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-trażmittanza tad-dawl regolari għandha titkejjel skont il-paragrafu 9.1.2 ta' dan l-Anness u r-riżultat għandu jiġi rrekordjat. Fil-każ ta' windskrijn, din m’għandhiex tkun inqas minn 70 fil-mija. Fil-każ ta' ħġieġ li mhuwiex windskrijn, ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Anness 21.

    9.2.   It-test tat-tagħwiġ ottiku

    9.2.1.   Ambitu

    Il-metodu speċifikat huwa metodu ta’ projezzjoni li jippermetti l-evalwazzjoni tad-distorzjoni ottika ta’ ħġieġa tas-sikurezza.

    9.2.1.1.   Definizzjonijiet

    9.2.1.1.1.   "Devjazzjoni ottika" tfisser l-angolu bejn id-direzzjoni vera u dik apparenti ta' punt li jidher mill-windskrijn, fejn il-kobor tal-angolu huwa funzjoni tal-angolu tal-inċidenza tal-linja tal-viżjoni, il-ħxuna u l-inklinazzjoni tal-windskrijn, u r-raġġ tal-kurvatura "r" fil-punt tal-inċidenza.

    9.2.1.1.2.   Distorzjoni ottika f’direzzjoni M-M': Id-differenza alġebrajika fid-devjazzjoni angolari D imkejla bejn żewġ punti M u M′ fuq il-wiċċ tal-ħġieġa tat-twieqi tas-sikurezza, fejn id-distanza bejn iż-żewġ punti tkun tali l-projezzjonijiet tagħhom fi pjan li jkun ta’ angolu ta’ 90o mad-direzzjoni tal-viżjoni jiġu separati permezz ta’ distanza imsemmija Dx (ara Figura 6).

    Id-devjazzjoni kontra l-arloġġ għandha tiġi meqjusa bħala pożittiva u d-devjazzjoni skont l-arloġġ bħala negattiva.

    9.2.1.1.3.   Distorzjoni ottika fil-punt M: Id-distorzjoni ottika massima għad-direzzjonijiet kollha M-M' mill-punt M.

    Figura 6

    Rappreżentazzjoni dijagrammatika tad-distorzjoni ottika

    Image

    9.2.1.2.   Apparat

    Dan il-metodu jinvolvi l-projezzjoni ta' slide approprjata (raster) fuq il-liżar tal-esposizzjoni minn ġol-ħġieġa tas-sikurezza li tkun qiegħda tiġi ttestjata. Il-bidla kkaġunata fil-forma tax-xbiha pprojettata meta tiddaħħal il-ħġieġa tat-twieqi tas-sikurezza fid-direzzjoni illuminata bid-dawl tipprovdi miżura tad-distorzjoni.

    L-apparat għhandu jikkomprendi l-oġġetti li ġejjin, irranġati kif muri fil-Figura 9.

    9.2.1.2.1.   Proġekter, ta’ kwalità tajba, b’sors tad-dawl b’punt ta’ intensità għolja, li għandu, per eżempju, l-karatteristiċi li ġejjin:

     

    tul fokali ta’ mill-inqas 90 mm,

     

    apertura ta’ approssimament 1/2,5,

     

    150-W bozza aloġena tal-kwarz (jekk jintuża mingħajr filtru),

     

    250-W bozza aloġena tal-kwarz (jekk jintuża filtru aħdar).

    Il-proġekter jidher skematikament fil-Figura 7. Dijaframma ta' dijametru ta' 8 mm titpoġġa bejn wieħed u ieħor 10 mm mil-lenti ta' quddiem.

    Figura 7

    L-arranġament ottiku tal-proġekter

    Image

    9.2.1.2.2.   Pjastri li jikkonsistu, per eżempju, fi skjerament ta’ forom ċirkulari qawwija fuq sfond skur (ara Figura 8). L-islajds għandhom ikunu ta' kwalità u kuntrast għoli biżżejjed sabiex jippermettu li jsir kejl bi żball ta' inqas minn 5 fil-mija.

    Fin-nuqqas tal-ħġieġa tas-sikurezza li trid tiġi eżaminata, il-qisien tal-għamliet ċirkolari għandhom ikunu tali illi meta l-forom ċirkolari jiġu pprojettati, dawn jifformaw firxa ta' ċrieki ta' dijametru

    Formula, fejnΔx = 4 mm (ara l-Figuri 6 u 9).

    Figura 8

    Sezzjoni imkabbra tal-pjastra

    Image

    Figura 9

    L-arranġament tal-apparat għat-test tad-distorzjoni ottika

    Image

    9.2.1.2.3.   Stand ta’ appoġġ, preferibbilment wieħed li jippermetti skennjar vertikali u orizontali, kif ukoll it-tidwir tal-ħġieġa tas-sikurezza.

    9.2.1.2.4.   Mudell ta' kontroll, biex jitkejjel it-tibdil fid-dimensjonijiet fejn tkun meħtieġa valutazzjoni rapida. Disinn xieraq huwa muri fil-Figura 10.

    Figura 10

    Disinn għal mudell ta’ verifika xieraq

    Image

    9.2.1.3.   Proċedura

    9.2.1.3.1.   Ġenerali

    Immonta l-windskrijn fuq l-istand ta' appoġġ (paragrafu 9.2.1.2.3) fl-angolu tal-inklinazzjoni msemmi. Ipprojetta x-xbiha tat-test mill-erja li qed tiġi eżaminata. Dawwar il-windskrijn jew ċaqalqu orizontalment jew vertikalment sabiex teżamina l-erja speċifikata kollha.

    9.2.1.3.2.   Il-valutazzjoni permezz ta’ mudell ta’ verifika

    Fejn tkun biżżejjed valutazzjoni rapida b'marġini ta' żball possibbli ta' mhux aktar minn 20 fil-mija, ikkalkula l-valur A (ara l-Figura 10) mill-valur tal-limitu ΔαL għal bidla fid-devjazzjoni u l-valur ta' R2, id-distanza mill-ħġieġa tas-sikurezza sal-iskrin tad-displej:

    Formula

    Ir-relazzjoni bejn il-bidla fid-dijametru tax-xbieha projettata Δd u l-bidla fid-devjazzjoni angolari Δα hija mogħtija permezz ta':

    Formula

    fejn:

    Δd

    hija mfissra f’millimetri,

    A

    hija mfissra f’millimetri,

    ΔαL

    hija mfissra f’minuti ta' ark,

    Δα

    hija mfissra f’minuti ta' ark,

    R2

    hija mfissra f’metri.

    9.2.1.3.3.   Il-kejl permezz ta’ mekkaniżmu fotoelettriku

    Fejn hu meħtieġ kejl preċiż b'marġni possibbi ta' żball ta' inqas minn 10fil-mija tal-valur tal-limitu, kejjel Δd fuq il-fus tal-projezzjoni, bil-valur tal-wisa’ tal-ispot jittieħed fil-punt fejn il-luminanza hija 0,5 drabi l-valur massimu tal-għoti tal-luminanza tal-ispot.

    9.2.1.4.   L-espressjoni tar-riżultati

    Evalwa d-distorzjoni ottika tal-ħġieġ tas-sikurezza billi tkejjel Δd fi kwalunwke punt tal-wiċċ u fid-direzzjonijiet kollha sabiex issib Δd max.

    9.2.1.5.   Metodu alternattiv

    Barra minn hekk, hija permessa teknika strijoskopika bħala alternattiva għat-tekniki tal-projezzjoni, diment li tinżamm il-preċiżjoni tal-qisien mogħtija fil-paragrafi 9.2.1.3.2 u 9.2.1.3.3.

    9.2.1.6.   Id-distanza Δx għandha tkun ta' 4 mm.

    9.2.1.7.   Il-windskrijn għandu jkun immontat fl-istess angolu tal-inklinazzjoni bħal fuq il-vettura.

    9.2.1.8.   Il-fus tal-projezzjoni fil-pjan orizzontali għandu jinżamm bejn wieħed u ieħor man-normaliskont il-linja tal-windskrijn f’dan il-pjan.

    9.2.2.   Għandhom jitwettqu l-qisien:

    9.2.2.1.   Għall-kategorija ta' vetturi M1 fl-erja tat-test A, estiża sal-pjan mezzan tal-vettura, u fil-parti korrispondenti tal-windskrijn b'mod simmetriku miegħu madwar il-pjan lonġitudinali mezzan tal-vettura, u wkoll fl-erja tat-test B imnaqqsa skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness 18.

    9.2.2.2.   Għal vetturi tal-kategoriji M u N ħlief M1:

    (a)

    Fiż-żona I kif definit fil-paragrafu 9.2.5.2 ta' dan l-anness għal veturi M2, M3, N2 u N3;

    (b)

    Jew fiż-żona I kif definita fil-paragrafu 9.2.5.2 ta' dan l-Anness jew fl-erja tat-test A, estiża sal-pjan mezzan tal-vettura, u fil-parti korrispondenti tal-windskrijn simmetrika miegħu madwar il-pjan lonġitudinali mezzan tal-vettura, u wkoll fl-erja tat-test imnaqqsa B skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness 18 għal vetturi tat-tip N1.

    9.2.2.3.   Għal tratturi agrikoli u forestali u għal vetturi tas-siti tal-kostruzzjoni li għalihom ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita ż-żona I, iż-żona I’ kif definita fil-paragrafu 9.2.5.3 ta' dan l-Anness.

    9.2.2.4.   It-tip ta’ vettura

    It-test għandu jiġi ripetut jekk il-windskrijn ikun sejjer jitwaħħal fuq vettura ta' tip li l-kamp viżiv ’l quddiem tagħha ikun differenti minn dak tat-tip ta' vettura li għaliha l-windskrijn ikun diġà ġie approvat.

    9.2.3.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    9.2.3.1.   In-natura tal-materjal

    Ħġieġ illustrat (pjanċa)

    Ħġieġ float

    Il-Ħġieġ irqiq tal-folja

    1

    1

    2

    9.2.3.2.   Karatteristiċi sekondarji oħra

    L-ebda karatteristriku sekondarju ieħor m’huwa involut.

    9.2.4.   Numru ta' windskrijns

    Għandhom jiġu ssottomessi erba' biċċiet tat-test.

    9.2.5.   Id-definizzjonijiet taż-żoni

    9.2.5.1.   Iż-żoni A u B tal-windskrijns ta' vetturi tal-kategorija M1 u N1 huma definiti fl-Anness 18 għal dan ir-Regolament.

    9.2.5.2.   Iż-żoni tal-windskrijns għal vetturi tal-kategoriji M u N ħlief M1 huma definiti fuq il-bażi ta':

    9.2.5.2.1.   Il-"punt tal-għajnejn" jew il-punt "O", huwa l-punt ippożizzjonat 625 mm ’il fuq mill-punt R tas-sit tas-sewwieq fil-pjan vertikali parallel mal-pjan lonġitudinali mezzan tal-vettura li għaliha jkun maħsub il-windskrijn, li jgħaddi mill-assi tal-istering.

    9.2.5.2.2.   Il-linja dritta OQ li hija l-linja dritta orizzontali li tgħaddi mill-punt tal-għajn 0 u li hija perpendikulari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

    9.2.5.2.3.   Żona I hija ż-żona tal-windskrijn stabbilita mill-interċezzjoni tal-windskrijn mal-erba’ pjani definiti hawn taħt:

    P1

    -

    Pjan vertikali li jgħaddi minn 0 u jifforma angolu ta’ 15° fuq il-lemin tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

    P2

    -

    Pjan vertikali simmettriku għal P1 madwar il-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

    Jekk dan mhuwiex possibbli (eżempju fin-nuqqas ta' pjan lonġitudinali medjan simmettriku) P2 għandu jkun il-pjan simmettriku għal P1 madwar il-pjan lonġitudinali tal-vettura li jgħaddi mill-punt 0.

    P3

    -

    Pjan li jgħaddi mill-linja dritta OQ u jifforma angolu ta’ 10° fuq il-pjan orizzontali,

    P4

    -

    Pjan li jgħaddi mill-linja dritta OQ u jifforma angolu ta’ 8° taħt il-pjan orizzontali.

    9.2.5.3.   Għal tratturi agrikoli u forestali u għal vetturi tas-sit tal-kostruzzjoni li għalihom ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita ż-żona I, iż-żona I’ tikkonsisti mis-superfiċe sħiħa tal-windskrijn.

    9.2.6.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Tip ta' windskrijn għandu jitqies bħala sodisfaċenti fir-rigward tad-distorsjoni ottika jekk, fl-erba’ windskrijns ippreżentati għall-ittestjar, id-distorsjoni ottika ma taqbiżx il-valuri mogħtija hawn taħt għal kull żona.

    Il-kategorija tal-vettura

    Żona

    Valuri massimi tad-distorsjoni ottika

    M1 u N1

    A - estiż skont il-paragrafu 9.2.2.1

    2’ ta’ ark

    B - imnaqqas skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness 18

    6’ ta’ ark

    Kategoriji M u N għajr għal M1

    I

    2’ ta’ ark

    Vetturi agrikoli eċċ. li għalihom mhuwiex possibbli li tiġi determinata żona I

    I'

    2’ ta’ ark

    9.2.6.1.   M’għandu jsir ebda kejl f’erja periferali 25 mm’ il ġewwa mill-profil tad-disinn tal-ħġieġ u ta’ kwalunkwe oskurazzjoni opaka, sakemm din ma taffetwax iż-żona estiża A jew iż-żona I.

    9.2.6.2.   Għat-tratturi agrikoli u forestali u għall-vetturi tas-sit tal-kostruzzjoni, m’għandu jsir ebda kejl f’erja periferali wiesgħa 100 mm.

    9.2.6.3.   Fil-każ ta' windskrijns maqsumin, m’għandu jsir l-ebda kejl fi strixxa ta' 35 mm mix-xifer tal-windskrijn li jkun imiss mal-pilastru diviżorju.

    9.2.6.4.   Huwa permess valur massimu ta' 6’ ta' ark għall-porzjonijiet kollha taż-żona I jew taż-żona A f'erja periferali 100 mm 'il ġewwa mill-profil tad-dissin tal-ħġieġ.

    9.2.6.5.   Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet żgħar mir-rekwiżiti fl-erja tat-test B imnaqqsa skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness 18 bil-kundizzjoni li jkunu lokalizzati u rrekordjati fir-rapport.

    9.3.   It-test tas-separazzjoni tax-xbiha sekondarja

    9.3.1.   Ambitu

    Huma rikkonoxxuti żewġ metodi tat-test:

     

    It-test tal-mira, u

     

    It-test tat-teleskopju tal-kollimazzjoni.

    Dawn il-metodi tat-test jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-approvazzjoni, il-kontroll tal-kwalità jew l-evalwazzjoni tal-prodott, kif xieraq.

    9.3.1.1.   It-test tal-mira

    9.3.1.1.1.   Apparat

    Dan il-metodu jinvolvi li tiġi eżaminata mira illuminata mill-ħġieġa tas-sikurezza. L-oġġett fil-mira jista' jkun iddisinjat hekk illi t-test ikun jista' jitwettaq fuq bażi sempliċi ta' 'go-no go'.

    Il-mira trid tkun preferibbilment waħda minn dawn it-tipi li ġejjin; jiġifieri, jew

    (a)

    Oġġett fil-mira “anella” imdawwal li d-dijametru ta' fuq barra tiegħu, D, ikun quddiem angolu ta' n minuti ta' ark f’punt li jinsab x metri (il-Figura 11(a)), jew

    (b)

    Mira b'“anella u spot” imdawwlin fejn id-dimensjonijiet huma tali li d-distanza, D, minn punt fuq it-tarf tal-ispot sal-punt l-aktar viċin fuq ġewwa tal-anella tagħmel (subtends) angolu ta' n minuti ta' kurva f’punt li jinsab x metri (Figura 11(b)), fejn

    l-n hija l-valur tal-limitu tas-separazzjoni tax-xbieha sekondarja,

    x hija d-distanza mill-ħġieġa tas-sikurezza sa l-oġġett fil-mira (mhux anqas minn 7 m),

    D tingħata bil-formola: D = x tg n

    Il-mira illuminata tikkonsisti minn kaxxa illuminata, approssimament 300 mm x 300 mm x 150 mm, li n-naħa ta’ quddiem tagħha hija magħmula b’mod konvenjenti ħafna minn ħġieġ mgħotti b’karta sewda opaka jew miksija b’żebgħa sewda matta.

    Il-kaxxa għandha tkun imdawla b'sors ta' dawl xieraq. Jista’ jkun konvenjenti li wieħed juża forom oħra ta’ mira, bħal dawk li jidhru fil-Figura 14. Huwa aċċettabbli wkoll li s-sistema ta’ mira tinbidel b’sistema ta’ projezzjoni u għalhekk ix-xbihat li jirriżultaw jistgħu jiġu eżaminati fuq skreen.

    9.3.1.1.2.   Proċedura

    Immonta l-windskrijn fl-angolu tal-inklinazzjoni speċifikat fuq stand xieraq b’tali mod li l-osservazzjoni titqettaq fi pjan orizzontali li jgħaddi miċ-ċentru tal-mira. Il-kaxxa li tipprovdi d-dawl għandha tiġi osservata, f’kamra mudlama jew nofsha mudlama, minn ġo kull parti tal-erja li tkun qiegħda tiġi eżaminata, sabiex tinqabad il-preżenza ta' kull xbieha sekondarja assoċjata mal-oġġett fil-mira mdawwal. Dawwar il-windskrijn kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi tinżamm id-direzzjoni korretta tal-osservazzjoni. Iista' jintuża monokulari għall-osservazzjoni.

    9.3.1.1.3.   L-espressjoni tar-riżultati

    Istabbilixxi jekk,

    Meta tintuża l-mira (a) (ara l-Figura 11(a)), ix-xbieha primarja u sekondarja taċ-ċirku jisseparawx, jiġifieri jekk il-valur ta' limitu ta' n jinqabiżx, jew

    Meta tintuża l-mira (b) (ara l-Figura 11(b)), ix-xbieha sekondarja tal-ispot tiċċaqlaqx lil hinn mill-punt ta' tanġenza mat-tarf ta' ġewwa taċ-ċirku, jiġifieri jekk il-valur tal-limitu n jinqabiżx.

    Figura 11

    Id-dimensjonijiet tal-miri

    Image

    Figura 12

    L-arranġament tal-apparat

    Image

    Figura 13

    L-apparat għat-test tat-teleskopju ta' kollimazzjoni

    Image

    9.3.1.2.   It-test tat-teleskopju tal-kollimazzjoni.

    Jekk meħtieġ, għandha tiġi applikata l-proċedura deskritta f'dan il-paragrafu.

    9.3.1.2.1.   Apparat

    L-apparat jinkludi kollimatur u teleskopju u jistgħu jitwaqqdu skont il-Figura 13. Madankollu, tista’ tintuża kwalunkwe sistema ottika ekwivalenti.

    9.3.1.2.2.   Proċedura

    It-teleskopju tal-kollimazzjoni jifforma, fl-infinità, ix-xbieha ta' sistema ta' koordinati polari b'punt ileqq fiċ-ċentru tagħha (ara l-Figura 14).

    Fil-pjan fokali tat-teleskopju ta' osservazzjoni, spot żgħir opak b'dijametru li huwa ftit ikbar minn dak tal-punt ta' dawl qawwi projettat jitqiegħed fuq l-assi ottika, b'hekk joskura l-punt il-qawwi.

    Meta windskrijn li jesibixxi xbieha sekondarja jitpoġġa bejn it-teleskopju u l-kollimatur, punt ieħor, inqas qawwi, jidher ċertu distanza ’l bogħod miċ-ċentru tas-sistema tal-polar-coordinate. Is-separazzjoni tax-xbiha sekondarja tista’ tinqara bħala d-distanza bejn il-punti li jidhru mit-teleskopju tal-osservazzjoni (ara Figura 14). (Id-distanza bejn l-ispot skur u l-punt ta' dawl qawwi fiċ-ċentru tas-sistema tal-polar-coordinate tirrappreżenta d-devjazzjoni ottika).

    9.3.1.2.3.   L-espressjoni tar-riżultati

    Il-windskrijn għandu l-ewwel jiġi eżaminat b'teknika ta' skenjar sempliċi sabiex tiġi stabbilita l-erja li tagħti l-aktar xbieha sekondarja qawwija. Din l-erja għandha mbagħad tiġi eżaminata bis-sistema tat-teleskopju-kollimatur fl-angolu ta' inċidenza x-xieraq. Is-separazzjoni massima tax-xbieha sekondarja għandha mbagħad titkejjel.

    9.3.1.3.   Id-direzzjoni tal-osservazzjoni fil-wiċċ wati orizzontali għandha tinżamm bejn wieħed u ieħor normali mal-linja tal-windscreen f'dan il-wiċċ wati.

    9.3.2.   Il-kejl għandu jitwettaq fiż-żoni kif definiti fil-paragrafu 9.2.2. hawn fuq skont il-kategoriji tal-vetturi.

    9.3.2.1.   It-tip ta’ vettura

    It-test għandu jiġi ripetut jekk il-windskrijn ikun sejjer jitwaħħal fuq vettura ta' tip li l-kamp viżiv ’l quddiem tagħha ikun differenti minn dak tat-tip ta' vettura li għaliha l-windskrijn ikun diġà ġie approvat.

    9.3.3.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    9.3.3.1.   In-natura tal-materjal

    Ħġieġ illustrat (pjanċa)

    Ħġieġ float

    Il-Ħġieġ irqiq tal-folja

    1

    1

    2

    9.3.3.2.   Karatteristiċi sekondarji oħra

    L-ebda karatteristriku sekondarju ieħor m’huwa involut.

    9.3.4.   Numru ta' windskrijns

    Għandhom jiġu ssottomessi erba' windskrijns għat-test.

    Figura 14

    Eżempju ta' osservazzjoni permezz tal-metodu tat-test tat-teleskopju ta' kollimazzjoni

    Image

    9.3.5.   Interpretazzjoni tar-Riżultati

    Tip ta' windskrijn għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti fir-rigward tas-separazzjoni tax-xbieha sekondarja jekk, fl-erba’ windskrijns sottomessi sabiex jiġu ttestjati, is-separazzjoni tax-xbieha primarja u ta' dik sekondarja f’kull żona jew erja tat-test ma tkunx aktar mill-valuri massimi li ġejjin:

    Il-kategorija tal-vettura

    Żona

    Valuri massimi tad-distorsjoni ottika

    M1 u N1

    A - estiż skont il-paragrafu 9.2.2.1

    15’ ta’ ark

    B - imnaqqas skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness 18

    25' ta’ ark

    Kategoriji M u N għajr għal M1

    I

    15’ ta’ ark

    Vetturi agrikoli eċċ. li għalihom mhuwiex possibbli li tiġi determinata żona I

    I'

    15’ ta’ ark

    9.3.5.1.   M’għandu jsir ebda kejl f’erja periferali 25 mm’ il ġewwa mill-profil tad-disinn tal-ħġieġ u ta’ kwalunkwe oskurazzjoni opaka, sakemm din ma taffetwax iż-żona estiża A jew iż-żona I.

    9.3.5.2.   Għat-tratturi agrikoli u forestali u għall-vetturi tas-sit tal-kostruzzjoni, m’għandu jsir ebda kejl f’erja periferali wiesgħa 100 mm.

    9.3.5.3.   Fil-każ ta' windskrijns maqsumin, m’għandu jsir l-ebda kejl fi strixxa ta' 35 mm mix-xifer tal-ħġieġa li jkun imiss mal-pilastru diviżorju.

    9.3.5.4.   Huwa permess valur massimu ta' 25’ ta' ark għall-porzjonijiet kollha taż-żona I jew taż-żona A li jkunu inqas minn 100 mm mix-xifer tal-windskrijn.

    9.3.5.5.   Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet żgħar mir-rekwiżiti fl-erja tat-test B imnaqqsa skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness 18 bil-kundizzjoni li jkunu lokalizzati u rrekordjati fir-rapport.

    10.   IT-TEST TAL-IMĠIBA FIL-KAŻ TA' ĦRUQ (REŻISTENZA GĦAN-NAR)

    10.1.   Għan u kamp ta’ applikazzjoni

    Dan il-metodu jgħin sabiex tiġi stabbilita r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali Użati fil-kompartiment tal-passiġġieri tal-vetturi bil-mutur (eżempju, karozzi privati tal-passiġġieri, lorijiet (trakkijiet), karozzi tat-tip estate, kowċis b'mutur) wara esposizzjoni għal fjamma żgħira tan-nar.

    Dan il-metodu jippermetti t-testjar ta’ materjali u komponenti tat-tagħmir interjuri ta' vettura individwalment jew flimkien sa ħxuna ta’ 13 mm. Jintuża sabiex tiġi ġġudikata l-uniformità ta’ lottijiet ta’ produzzjoni ta’ dawn il-materjali rigward l-imġieba tal-ħruq tagħhom.

    Minħabba l-ħafna differenzi bejn is-sitwazzjoni fid-dinja reali u l-kundizzjonijiet preċiżi tat-test stabbiliti hawnhekk (l-applikazzjoni u l-orjentazzjoni ġewwa l-vettura, il-kundizzjonijiet tal-użu, is-sorsi ta' xegħil tal-magna, eċċ) u l-kundizzjonijiet tat-test preċiżi preskritti fih, dan il-metodu ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa xieraq għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi kollha tal-ħruq ġewwa l-vetturi.

    10.2.   Definizzjonijiet

    10.2.1.   Ir-rata tal-ħruq: Il-kwozjent tad-distanza l-maħruqa imkejla skont dan il-metodu u l-ħin li jittieħed sabiex tinħaraq dik id-distanza. Tiġi espressa f’millimetri kull minuta.

    10.2.2.   Materjal kompost: Materjal kompost magħmul minn bosta saffi ta' materjali simili jew differenti imwaħħlin ma’ xulxin sewwa mill-uċuħ tagħhom b'kolla, marbutin, miksijin, jew imwaħħlin bis-sħana, eċċ.

    Meta jingħaqdu flimkien materjali differenti b'mod intermittenti (per eżempju bil-ħjata, bil-welding bi frekwenza għolja, bl-imsiemer irbattuti, eċċ), li b'hekk jippermettu l-preparazzjoni ta' kampjuni individwali skont il-paragrafu 10.5, dawn il-materjali ma għandhomx jitqiesu bħala li huma materjali komposti.

    10.2.3.   In-naħa esposta: In-naħa li qed tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġier meta l-materjal jiġi mmontat fuq il-vettura.

    10.3.   Il-prinċipju

    Kampjun jinżamm orizzontalment f’kontenitur forma ta’ U u jiġi espost għall-azzjoni ta’ fjamma ta’ enerġija baxxa definita għal 15-il sekonda f’kompartiment għall-kombustjoni, fejn il-fjamma taħdem fuq it-tarf liberu tal-kampjun. It-test jiddetermina jekk u meta tintefiex il-fjamma jew il-ħin meta l-fjamma teħtieġ li tipproċedi matul distanza mkejla.

    10.4.   Apparat

    10.4.1.   Kompartiment tal-kombustjoni (Figura 15), perferibbilment magħmul mill-istainless steel, bid-dimensjonijiet mogħtija fil-Figura 16.

    In-naħa ta’ quddiem tal-kompartiment tinkludi tieqa għall-osservazzjoni li hija reżistenti għall-fjamma, li tista’ tgħatti n-naħa ta’ quddiem kollha u li tista’ tinbena bħala panil ta’ aċċess.

    In-naħa t’isfel tal-kompartiment għandha toqob għall-arja, u n-naħa ta’ fuq għandha qasma għall-arja mad-dawra kollha. Il-kompartiment tal-komubustjoni jitqiegħed fuq erba’ saqajn, b’għoli ta’ 10 mm. Il-kompartiment jista’ jkollu toqba f’tarf wieħed għall-introduzzjoni tal-kontenitur tal-kampjun li fih jinsab il-kampjun; fuq in-naħa opposta, tiġi pprovduta toqba biex jgħaddi l-pajp tal-provvista tal-gass. Materjal imdewweb jinqabad f’ dixx (ara Figura 17) li jitpoġġa fin-qiegħ tal-kompartiment bejn it-toqob għall-arja mingħajr ma titgħatta kwalunkwe toqba għall-arja.

    Figura 15

    Eżempju ta' kompartiment tal-kombustjoni b'kontenitur tal-kampjun u dixx għat-taqtir

    Image

    10.4.2.   Holder tal-kampjun, li jikkonsisti f'żewġ pjanċi metalliċi milwija f'għamla ta' 'U' jew qafas ta' materjal li ma jsaddadx. Id-dimensjonijiet jingħataw fil-Figura 18.

    Il-pjanċa ta’ taħt hija mgħammra b’labar u ta’ fuq b’toqob korrispondenti, sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jinżamm b’mod konsistenti. Il-labar iservu wkoll bħala punti ta’ kejl fil-bidu u fl-aħħar tad-distanza tal-ħruq.

    Għandu jiġi pprovdut appoġġ fil-forma ta' wajers reżistenti għas-sħana b'dijametru ta' 0,25 mm matul il-frejm f’intervalli ta' 25 mm fuq il-frejm ta' taħt fil-forma ta' U (ara l-Figura 19).

    Il-pjan tal-ġenb ta’ taħt tal-kampjuni għandu jkun 178 mm ’l fuq mill-pjanċa tal-art. Id-distanza tat-tarf ta' quddiem tal-holder tal-kampjun mit-tarf tal-kumpartament għandha tkun 22 mm; id-distanza tal-ġnub lonġitudinali tal-holder tal-kampjun mill-ġnub tal-kumpartament għandhom ikunu 50 mm (il-qisien kollha minn ġewwa tal-kumpartament). (Ara Figuri 15 u 16).

    10.4.3.   Burner tal-gass

    Is-sors żgħir tat-tqabbid jiġi provvdut minn Bunsen burner li għandu dijametru fuq ġewwa ta’ 9.5 mm. Jinsab ġol-kompartiment tat-test b’tali mod li ċ-ċentru taż-żennuna tkun 19 mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta’ taħt tan-naħa l-miftuħa tal-kampjun (ara Figura 16).

    10.4.4.   Il-gass għat-test

    Il-gass fornut mill-burner irid ikollu valur kalorifiku ta' madwar 38 MJ/m3 (per eżempju gass naturali).

    10.4.5.   Petne tal-metall, ta’ tul ta’ mill-inqas 110 mm, b’seba’ jew tmint isnien lixxi u ittundajati kull 25 mm.

    Figura 16

    Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 17

    Dixx tat-taqtir tipika

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 18

    Eżempju tal-holder tal-kampjun

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 19

    Eżempju tas-sezzjoni tan-naħa t'isfel tal-qafas f'għamlu ta' 'U' għal faċilità ta' rfid ta' wires

    Image

    Test ta 'immaġni

    10.4.6.   Stop-watch ta' preċiżjoni sa 0,5 sek.

    10.4.7.   L-armarju tal-ventilazzjoni għall-kimiċi perikolużi

    Il-kamra tal-kombustjoni tista' titqiegħed f'tagħqida flimkien ta' armarju tal-ventilazzjoni sakemm il-volum intern ta' dan tal-aħħar ikun mill-inqas 20 darba, iżda mhux aktar minn 110 drabi, akbar mill-volum tal-kamra tal-ħruq u sakemm l-ebda qies waħdieni tal-għoli, tal-wisa', jew tat-tul tal-armarju tal-ventilazzjoni ma jkun akbar minn 21/2,5 darbiet il-wieħed jew l-ieħor miż-żewġ qisien l-oħra.

    Qabel it-test, għandha titkejjel il-veloċità vertikali tal-arja minn ġol-fume cupboard, 100 mm ’il quddiem minn u fuq in-naħa ta' wara mill-aħħar post tal-kompartiment tal-ħruq. Għandha tkun bejn iż-0.10 u ż-0.30 m/s sabiex jiġi evitat kull skomdu possibbli lill-operatur mill-prodotti li jinħarqu. Huwa possibbli li tintuża vetrina li hi mgħammra b’ventrilatur għall-estrazzjoni tal-arja b’ventilazzjoni naturali u veloċità tal-arja xieqa.

    10.5.   Kampjuni

    10.5.1.   Il-forma u d-dimensjonijiet

    Il-forma u d-dimensjonijiet tal-kampjuni jingħataw fil-Figura 20. Il-ħxuna tal-kampjun tikkorrispondi għall-ħxuna tal-prodott li se jiġi ttestjat. Ma tridx tkun aktar minn 13 mm. Meta t-teħid tal-kampjuni jippermetti dan, il-kampjun għandu jkollu sezzjoni kostanti matul it-tul kollu tiegħu. Meta l-forma u d-dimensjonijiet ta' prodott ma jippermettux it-teħid ta' kampjun tad-daqs imsemmi, iridu jiġu osservati d-dimensjonijiet minimi li ġejjin:

    (a)

    Għal kampjuni li għandhom wisa’ ta’ 3 sa 60 mm, it-tul irid ikun ta’ 356 mm. F’dan il-każ il-materjal jiġi ttestjat fuq il-wisa’ tal-prodott;

    (b)

    Għal kampjuni li jkollhom wisa’ta' 60 sa 100 mm, it-tul għandu jkun għallinqas 138 mm. F’dan il-każ il-potenzjal tad-distanza tal-ħruq tikkorrespondi għat-tul tal-kampjun, il-kejl jibda mill-ewwel punt ta' kejl.

    (c)

    Kampjuni b’wisa’ ta’ inqas minn 60 mm u tul ta’ inqas minn 356 mm, kampjuni ta’ wisa’ ta’ 60 sa 100 mm u tul ta’ inqas minn 138 mm, ma jistgħux jiġu ttestjati skont il-metodu preżenti, u lanqas ma jistgħu jiġu ttestjati kampjuni ta’ wisa’ inqas minn 3 mm.

    Figura 20

    Kampjun

    Image

    Test ta 'immaġni

    10.5.2.   Teħid ta’ kampjuni

    Għandhom jittieħdu mill-inqas ħames kampjuni mill-materjal li jkun għaddej mit-test. Fil-materjali li jkollhom rati ta' ħruq li jkunu differenti skont id-direzzjoni tal-materjal (dan jiġi stabbilit mit-testijiet preliminari) il-ħames kampjuni (jew aktar) għandhom jittieħdu u jitqiegħdu fl-apparat tat-test b'tali mod illi titkejjel l-ogħla rata tal-ħruq.

    Meta l-materjal jiġi fornut f’wisgħat stabbiliti għandu jinqata’ tul ta' mill-inqas 500 mm li jkopri l-wisa’ kollu. Mill-biċċa li tinqata’ b'dan il-mod, il-kampjuni jridu jittieħdu f’mhux inqas minn 100 mm mit-tarf tal-materjali u f’punti ekwidistanti minn xulxin.

    Il-kampjuni għandhom jittieħdu bl-istess mod minn prodotti lesti meta l-għamla tal-prodott tippermetti dan. Jekk il-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din għandha titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat fuq in-naħa li ma tħarisx lejn il-kompartiment tal-passiġġieri.

    Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 10.2.2) għandhom jiġu ttestjati daqs li kieku kienu omoġenji.

    Fil-każ ta' materjali magħmulin minn saffi fuq xulxin ta' kompożizjoni differenti li ma humiex materjali komposti, is-saffi kollha inklużi f’fond ta' 13 mm mill-wiċċ li jkun iħares lejn il-kompartament tal-passiġġier għandhom jiġu ittestjati individwalment.

    10.5.3.   L-ikkondizzjonar

    Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa iżda mhux iktar minn 7 ijiem f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

    10.6.   Proċedura

    10.6.1.   Qiegħed il-kampjuni bl-uċuħ pilużi jew ittrapuntati tagħhom fuq wiċċ ċatt, u omxot għal darbtejn kontra l-pil bl-użu tal-moxt (ara l-paragrafu 10.4.5).

    10.6.2.   Poġġi l-kampjun ġol-kontenitur tal-kampjun (paragrafu 10.4.2) sabiex in-naħa l-esposta tħares l-isfel, lejn il-fjamma.

    10.6.3.   Aġġusta l-fjamma tal-gass għal għoli ta’ 38 mm permezz tal-marka fil-kompartiment, bit-tagħmir għad-dħul tal-arja ġol-berner magħluq. Il-fjamma tan-nar għandha taqbad għal mill-inqas minuta, sabiex tiġi stabilizzata, qabel jibda l-ewwel test.

    10.6.4.   Imbotta l-kontenitur tal-kampjun ġol-kompartiment tal-kombustjoni sabiex it-tarf tal-kampjun jiġi espost għall-fjamma, u wara 15-il sekonda aqtal-fluss tal-gass.

    10.6.5.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jibda fil-mument meta s-sieq tal-fjamma taqbeż l-ewwel punt tal-kejl. Osserva t-tixrid tal-fjamma fil-ġenb (ta’ fuq jew ta’ taħt) li tinħaraq aktar malajr.

    10.6.6.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jitlesta meta l-fjamma tkun waslet fl-aħħar punt tal-kejl jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tasal sa dak il-punt. Jekk il-fjamma ma tilħaqx l-aħħar punt tal-kejl, kejjel id-distanza l-maħruqa sal-punt fejn il-fjamma tkun intfiet. Id-distanza tal-ħruq hija l-parti mill-kampjun li nqerdet, fil-wiċċ jew ġewwa, permezz tal-ħruq.

    10.6.7.   Jekk il-kampjun ma jaqbadx jew ma jkomplix jaqbad wara li tkun intefa l-burner, jew il-fjamma ma tintefiex qabel ma tilħaq l-ewwel punt ta' kejl, sabiex ma jitkejjel l-ebda ħin tal-ħruq, fir-rapport tat-test ikteb li l-ħruq huwa ta' 0 mm/minuta.

    10.6.8.   Meta tkun se twettaq serje ta' testijiet jew tirrepeti xi testijiet, kun żgur qabel ma tibda test li t-temperatura tal-kompartiment tal-kombustjoni u tal-kontenitur tal-kampjun ma taqbiżx it-30° C.

    10.7.   Kalkolu

    Ir-rata ta' ħruq, B, f’millimetri kull minuta, hija mogħtija permezz tal-formola:

    Formula;

    fejn:

     

    S hija d-distanza l-maħruqa, f’millimetri,

     

    T huwa l-ħin, f’sekondi, li jittieħed sabiex tinħaraq id-distanza s.

    10.8.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    10.9.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    10.9.1.   Il-ħġieġ tas-sikurezza miksi bil-materjal tal-plastik (il-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament) u l-ħġieġ-plastik (il-paragrafu 2.5 ta' dan ir-Regolament) għandu jitqies bħala sodisfaċenti mill-perspettiva tat-test tar-reżistenza għan-nar jekk ir-rata tal-ħruq ma taqbiżx il-90 mm/min.

    10.9.2   Il-ħġieġ tal-plastik riġidu (il-paragrafu 2.6.1 ta' dan ir-Regolament), il-ħġieġ tal-plastik flessibbli (il-paragrafu 2.6.2 ta' dan ir-Regolament) u l-unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti mill-perspettiva tat-test tar-reżistenza għan-nar jekk ir-rata tal-ħruq ma taqbiżx 110 mm/min.

    11.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BRIX

    11.1.   Kimiċi użati għat-test

    11.1.1.   Soluzzjoni tas-sapun li ma tobroxx: 1 fil-mija skont il-piż ta' potassium oleate f’ilma dejonizzat;

    11.1.2.   Soluzzjoni tat-tindif tat-twieqi: soluzzjoni milwiema ta' isopropanol u dipropylene glycol monomethyl ether f’konċentrazzjoni ta' bejn 5 u 10 fil-mija skont il-piż kull wieħed u idrossidu tal-ammonju f’konċentrazzjoni bejn 1 u 5 fil-mija skont il-piż;

    11.1.3.   Alkoħol denaturat mhux imħallat bl-ilma: parti waħda skont il-volum ta’ alkoħol metiliku f’10 partijiet skont il-volum ta’ alkoħol etiliku.

    11.1.4.   Petrol jew petrol ta’ referenza ekwivalenti: taħlita ta’ 50 fil-mija skont il-volum ta’ toluwen, 30 fil-mija skont il-volum ta’ 2,2,4-trimetilpentan, 15 fil-mija skont il-volum ta’ 2,4,4-trimetil-1-pentan u 5 fil-mija skont il-volum ta’ etil alkoħol:

    N.B. Il-kompożizzjoni tal-petrol li jintuża għandha tiġi rrekordjata fir-rapport tat-test;

    11.1.5.   Kerosin ta’ referenza: taħlita ta' 50 fil-mija skont il-volum ta' n-octane u 50 fil-mija skont il-volum ta' n-decane.

    11.2.   Metodu tal-ittestjar

    11.2.1.   Test tal-immersjoni

    Għandhom jiġu ttestjati erba' kampjuni ta' 180 mm × 25 mm għal kull test u għal kull sustanza kimika speċifikata fil-paragrafu 11.1. hawn fuq, billi tintuża biċċa tat-test ġdida għal kull test u għal kull prodott tat-tindif.

    Qabel kull test, il-kampjuni għandhom jitnaddfu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, imbagħad jiġu kkundizzjonati għal 48 siegħa f’temperatura ta' 23°C ± 2°C u umdità relattiva ta' 50 fil-mija ± 5 fil-mija. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinżammu matul it-testijiet kollha.

    Il-kampjuni għandhom jiġu mgħaddsa kompletament fil-likwidu tat-test u għandhom jinżammu għal minuta, imbagħad jitneħħew u jitnixxfu minnufih b'ċarruta nadifa assorbenti tal-qoton.

    11.2.2.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Kulur tas-saff intermedju jew tal-kisi tal-plastik

    2

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħrajn ma humiex involuti.

    11.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    11.2.3.1.   It-test tar-reżistenza għas-sustanzi kimiċi għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk il-kampjun ma juri l-ebda trattib, viskożità, xegħir jew telf apparenti tat-trasparenza.

    11.2.3.2.   Sett ta’ kampjuni għandu jitqies bħala sodisfaċenti fir-rigward tat-test tar-reżistenza għal aġenti kimiċi jekk mill-inqas tlieta mill-erba’ testijiet imwettqa b’kull kimika jkun ta riżultat sodisfaċenti.

    11.2.4.   Proċedura tat-test taħt tagħbija

    11.2.4.1.   Il-kampjun għandu jiġi sempliċement appoġġjat bħala driegħ livell orizzontali bejn appoġġ f’tarf fiss fuq naħa waħd b'mod li l-wisa’ kollu jistrieħ fuq tastatur (fulkru) li jkun 51 mm mill-appoġġ fit-tarf fiss. Għandha tiddendel tagħbija mit-tarf fiss tal-kampjun tat-test f’distanza ta' 102 mm mill-fulkru kif muri fil-Figura 21 hawn taħt:

    Figura 21

    Metodu ta' arranġament tal-kampjun

    Image

    Test ta 'immaġni

    11.2.4.2.   Il-massa tat-tagħbija għandha tkun 28,7 t2 g fejn t hija l-ħxuna f’mm tal-kampjun għat-test. Il-pressjoni li tirriżulta fuq il-fibra ta' barra tal-kampjun hija madwar 6,9 MPa.

    Eżempju:

    Għal kampjun bi ħxuna ta' 3 mm imqiegħed b'mod orizzontali bejn xifer fiss ’l isfel u xifer ta' fulkru ’l fuq separati minn 51 m, it-tagħbija ’l isfel applikata f’102 mm mill-fulkru għandha tkun 258 g.

    11.2.4.3.   Waqt li jingħafas il-kampjun, waħda mill-kimiċi preskritti għandha tiġi applikata fuq is-superfiċe ta' fuq tal-kampjun fuq il-punt tal-fulkru. Il-kimika għandha tiġi applikata b'pinzell artab, wiesa’ 13 mm, li jiġi mxarrab qabel kull passata. Ikunu meħtieġa għaxar passati individwali f’intervalli ta' 1 s tul il-wisa’ tal-kampjun, filwaqt li jiġu evitati t-tarf u x-xfar (ara l-Figura 22).

    Figura 22

    Metodu ta' applikazzjoni tal-kimiċi fuq il-kampjun

    Image

    Test ta 'immaġni

    11.2.5.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

     

    Bla kulur

    Mogħti kulur ħafif

    Il-kulur tal-plastik kisi jew ħġieġ tal-plastik

    1

    2

    Il-karatteristiċi sekondarji l-oħrajn ma humiex involuti.

    11.2.6.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    11.2.6.1.   It-test tar-reżistenza għas-sustanzi kimiċi għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk il-kampjun ma juri l-ebda trattib, viskożità, xegħir jew telf apparenti tat-trasparenza.

    11.2.6.2.   Sett ta' kampjuni għandu jitqies bħala sodisfaċenti fir-rigward tat-test tar-reżistenza għas-sustanzi kimiċi jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    11.2.6.2.1.

    It-testijiet kollha taw riżultat sodisfaċenti;

    11.2.6.2.2.

    Wara li test wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' kampjuni tagħti riżultati sodisfaċenti.

    12.   IT-TEST TAL-FLESSIBBILTÀ U T-TEST TAL-LIWI

    12.1.   Ambitu

    B’dan it-test irid jinstab jekk tip ta' plastik għandux jiġi kklassifikat fil-kategoriji ta' plastik riġidu jew flessibbli.

    12.2.   Metodu tal-ittestjar

    Mill-materjal tal-ħxuna nominali jinqata’ kampjun rettangolari ċatt b'tul ta' 300 mm u wisa’ ta' 23 mm u jiġi kklampjat b'mod orizzontali f’apparat għall-ikklampjar b'mod li 275 mm mit-tul tal-kampjun jestendu b'mod ħieles fuq l-apparat ta' żamma. Dan it-tarf ħieles għandu jkun appoġġat b'mod orizzontali minn apparat xieraq sakemm jibda t-test. Sittin sekonda wara t-tneħħija ta' dan l-appoġġ, id-devjazzjoni vertikali tat-tarf ħieles tiġi indikata f’mm. Jekk din id-devjazzjoni taqbeż il-50 mm, wara jsir test tat-tiwi ta' 180°. Il-kampjun jintewa b'mod konċiż, wara jintewa madwar biċċa pjanċa ħoxra 0,5 mm b'mod li jmissha b'mod issikkat miż-żewġ naħat.

    12.3.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

    It-Temperatura: 20 °C ±2 °C

    Umdità relattiva: 60 ± 5 fil-mija

    12.4.   Rekwiżiti

    Id-devjazzjoni vertikali trid tkun aktar minn 50 mm għall-plastik flessibbli, u 10 sekondi wara liwi ta' 180°, il-materjal ma jrid juri l-ebda ħsara qisha ksur fil-punt tal-qfil (ara l-figura 23).

    13.   It-test tas-sega

    13.1   Ambitu

    Dan it-test jagħti metodu sempliċi biex tiġi stabbilita l-aderenza tal-kisi mas-subsuperfiċe. Jistgħu jiġu evalwati l-fraġilità u karatteristii oħra tas-saħħa.

    13.2.   Apparat

    Għodda tal-qtugħ b'6 ixfafar imqiegħda 1 minn xulxin. Lenti bi tkabbir ta' 2 x biex jiġi eżaminat il-kampjun tas-sega (ara l-Figura 24).

    Figura 23

    L-arranġament tat-test tal-flessibbiltà

    Image

    Figura 24

    Għodda b'sitt xfafar

    Image

    13.3.   Il-Metodu tat-Test

    Aqta’ minn ġol-kisi għal fuq is-subsuperfiċe mudell b’6 qatgħat u ieħor perpendikulari miegħu sabiex tinħoloq gradilja b’25 kaxxa (qatgħa gradilja).

    L-għodda tal-qtugħ għandha titmexxa b’veloċità ta’ 2 sa 5 cm/s sabiex il-qatgħat jilħqu s-sottosuperfiċe iżda ma jippenetrawx fil-fond ħafna.

    Il-qtugħ isir b’mod li ż-żewġt irjus prinċipali fix-xifer tal-apparat imissu s-superfiċe b’mod uniformi. Wara t-test, il-qatgħat jiġu eżaminati b’lenti sabiex jiġi ċċekkjat li jilħqu s-sottosuperfiċe. It-test isir mill-anqas f’żewġ pożizzjonijiet differenti tal-kampjun. Wara li jsiru l-qatgħat, huma jiġu mfarfra 5 darbiet bi pressjoni ħafifa fiż-żewġ direzzjonijiet dijagonali bi xkupilja tal-idejn b'lanżit tal-poliamid.

    13.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Il-qatgħat gradilja huma eżaminati b'lenti. Jekk ix-xfar maqtugħin jkunu perfettament lixxi u jekk l-ebda parti mill-kisi ma tkun distakkata, f’dak il-każ hija tingħata valur tas-sega ta' Gt0. Jekk ikun hemm frammenti żgħar distakkati fl-intersezzjoni tal-qatgħat u jekk l-erja esposta tammonta għal madwar 5 fil-mija tal-gradilja, il-valur tal-qatgħa jkun Gt1.

    Erjas akbar ta' stakkament jingħataw grad fil-medda ta' Gt2 sa Gt5.

    Grad tal-valur tal-qatgħa

    Erja esposta tal-erja tal-gradilja

    Gt2

    bejn 5 u 15 fil-mija

    Gt3

    bejn 15 u 35 fil-mija

    Gt4

    bejn 35 u 65 fil-mija

    Gt5

    iktar minn 65 fil-mija


    (1)  Strument xieraq li jobrox jigi provdut minn Teledyne Taber (L-Istati Uniti tal-Amerika).

    (2)  Roti li joborxu xierqa jistghu jinkisbu minn Teledyne Taber (L-Istati Uniti tal-Amerika).

    (3)  Bħal Atlas Ci Series, Heraeus Xenotest Series, jew Suga WEL-X Series.

    (4)  Bħal Corning 7740 Pyrex jew Heraeus Suprax.

    (5)  L-ultravjola totali hija kkunsidrata r-radjazzjoni kollha bi frekwenza ta' inqas minn 400 nm.

    (6)  Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni

    (7)  Hekk kif definiti fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni miġbura dwar il-manifattura tal-vetturi (R.E.3) (dokument TANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.2).


    ANNESS 4

    WINDSKRIJNS TAL-ĦĠIEĠ IMSAĦĦAĦ

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Il-windskrijns tal-ħġieġ imwebbes għandhom jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk jiddifferixxu f'mill-inqas waħda mill-karattestiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.

    Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks;

    1.1.2.

    Il-forma u d-dimensjonijiet.

    Windskrijns tal-ħġieġ imwebbes jiġu kkunsidrati li jappartjenu għal grupp wieħed jew ieħor minn żewġ gruppi għall-finijiet tat-testijiet tal-frammentazzjoni u tal-karatteristiċi mekkaniċi, jiġifieri:

    1.1.2.1.

    Windskrijns ċatti, u

    1.1.2.2.

    Windskrijns ġejjin għat-tond.

    1.1.3.

    Il-kategorija tal-ħxuna fi li fiha tinsab il-ħxuna nominali “e”, (tiġi permessa tolleranza tal-manifattura ta' ± 0,2 mm):

    Kategorija I

    e ≤ 4,5 mm

    Kategorija II

    4,5 mm < e ≤ 5,5 mm

    Il-Kategorija III

    5,5 mm < e ≤ 6,5 mm

    Kategorija IV

    6,5 mm < e

    1.2.

    Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    in-natura tal-materjal (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja);

    1.2.2.

    kulur (mingħajr kulur jew mogħti kulur ħafif);

    1.2.3.

    l-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-kondutturi;

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   IT-TEST TAL-FRAMMENTAZZJONI

    2.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    2.1.1.

    In-natura tal-materjal biss hija involuta.

    2.1.2.

    Ħġieġ float u ħġieġ tal-folja jiġu kkunsidrati li għandhom l-istess indiċi ta’ diffikultà.

    2.1.3.

    It-testijiet tal-frammentazzjoni jridu jiġu ripetuti mal-bidla minn ħġieġ illustrat (pjanċa) għal ħġieġ float jew ħġieġ tal-folja, u viċe versa.

    2.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Iridu jiġu ttestjati sitt biċċiet tat-test mis-serje tal-iżgħar erja żviluppata u sitt kampjuni mis-serje tal-ikbar erja żviluppata, magħżula kif preskritt fl-Anness 13.

    2.3.   Żoni differenti ta’ ħġieġ

    Windskrijn tal-ħġieġ imwebbes irid jinkludi żewġ żoni ewlenin, FI u FII. Jista’ jinkludi wkoll żona intermedjarja, FIII. Dawn iż-żoni huma definiti hawn isfel:

    2.3.1.

    Iż-żona FI

    :

    Żona periferali ta’ frammentazzjoni fina, ta’ wisa’ ta’ mill-inqas 7 cm, mad-dawra kollha tat-tarf tal-windskrijn u li tinkludi strixxa fuq barra ta’ wisa’ ta’ 2 cm li ma tiġix suġġetta għall-valutazzjoni;

    2.3.2.

    Iż-żona FII

    :

    Żona ta’ viżibbiltà ta’ frammentazzjoni li tvarja, li dejjem tinkludi parti rettangolari b’għoli ta’ mill-inqas 20 cm u tul ta’ mill-inqas 50 cm.

    2.3.2.1.

    Għall-vetturi tal-kategorija M1, iċ-ċentru tar-rettangolu għandu jkun ċirku li jkollu radju ta' 10 cm fuq il-projezzjoni ta' nofs is-segment V1-V2.

    2.3.2.2.

    Għall-vetturi tal-kategoriji M u N ħlief M1, iċ-ċentru tar-rettangolu għandu jkun ċirku li jkollu radju ta' 10 cm iċċentrat fuq il-projezzjoni tal-punt 0;

    2.3.2.3.

    Għat-tratturi agrikoli u forestali u għall-vetturi tas-sit tal-kostruzzjoni, il-pożizzjoni taż-żona tal-viżibilità għandha tiġi indikata fir-rapport tat-test.

    2.3.2.4.

    L-għoli tar-rettangolu ta' fuq jista' jitnaqqas għal 15 cm għal windskrijns li għandhom għoli ta' inqas minn 44 cm;

    2.3.3.

    Iż-żona FIII

    :

    Żona intermedjarja, ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 5 cm, bejn iż-żoni FI u FII.

    2.4.   Metodu tal-ittestjar

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 1.

    2.5.   Il-punti tal-impatt (ara l-Anness 17 u l-Figura 2).

    2.5.1.

    Il-punti tal-impatt jintgħażlu kif ġej:

    Punt 1

    :

    fil-parti ċentrali taż-żona FII f’erja ta’ stress għoli jew baxx,

    Punt 2

    :

    fiż-żona FIII, kemm jista’ jkun viċin tal-pjan vertikali ta’ simmetrija ta’ żona FII,

    Punti 3 u 3'

    :

    3 cm mit-truf ta’ medjan wieħed tal-biċċa tat-test; fejn ikun hemm marka tat-tong, wieħed mill-punti tal-ksur irid ikun ħdejn it-tarf li jkollu l-marka tat-tong u l-ieħor ħdejn it-tarf l-oppost,

    Punt 4

    :

    fil-post fejn ir-raġġ tal-kurvatura huwa l-iżgħar fuq l-itwal medjan,

    Punt 5

    :

    3 cm mit-tarf tal-biċċa tat-test fil-post fejn ir-raġġ tal-kurvatura tat-tarf huwa l-iżgħar, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin.

    2.5.2.

    Għandu jitwettaq test tal-frammentazzjoni f'kull wieħed mill-punti 1, 2, 3, 3′, 4 u 5.

    2.6.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    2.6.1.

    Test jitqies bħala li jagħti riżultat sodisfaċenti jekk il-frammentazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha mogħtija fil-paragrafi 2.6.1.1, 2.6.1.2 u 2.6.1..3 hawn taħt.

    2.6.1.1.

    Iż-żona FI:

    2.6.1.1.1.

    In-numru ta’ frammenti f’kull forma kwadra ta’ 5 cm × 5 cm mhuwiex inqas minn 40 jew aktar minn 350; madankollu, fil-każ ta’ għadd ta’ inqas minn 40, jekk in-numru ta’ frammenti f’ xi forma kwadra 10 cm × 10 cm li tinkludi l-forma kwadra ta’ 5 cm × 5 cm mhuwiex inqas minn 160, dan għandu jkun inaċċettabbli.

    2.6.1.1.2.

    Għall-finijiet tar-regola msemmija hawn fuq, il-framment li jestendi tul naħa ta' forma kwadra għandu jgħodd bħala nofs framment.

    2.6.1.1.3.

    Il-frammentazzjoni ma għandhiex tiġi vverifikata fi strixxa b'wisa' ta' 2cm madwar it-tarf tal-kampjuni, fejn din l-istrixxa tirrappreżenta l-frejm tal-ħġieġa, lanqas f'raġġ ta' mhux aktar minn 7.5 cm mill-punt tal-impatt.

    2.6.1.1.4.

    Huwa permess massimu ta' tliet frammenti ta' erja ta' aktar minn 3 cm2. L-ebda tnejn minn dawn il-frammenti ma jistgħu jiġu inklużi fl-istess ċirku ta' dijametru ta' mhux iktar minn 10 cm.

    2.6.1.1.5.

    Frammenti elongati jistgħu jiġu permessi sakemm it-truf tagħhom mhumiex f'forma ta' sikkina u t-tul tagħhom ma jaqbiżx is-7.5 cm, minbarra fil-każ ipprovdut fil-paragrafu 2.6.2.2. hawn taħt. Jekk dawn il-frammenti elongati jestendu sat-tarf tal-ħġieġa, ma jridux jifformaw angolu ta’ aktar minn 45° magħha.

    2.6.1.2

    Iż-żona FII:

    2.6.1.2.1.

    Il-viżibbiltà residwali wara li windskrijn jitfarrak għandha tiġi vverifikata fl-erja rettangolari definita fil-paragrafu 2.3.2. F’dak ir-rettangolu l-erja tas-superfiċje aggregata tal-frammenti ta’ aktar minn 2 cm2 trid tirrappreżenta mhux inqas minn 15 fil-mija tal-erja tar-rettangolu; madankollu, fil-każ ta’ windskrijns ta’ għoli ta’ inqas minn 44 cm, jew li l-angolu tal-istallazzjoni tagħhom huwa inqas minn 15° mill-vertikali, il-persentaġġ tal-viżibbiltà għandha mill-inqas tkun ugwali għal mill-inqas 10 fil-mija tal-wiċċ tar-rettangolu korrispondenti.

    2.6.1.2.2.

    L-ebda framment ma jista' kollu erja ta' iktar minn 16 cm2 minbarra fil-każ li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2.6.2.2 taħt.

    2.6.1.2.3.

    F'raġġ ta' mhux aktar minn 10 cm mill-punt tal-impatt, iżda f'dik il-parti taċ-ċirku biss li hija inkluża fiż-Żona FII, huma permessi tliet frammenti b'erja ta' aktar minn 16 cm + iżda inqas minn 25 cm2.

    2.6.1.2.4.

    Il-frammenti jridu jkunu ta' forma sostanzjalment regolari u ħielsa minn punti tat-tip deskritti fil-paragrafu 2.6.1.2.4.1 taħt. Madankollu, mhux aktar minn 10 frammenti regolari huma permessi fi kwalunkwe rettangolu ta' dimensjonijiet 50 × 20 cm u mhux aktar minn 25 tul il-wiċċ sħiħ tal-windskrijn.

    L-ebda framment ma għandu jippreżenta punt ta' tul ta' aktar minn 35 mm imkejjel skont il-paragrafu 2.6.1.2.4.1 taħt.

    2.6.1.2.4.1.

    Framment għandu jitqies bħala framment irregolari jekk ma jkunx jista' jiddaħħal f'ċirku ta' dijametru ta' 40 mm, jekk ikollu għallinqas punt wieħed itwal minn 15 mm meta jitkejjel min-naħa ta' fuq tal-punt sas-sezzjoni li l-wisa' tagħha hija ugwali għall-ħxuna tal-glejżing, u jekk ikollu punt wieħed jew aktar li għandu l-angolu ta' fuq iżgħar minn 40°.

    2.6.1.2.5.

    Frammenti ta' forma elongata għandhom ikunu permessi fiż-Żona FII kollha, sakemm ma jkollhomx tul ta' aktar minn 10 cm, minbarra fil-każ ipprovvdut fil-paragrafu 2.6.2.2 taħt.

    2.6.1.3.

    Iż-żona FIII

    Il-frammentazzjoni f'din iż-żona għandu jkollha karatteristiċi intermedjarji bejn dawk tal-frammenti rispettivament permessi għaż-żewġ żoni ġirien tagħha (FI u FII).

    2.6.2.

    Windskrijn sottomess għall-approvazzjoni għandu jitqies bħala sodisfaċenti mil-lat tal-frammentazzjoni jekk tiġi ssodisfata għallinqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    2.6.2.1.

    Meta t-testijiet kollha mwettqa permezz tal-punti tal-impatt definiti fil-paragrafu 2.5.1 fuq ikunu taw riżultat sodisfaċenti;

    2.6.2.2.

    Meta test wieħed fost dawk imwettqa permezz tal-punti tal-impatt preskritti fil-paragrafu 2.5.1 ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, filwaqt li jitqiesu d-devjazzjonijiet li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:

    Iż-żona FI

    :

    mhux aktar minn ħames frammenti b’tul ta’ bejn 7,5 u 15 cm,

    Iż-żona FII

    :

    mhux aktar minn tliet frammenti b’ erja 16 u 20 cm2 li jinsabu barra mill-anella li għandha raġġ ta’ 10 cm fuq il-punt tal-impatt;

    Iż-żona FIII

    :

    mhux aktar minn erba’ frammenti b’tul bejn 10 u 17,5 cm

    u jiġi ripetut fuq kampjun ġdid, li jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.6.1 jew jippreżenta devjazzjonijiet fil-limiti speċifikati hawn fuq.

    2.6.2.3.

    Meta żewġ testijiet fost it-testijiet kollha mwettqa permezz tal-punti tal-impatt preskritti fil-paragrafu 2.5.1 ikunu taw riżultat mhux sodisfaċenti għad-devjazzjonijiet li ma jaqbżux il-limiti speċifikati fil-paragrafu 2.6.2.2, u serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' kampjuni tikkonforma mar-rekwiżiti ta' paragrafu 2.6.1, jew mhux aktar minn żewġ kampjuni tas-sett il-ġdid jippreżentaw devjazzjonijiet fil-limiti speċifikati hawn fuq tal-paragrafu 2.6.2.2.

    2.6.3.

    Jekk jinstabu d-devjazzjonijiet hawn fuq imsemmija, huma għandhom jiġu nnotati fir-rapport tat-test u r-reġistrazzjoni(jiet) tax-xejra tal-frammentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-windskrijn għandhom jiġu mehmuża mar-rapport.

    3.   IT-TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    3.2.1.

    Għal kull grupp ta' windskrijns tal-ħġieġ imwebbes, għandhom jiġu soġġetti għall-ittestjar, erba' biċċiet tat-test li għandhom bejn wieħed u ieħor l-iżgħar erja żviluppata u erba' biċċiet tat-test li għandhom bejn wieħed u ieħor l-ikbar erja żviluppata, fejn it-tmien kampjuni jkunu tal-istess tipi bħal dawk magħżula għat-testijiet tal-frammentazzjoni (ara l-paragrafu 2.2 fuq).

    3.2.2.

    Alternattivament, fid-diskrezzjoni tal-laboratorji li qed iwettaq it-testijiet, għal kull kategorija ta’ ħxuna tal-windskrijn, jiġu suġġetti għall-ittestjar sitt biċċiet tat-test bid-dimensjoni (1 100 × 500 mm) ± 5/2 mm.

    3.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 3.1.

    3.3.2.

    L-għoli tal-waqgħa għandu jkun 1,5 m ± 0/5 mm

    3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    3.4.1.

    Test jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jinkiser il-windskrijn jew il-biċċa tat-test.

    3.4.2.

    Sett ta' biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jiqiesu sodisfaċenti mil-lat tat-test tal-forma tar-ras jekk tkun ġiet sodisfatta waħda jew l-oħra miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    3.4.2.1.

    It-testijiet kollha taw riżultat sodisfaċenti;

    3.4.2.2.

    Wara li test ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tkun tat riżultati sodisfaċenti.

    4.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalitajiet ottiċi stabbiliti fl-Anness 3, il-paragrafu 9, għandhom japplikaw għal kull tip ta' windskrijn.


    ANNESS 5

    ĦĠIĠIET IMWEBBSA B 'MOD UNIFORMI  (*)

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Ħġieġ imwebbes b'mod uniformi jitqies bħala li jappartjeni għal tipi differenti jekk ikun differenti f'għallinqas waħda mill-karatteristiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.   Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks;

    1.1.2.

    In-natura tal-proċess tat-tisħiħ (termali jew kimiku);

    1.1.3.

    Il-kategorija tal-forma; jiġu distingwiti żewġ kategoriji:

    1.1.3.1.

    Ħġieġ ċatt,

    1.1.3.2.

    Ħġiġiet ċatti u għat-tond.

    1.1.4.

    Il-kategorija tal-ħxuna li fiha tinsab il-ħxuna nominali “e”, (tiġi permessa tolleranza tal-manifattura ta' ± 0,2 mm):

    Kategorija I

    e ≤ 3,5 mm

    Kategorija II

    3,5 mm < e ≤ 4,5 mm

    Kategorija III

    4,5 mm < e ≤ 6,5 mm

    Kategorija IV

    6,5 mm < e

    1.2.   Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    in-natura tal-materjal (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja);

    1.2.2.

    kulur (mingħajr kulur jew mogħti kulur ħafif);

    1.2.3.

    l-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-kondutturi.

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   IT-TEST TAL-FRAMMENTAZZJONI

    2.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    Materjal

    L-indiċi tad-diffikultajiet

    Il-Ħġieġ oħxon tal-vetrini

    2

    Ħġieġ float

    1

    Il-Ħġieġ irqiq tal-folja

    1

    L-ebda karatteristriku sekondarju ieħor m’huwa involut.

    2.2.   L-għażla tal-biċċiet tat-test

    2.2.1.   Biċċiet tat-test ta' kull kategorija tal-forma u ta' kull kategorija tal-ħxuna li huma diffiċli li jiġu prodotti għandhom jintgħażlu skont il-kriterji li ġejjin għall-ittestjar:

    2.2.1.1.

    Fil-każ tal-ħġiġiet ċatti, għandhom jiġu fornuti żewġ settijiet ta' biċċiet tat-test, li jikkorrespondu għal:

    2.2.1.1.1.

    L-akbar erja żviluppata,

    2.2.1.1.2.

    L-iżgħar angolu bejn żewġt iġnub li jmissu ma' xulxin.

    2.2.1.2.

    Fil-każ tal-ħġiġiet ċatti u kkurvati, għandhom jiġu fornuti tliet settijiet ta' kampjuni, li jikkorrespondu għal:

    2.2.1.2.1.

    L-akbar erja żviluppata,

    2.2.1.2.2.

    L-iżgħar angolu bejn żewġt iġnub li jmissu ma' xulxin,

    2.2.1.2.3.

    L-akbar għoli tas-segment.

    2.2.2.   It-testijiet li jitwettqu fuq biċċiet tat-test li jikkorrispondu għall-akbar erja, “S”, għandhom jitqiesu bħala li huma applikabbli għal kwalunkwe erja oħra iżgħar minn S + 5 fil-mija.

    2.2.3.   Jekk il-kampjuni sottomessi jippreżentaw angolu γ iżgħar minn 30°, it-testijiet jitqiesu bħala applikabbli għall-ħġieġ kollu li għandu angolu akbar minn γ – 5°.

    Jekk il-kampjuni sottomessi jippreżentaw angolu γ ikbar minn 30°, it-testijiet għandhom jitqiesu bħala applikabbli għall-ħġieġ kollu li għandu angolu ugwali għal jew akbar minn 30°.

    2.2.4.   Jekk l-għoli tas-segment h tal-kampjuni sottomessi huwa ikbar minn 100 mm, it-testijiet għandhom jitqiesu bħala applikabbli għall-ħġieġ kollu prodott li għandu għoli tas-segment iżgħar minn h + 30 mm.

    Jekk l-għoli tas-segment tal-kampjuni sottomessi huwa iżgħar minn jew ugwali għal 100 mm, it-testijiet għandhom jitqiesu bħala applikabbli għall-ħġieġ kollu li għandu għoli tas-segment ta' inqas minn jew ugwali għal 100 mm.

    2.3.   In-numru ta’ biċċiet tat-test kull sett

    In-numru tal-biċċiet tat-test f'kull grupp għandu jkun kif ġej, skont il-kategorija tal-għamla definita fil-paragrafu 1.1.3 ta' hawn fuq:

    It-tip ta’ ħġieġ

    In-numru tal-biċċiet tat-test

    Ċatti

    4

    Ittundjati (raġġ minimu tal-kurvatura ≥ 200 mm)

     

    Ittundjati (raġġ minimu tal-kurvatura < 200 mm)

    8

    2.4.   Metodu tal-ittestjar

    2.4.1.   Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 1.

    2.5.   Il-punti tal-impatt (ara l-Anness 17 u l-Figura 3).

    2.5.1.   Għal ħġieġ ċatt u ħġieġ kkurvat, il-punti tal-impatt irrappreżentati rispettivament fl-Anness 17, il-Figuri 3(a) u 3(b) min-naħa l-waħda, u fl-Anness 17, il-Figura 3(c) min-naħa l-oħra, għandhom ikunu kif ġej:

    Punt 1

    :

    Fiċ-ċentru ġeometriku tal-ħġieġ.

    Punt 2

    :

    Għal ħġiġiet tal-ħġieġ ittundjat li jkollu raġġ minimu tal-kurvatura “r” ta’ inqas minn 200 mm. Il-punt għandu jintgħażel fuq l-akbar medjan f’dik il-parti tal-ħġieġa fejn ir-raġġ ta’ kurvatura jkun l-iżgħar.

    2.5.2.   Erba’ biċċiet tat-test għandhom jiġu ttestjati minn kull punt tal-impatt.

    2.6.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    2.6.1.   It-test għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk it-tifrik jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    2.6.1.1.

    In-numru ta’ frammenti f’kull forma kwadra ta’ 5 × 5 cm mhuwiex inqas minn 40.

    2.6.1.2.

    Għall-finijiet tar-regola msemmija hawn fuq, il-framment li jestendi tul naħa ta' forma kwadra għandu jgħodd bħala nofs framment.

    2.6.1.3.

    Il-frammentazzjoni ma għandhiex tiġi vverifikata fi strixxa b’wisa’ ta’ 2 cm madwar it-tarf tal-kampjuni, fejn din l-istrixxa tirrappreżenta l-frejm tal-ħġieġa; lanqas f’raġġ ta’ mhux aktar minn 7,5 cm mill-punt tal-impatt.

    2.6.1.4.

    Meta l-framment jestendi lil hinn miż-żona eskluża, il-parti tal-framment li taqa' barra miż-żona biss għandha tiġi vvalutata.

    2.6.1.5.

    Frammenti ta' erja ta' aktar minn 3 cm2 mhumiex permessi minbarra fil-partijiet definiti fil-paragarfu 2.6.1.3 fuq.

    2.6.1.6.

    Ebda framment itwal minn 100 mm fit-tul ma għandu jkun permess ħlief fiż-żoni definiti fil-paragrafu 2.6.1.3 hawn fuq bil-kundizzjoni li:

    2.6.1.6.1.

    It-truf tal-framment ma jwasslux għal punt.

    2.6.1.6.2.

    Jekk jestendu sat-tarf tal-ħġieġa ma jiffurmawx angolu ta’ aktar minn 45° magħha,

    2.6.2.   Sett ta’ biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tal-frammentazzjoni jekk mill-inqas tlieta mill-erba’ testijiet imwettqa f’kull wieħed mill-punti tal-impatt preskritti fil-paragrafu 2.5.1 hawn fuq ikunu taw riżultat sodisfaċenti.

    2.6.3.   Jekk jinstabu d-devjazzjonijiet hawn fuq imsemmija, huma għandhom jiġu nnotati fir-rapport tat-test u r-reġistrazzjoni(jiet) permanenti tax-xejra tal-frammentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-ħġieġa għandhom jiġu mehmuża mar-rapport.

    3.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA

    3.1.   It-test b'ballun ta' 227 g.

    3.1.1.   L-indiċijiet tad-diffikultajiet tal-karatteristiċi sekondarji.

    Materjal

    L-indiċi tad-diffikultajiet

    Kulur

    L-indiċi tad-diffikultajiet

    Il-Ħġieġ illustrat

    2

    bla kulur

    1

    Ħġieġ float

    1

    ikkulurit

    2

    Il-Ħġieġ irqiq tal-folja

    1

     

     

    Il-karatteristika sekondarja l-oħra (jiġifieri, l-inkorporazzjoni jew in-nuqqas ta' kondutturi) mhijiex involuta.

    3.1.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Sitt biċċiet tat-test għandhom jiġu soġġetti għal kull kategorija ta' ħxuna kif iddefinit fil-paragrafu 1.1.4 ta' hawn fuq.

    3.1.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.1.3.1.

    Il-metodu tat-test użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, il-paragrafu 2.1.

    3.1.3.2.

    Il-għoli tal-waqgħa (mill-wiċċ ta' isfel tal-ballun sal-wiċċ ta' fuq tal-biċċa tat-test) għandu jkun ta' 2,0 m ± 0/5 mm.

    3.1.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    3.1.4.1.

    It-test għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk mill-inqas ħamsa mill-biċċiet tat-test ma jinkisrux.

    4.   KWALITAJIET OTTIĊI

    4.1.   Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-trażmittanza regolari tad-dawl stabbiliti fl-Anness 3, il-paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal ħġieġ imwebbes b'mod uniformi jew partijiet ta' ħġieġ li jinsabu f'postijiet li huma essenzjali għall-viżibilità tas-sewwieq.

    4.2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9, tal-Anness 3 għandhom japplikaw għal ħġiġiet mill-ħġieġ imwebbes b'mod uniformi li jintużaw bħala windskrijns ta' vetturi jimxu bil-mod li, mill-kostruzzjoni tagħhom, ma jistgħux jaqbżu 40 km/h. Dan ma għandux japplika għal windskrijns ċatti li jaqgħu fi grupp diġà approvat.


    (*)  Din it-tip ta’ ħġieġa mwebbsa b’mod uniformi tista’ tintuża wkoll għall-windskrijns għal vetturi li jimxu bil-mod li, minħabba l-mod kif inhuma mibnijin, ma jistgħux jaqbżu 40 km/h.


    ANNESS 6

    WINDSKRIJNS TAL-ĦĠIEĠ LAMINAT ORDINARJU

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju jitqiesu bħala li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu differenti f' għallinqas waħda mill-karatteristiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.   Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks.

    1.1.2.

    L-għamla u l-qisien,

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju għandhom jitqiesu bħala li jappartjenu għal grupp wieħed għall-finijiet tat-testijiet tal-karatteristiċi mekkaniċi u tar-reżistenza għall-ambjent.

    1.1.3.

    In-numru ta’ saffi tal-ħġieġ,

    1.1.4.

    Il-ħxuna nominali 'e' tal-windskrijn, hija permessa tolleranza tal-manifattura ta' 0,2. n mm ('n' huwa n-numru ta' saffi ta' ħġieġ fil-windskrijn) iżjed jew inqas minn valur nominali,

    1.1.5.

    Il-ħxuna nominali tas-saff jew tas-saffi tan-nofs,

    1.1.6.

    In-natura u t-tip tas-saff jew tas-saffi tan-nofs (per eżempju, saff jew tas-saffi tan-nofs tal-PVB jew ta’ materjal tal-plastik).

    1.2.   Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    In-natura tal-materjal (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja),

    1.2.2.

    Il-kulur (totali jew parzjali) tas-saff jew tas-saffi tan-nofs (bla kulur jew ikkulurit),

    1.2.3.

    Il-kulur tal-ħġieġ (bi jew mingħajr kulur),

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-kondutturi,

    1.2.5.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   ĠENERALI

    2.1.   Fil-każ ta' windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju, għandhom jitwettqu testijiet oħrajn għajr testijiet tal-forma tar-ras (paragrafu 3.2 taħt) u testijiet ta' kwalitajiet ottiċi fuq biċċiet tat-test ċatti li jew jinqatgħu mill-windskrijns attwali jew isiru speċifikament għal dak il-għan. F'kull wieħed miż-żewġ każijiet, il-biċċiet tat-test għandhom minn kull aspett ikunu rappreżentattivi b'mod rigoruż tal-windskrijns prodotti f'serje li għalihom tkun qiegħda tiġi mitluba l-approvazzjoni.

    2.2.   Qabel kull test, il-biċċiet tat-test għandhom jinħażnu għal mhux inqas minn erba’ sigħat f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C. It-testijiet għandhom jitwettqu malajr kemm jista' jkun fuq il-biċċiet tat-test wara li jkunu nħarġu mir-reċipjent li fih ikunu nħażnu.

    3.   TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   It-test tal-forma tar-ras fuq windskrijn komplut

    3.2.1.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu ttestjati erba' biċċiet tat-test mis-serje tal-iżgħar erja żviluppata u erba' kampjuni mis-serje tal-akbar erja żviluppata, magħżula skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 13.

    3.2.2.   Metodu tal-ittestjar

    3.2.2.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 3.1.

    3.2.2.2.

    L-għoli tal-waqgħa għandu jkun 1,5 m ± 0/5 mm

    3.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    3.2.3.1.

    Dan it-test għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    3.2.3.1.1.

    Il-biċċa tat-test tinkiser u jidhru xquq ċirkolari numerużi iċċentrati bejn wieħed u ieħor fil-punt tal-impatt, bix-xquq l-aktar viċin tal-punt tal-impatt ma jkunux aktar minn 80 mm minnu;

    3.2.3.1.2.

    Is-saffi tal-ħġieġ iridu jibqgħu imwaħħla mas-saff tan-nofs tal-materjal tal-plastik. Hija permessa separazzjoni parzjali waħda jew aktar mis-saff tan-nofs b'distanza ta' inqas minn 4 mm bħala wisa', fuq kull naħa tax-xaqq, barra ċirku b'dijametru ta' 60 mm iċċentrat fuq il-punt tal-impatt.

    3.2.3.1.3.

    Fuq in-naħa tal-impatt:

    3.2.3.1.3.1.

    Is-saff tan-nofs ma għandux jitpoġġa għeri fuq erja ta' aktar minn 20 cm2;

    3.2.3.1.3.2.

    Hija permessa tiċrita fis-saff tan-nofs ta' tul mhux itwal minn 35 mm.

    3.2.3.2.

    Sett ta' biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala sodisfaċenti mil-lat tat-test tal-forma tar-ras jekk tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    4.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA

    4.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    4.2.   It-test b'ballun ta' 2 260 g.

    4.2.1.   Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għaxar biċċiet tat-test kwadri b'ġenb ta' 300 mm ± 0/10 mm.

    4.2.2.   Metodu tal-ittestjar

    4.2.2.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.2.

    4.2.2.2.

    Il-għoli tal-waqgħa (mill-wiċċ ta' isfel tal-ballun sal-wiċċ ta' fuq tal-biċċa tat-test) għandu jkun ta' 4 m ± 0/25 mm.

    4.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    4.2.3.1.

    It-test jitqies bħala li jagħti riżultat sodisfaċenti jekk il-ballun ma jgħaddix mill-ħġieġ f'ħames sekondi wara l-mument tal-impatt.

    4.2.3.2.

    Sett ta' biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni jiġu kkunsidrati bħala sodisfaċenti mil-lat tat-test tal-ballun ta' 2 260 g jekk mill-inqas ħdax mit-tnax-il test ikunu taw riżultat sodisfaċenti.

    4.3.   It-test b'ballun ta' 227 g.

    4.3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    4.3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għoxrin biċċiet tat-test kwadri b'ġenb ta' 300 mm ± 0/10 mm.

    4.3.3.   Metodu tal-ittestjar

    4.3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.

    Għaxar biċċiet tat-test għandhom jiġu ttestjati f'temperatura ta' + 40 °C ± 2 °C u għaxra f'temperatura ta' – 20 °C ± 2 °C.

    4.3.3.2.

    L-għoli tal-waqgħa għad-diversi kategoriji ta’ ħxuna u l-massa tal-frammenti li jinqalgħu jingħataw fit-tabella hawn isfel:

     

    + 40 °C ± 2 °C

    – 20 °C ± 2 °C

    Il-ħxuna nominali tal-biċċa tat-test

    (mm)

    L-għoli tal-waqgħa

    (m)

    Il-massa massima permessa tal-frammenti

    (g)

    L-għoli tal-waqgħa

    (m)

    Il-massa massima permessa tal-frammenti

    (g)

    e ≤ 4,5

    9

    12

    8,5

    12

    4,5 < e ≤ 5,5

    9

    15

    8,5

    15

    5,5 < e ≤ 6,5

    9

    20

    8,5

    20

    e > 6,5

    9

    25

    8,5

    25

    4.3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    4.3.4.1.

    It-test għandu jiġi kunsidrat li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Il-ballun ma jgħaddix mill-biċċa tat-test,

    Il-biċċa tat-test ma tinqasamx f'diversi biċċiet,

    Jekk is-saff tan-nofs ma jiċċarratx, il-piż tal-frammenti li jinqalgħu mill-ġenb tal-ħġieġ faċċata tal-punt tal-impatt ma għandux jaqbeż il-valuri xierqa speċifikati fil-paragrafu 4.3.3.2 fuq.

    4.3.4.2.

    Sett ta’ biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test b’ballun ta’ 227 g jekk mill-inqas tmienja mill-għaxar testijiet imwettqa f’kull temperatura, ikunu taw riżultat sodisfaċenti.

    5.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    5.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    5.1.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 4, bit-test jitkompla għal 1 000 ċiklu.

    5.1.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Il-ħġieġa tas-sikurezza għandha tiġi kkunsidrata bħala sodisfaċenti fir-rigward ta' reżistenza għall-brix jekk il-firxa tad-dawl bħala riżultat tal-brix tal-biċċa tat-test ma taqbiżx it-2 fil-mija.

    5.2.   It-test tar-reżistenza għat-temperatura għolja

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 5.

    5.3.   It-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni

    5.3.1.   Rekwiżiti ġenerali

    Dan it-test għandu jsir biss jekk il-laboratorju jqis illi dan ikun utli fid-dawl tat-tagħrif fil-pussess tiegħu li jirrigwarda s-saff tan-nofs.

    5.3.2.   Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.3.

    5.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    6.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalitajiet ottiċi stabbiliti fl-Anness 3, il-paragrafu 9, għandhom japplikaw għal kull tip ta' windskrijn. Dan m'għandux japplika għal windskrijns ċatt li huma parti minn grupp diġà approvat jekk ir-rake angle tkun inqas minn 40° mal-vertikali.


    ANNESS 7

    ĦĠIĠIET LAMINATI

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Ħġiġiet tal-ħġieġ laminat għandu jitqies li jappartjeni għal tipi differenti jekk ikun ivarja f'mill-inqas waħda mill-karatteristiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.   Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks.

    1.1.2.

    Il-kategorija tal-ħxuna tal-ħġieġa li fiha taqa’ l-ħxuna nominali “e”, fejn hija permessa tolleranza ta’ manifattura ta’ ± 0,2 n mm, (fejn “n” hija n-numru ta’ saffi tal-ħġieġ fit-tieqa):

    Kategorija I

    e ≤ 5,5 mm

    Kategorija II

    5,5 mm < e ≤ 6,5 mm

    Il-Kategorija III

    6,5 mm < e

    1.1.3.

    Il-ħxuna nominali tas-saff jew tas-saffi tan-nofs,

    1.1.4.

    In-natura u t-tip tas-saff jew is-saffi tan-nofs, eż. saff jew saffi tan-nofs tal-PVB jew ta’ materjal ieħor tal-plastik;

    1.1.5.

    Kull trattament speċjali li saff wieħed jew aktar mis-saffi tal-ħġieġ ikun għadda minnu.

    1.2.   Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    In-natura tal-materjal (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja),

    1.2.2.

    Il-kulur (totali jew parzjali) tas-saff jew tas-saffi tan-nofs (bla kulur jew ikkulurit),

    1.2.3.

    L-għoti tal-kulur lill-ħġieġ (bi jew mingħajr kulur).

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   ĠENERALI

    2.1.   Fil-każ ta’ ħġiġiet tal-ħġieġ laminat, it-testijiet għandhom isiru fuq biċċiet tat-test ċatti li jew jinqatgħu mill-ħġieġ attwali jew isiru b’mod speċjali. F'kull wieħed miż-żewġ każijiet, il-biċċiet tat-test għandhom, fl-aspetti kollha, jkunu rappreżentattivi b'mod rigoruż tal-ħġieġ li għalihom tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni għall-produzzjoni.

    2.2.   Qabel kull test, il-kampjuni tat-test tal-ħġieġ laminat għandhom jinħażnu għal mhux inqas minn erba’ sigħat f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C. it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-kampjuni tat-test malli l-kampjuni tat-test jinħarġu mir-reċipjent li fih ikun nħażnu.

    2.3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk il-ħġieġ ippreżentat għall-approvazzjoni jkun tal-istess kompożizzjoni bħal windskrijn diġà approvata skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 6 jew tal-Anness 8 jew tal-Anness 9.

    3.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA - TEST B'BALLUN TA' 227 g

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Tmien kampjuni ċatti b’daqs ta’ 300 mm × 300 mm, magħmula apposta jew maqtugħa mill-aktar parti ċatta ta' ħġieġa għandhom jiġu ttestjati

    3.2.1.

    Il-biċċiet tat-test jistgħu alternattivament jkunu prodotti lesti li jistgħu jiġu appoġġjati fuq l-apparat deskritt fil-paragrafi 2.1.1 sa 2.1.1.3 tal-Anness 3.

    3.2.2.

    Jekk il-biċċiet tat-test ikunu ttundjati, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat kuntatt adegwat mal-appoġġ.

    3.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.

    3.3.2.

    L-għoli tal-waqgħa mill-wiċċ ta' isfel tal-ballun sal-wiċċ ta' fuq tal-biċċa tat-test jew il-kampjun għandu jkun ta' 9 m ± 0/25 mm.

    3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    3.4.1.

    It-test għandu jiġi kunsidrat li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-ballun ma jgħaddix mill-biċċa tat-test;

    (b)

    Il-laminat ma jinqasamx f'diversi biċċiet;

    (c)

    Fil-punt eżatt faċċata tal-punt tal-impatt, frak żgħir tal-ħġieġ jistgħu jitilqu l-kampjun, iżda ż-żona żgħira affettwata b'dan il-mod għandha tesponi inqas minn 645 mm2 ta’ tisħiħ jew materjal ta' tisħiħ, u l-wiċċ għandu dejjem ikun kopert sew b’partikuli żgħar ta’ ħġieġ li jaderixxi b’mod strett. Is-separazzjoni totali tal-ħġieġ mill-materjal tar-rinfurzar jew it-tisħiħ ma għandhiex taqbeż il-1 935 mm2 fuq kull naħa. It-tkissir tal-wiċċ tal-ħġieġ ta’ barra faċċata tal-punt tal-impatt u ħdejn iż-żona tal-impatt m’għandux jitqies bħala nuqqas.

    3.4.2.

    Sett ta’ biċċiet tat-test sottomess għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test tas-saħħa mekkanika jekk mill-inqas sitta minn tmien testijiet ikunu taw riżultat sodisfaċenti.

    4.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    4.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    4.1.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 4, bit-test jitkompla għal 1 000 ċiklu.

    4.1.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Il-ħġieġa tas-sikurezza tiġi kunsidrata bħala sodisfaċenti mil-lat tar-reżistenza għall-brix jekk il-firxa tad-dawl bħala riżultat tal-brix tal-biċċa tat-test ma taqbiżx it-2 fil-mija.

    4.2.   It-test tar-reżistenza għat-temperatura għolja

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 5.

    4.3.   It-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni

    4.3.1.   Rekwiżiti ġenerali

    Dan it-test għandu jsir biss jekk il-laboratorju jqis illi dan ikun utli fid-dawl tat-tagħrif fil-pussess tiegħu li jirrigwarda s-saff tan-nofs.

    4.3.2.   In-numru ta’ kampjuni jew biċċiet tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.3.

    4.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    5.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-trażmittanza regolari tad-dawl stabbiliti fl-Anness 3, il-paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal ħġieġ jew partijiet oħrajn tal-ħġieġ għajr windskrijns li jinsabu f'postijiet li huma essenzjali għall-viżibilità tas-sewwieq.


    ANNESS 8

    WINDSKRIJNS TAL-ĦĠIEĠ LAMINAT ITTRATTATI

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Il-windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat għandhom jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk jiddifferixxu f’mill-inqas waħda mill-karattestiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.   Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks.

    1.1.2.

    L-għamla u l-qisien

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat jitqiesu bħala li jappartjenu għal grupp wieħed għall-finijiet tat-testijiet tal-frammentazzjoni, tal-karatteristiċi mekkaniċi u tar-reżistenza għall-ambjent.

    1.1.3.

    In-numru ta’ saffi tal-ħġieġ,

    1.1.4.

    Il-ħxuna nominali “e” tal-windskrijn, hija permessa tolleranza tal-manifattura ta’ 0,2 n mm ('n' hija n-numru ta’ saffi ta’ ħġieġ fil-windskrijn) iżjed jew inqas mill-valur nominali permess,

    1.1.5.

    Kull trattament speċjali li saff wieħed jew aktar mis-saffi tal-ħġieġ ikun għadda minnu,

    1.1.6.

    Il-ħxuna nominali tas-saff jew tas-saffi tan-nofs,

    1.1.7.

    In-natura u t-tip tas-saff jew tas-saffi tan-nofs (per eżempju, saff jew tas-saffi tan-nofs tal-PVB jew ta’ materjal tal-plastik).

    1.2.   Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    In-natura tal-materjal (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja),

    1.2.2.

    Il-kulur (totali jew parzjali) tas-saff jew tas-saffi tan-nofs (bla kulur jew ikkulurit),

    1.2.3.

    Il-kulur tal-ħġieġ (bi jew mingħajr kulur),

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-kondutturi,

    1.2.5.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   ĠENERALI

    2.1.   Fil-każ ta’ windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat, għandhom isiru testijiet oħrajn għajr it-test tal-forma tar-ras fuq windskrijn komplet u testijiet ta’ kwalitajiet ottiċi fuq kampjuni u/jew biċċiet tat-test ċatti magħmulin b’mod speċjali għal dak il-għan. Madankollu, il-kampjuni tat-test għandhom ikunu f’kull aspett rigorożament rappreżentattivi tal-windskrijns prodotti f’serje li għalihom tkun qiegħda titfittex l-approvazzjoni.

    2.2.   Qabel kull test, il-biċċiet tat-test jew il-kampjuni għandhom jinħażnu għal mhux inqas minn erba’ sigħat f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C. it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-kampjuni tat-test malli l-kampjuni tat-test jinħarġu mir-reċipjent li fih ikun nħażnu.

    3.   IT-TESTIJIET PRESKRITTI

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat għandhom ikunu soġġetti għal:

    3.1.

    It-testijiet preskritti fl-Anness 6 għal windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju,

    3.2.

    It-test tal-frammentazzjoni deskritt fil-paragrafu 4. hawn taħt.

    4.   IT-TEST TAL-FRAMMENTAZZJONI

    4.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    Materjal

    L-indiċi tad-diffikultajiet

    Il-Ħġieġ oħxon tal-vetrini

    2

    Ħġieġ float

    1

    Il-Ħġieġ irqiq tal-folja

    1

    4.2.   In-numru ta’ biċċiet tat-test jew kampjuni

    Biċċa tat-test waħda (1 100 mm × 500 mm) ± 5/2 mm jew kampjun wieħed għal kull punt tal-impatt jiġi suġġett għall-ittestjar.

    4.3.   Metodu tal-ittestjar

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 1.

    4.4.   Il-punt jew il-punti tal-impatt

    Il-ħġieġa għandha tintlaqat fuq kull waħda mill-folji ttrattati ta’ barra fiċ-ċentru tal-biċċa tat-test jew tal-kampjun.

    4.5.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    4.5.1.   Għal kull punt tal-impatt, it-test tal-frammentazzjoni għandu jiġi kkunsidrat li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk il-wiċċ totali tal-frammenti li għandhom erja tal-wiċċ ta’ aktar minn 2 cm2 li jinsabu f’rettangolu kif definit fl-Anness 4, il-paragrafu 2.3.2, jirrappreżenta mhux inqas minn 15 fil-mija tal-wiċċ ta’ dak ir-rettangolu.

    4.5.1.1.   Fil-każ ta’ kampjun:

    4.5.1.1.1.

    Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija M1, iċ-ċentru tar-rettangolu għandu jkun jinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 cm iċċentrat fuq il-projezzjoni taċ-ċentru tas-segment V1 V2.

    4.5.1.1.2.

    Għall-vetturi tal-kategoriji M u N ħlief M1, iċ-ċentru tar-rettangolu għandu jkun jinsab f’ċirku li jkollu raġġ ta’ 10 cm iċċentrat fuq il-projezzjoni tal-punt 0.

    4.5.1.1.3.

    Għat-tratturi agrikoli u forestali u għall-vetturi tas-sit tal-kostruzzjoni, il-pożizzjoni taż-żona tal-viżibilità għandha tiġi indikata fir-rapport tat-test.

    4.5.1.1.4.

    L-għoli tar-rettangolu hawn fuq jista’ jitnaqqas għal 15 cm għal windskrijns li għandhom għoli ta’ inqas minn 44 cm jew li l-angolu ta’ stallazzjoni tagħhom hija inqas minn 15° mill-vertikal; il-persentaġġ ta’ viżibbiltà trid tkun ugwali għal mill-inqas 10 fil-mija tar-rettangolu korrispondenti.

    4.5.1.2.   Fil-każ ta’ biċċa tat-test, iċ-ċentru tar-rettangolu għandu jkun jinsab fuq l-akbar assi tal-biċċa tat-test f’450 mm minn waħda mit-truf tagħha.

    4.5.2.   Il-biċċa (biċċiet) tat-test jew il-part(s) lesti sottomessi għall-approvazzjoni għandhom jitqiesu sodisfaċenti mil-lat tal-frammentazzjoni jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    4.5.2.1.

    It-test jagħti riżultat sodisfaċenti għal kull punt tal-impatt, jew

    4.5.2.2.

    Jekk it-test ikun ġie ripetut fuq sett ġdid ta’ erba’ biċċiet tat-test għal kull punt tal-impatt għal liema kien oriġinarjament ta riżultat mhux sodisfaċenti, l-erba’ testijiet ġodda kollha, imwettqa fl-istess punti tal-impatt iridu jagħtu riżultat sodisfaċenti.


    ANNESS 9

    ĦĠIEĠ TAS-SIKUREZZA MIKSI B'MATERJAL TAL-PLASTIK

    (fuq ġewwa)

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Materjali tal-ħġieġ tal-plastik, kif definiti fl-Annessi 4 sa 8, jekk miksija fuq il-wiċċ ta' ġewwa b'saff ta' materjal tal-plastik, għandhom ikunu jikkonformaw mhux biss mar-rekwiżiti tal-annessi x-xierqa iżda wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin.

    2.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BRIX

    2.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Il-kisi tal-plastik għandu jiġi sottopost għal test għal 100 ċiklu skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness 3, paragrafu 4.

    2.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Il-kisi bil-plastik għandu jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti fir-rigward tar-reżistenza għall-brix jekk il-firxa tad-dawl bħala riżultat tal-brix tal-biċċa tat-test ma taqbiżx l-4 fil-mija.

    3.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-UMDITÀ

    3.1.   Fil-każ ta' materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza mwebbes b'kisja bil-plastik, għandu jsir test tar-reżistenza għall-umdità.

    3.2.   Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    4.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BDIL FIT-TEMPERATURA

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 8.

    5.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 10.

    6.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BRIX

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.


    ANNESS 10

    WINDSKRIJNS TAL-ĦĠIEĠ TAL-PLASTIK

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Il-windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik għandhom jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu differenti f 'mill-inqas waħda mill-karattestiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.   Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks;

    1.1.2.

    Il-forma u d-dimensjonijiet.

    Windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik jitqiesu bħala li jappartjenu għal grupp għall-finijiet tat-testijiet tas-saħħa mekkanika, ir-reżistenza għall-ambjent, ir-reżistenza għall-bidla fit-temperatura u r-reżistenza għal aġenti kimiċi,

    1.1.3.

    In-numru ta' saffi tal-plastik,

    1.1.4.

    Il-ħxuna nominali “e” tal-windskrijn, hija permessa tolleranza tal-manifattura ta' ± 0,2 mm,

    1.1.5.

    Il-ħxuna nominali tas-saff tal-ħġieġ,

    1.1.6.

    Il-ħxuna nominali tas-saff(i) tal-plastik li jaġixxi(u) bħala s-saff(i) tan-nofs,

    1.1.7.

    In-natura u t-tip tas-saff(i) tal-plastik li jaġixxi(u) bħala s-saff(i) tan-nofs (pereżempju PVB jew materjal ieħor) u tas-saff tal-plastik li jinsab fuq il-wiċċ ta' ġewwa,

    1.1.8.

    Kull trattament speċjali li l-ħġieġa setgħet għaddiet minnu.

    1.2.   Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1

    In-natura tal-materjali (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja),

    1.2.2.

    Il-kulur (totali jew parzjali) ta' kwalunkwe saff(i) tal-plastik (bi jew mingħajr kulur),

    1.2.3.

    Il-kulur tal-ħġieġ (bi jew mingħajr kulur),

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-kondutturi,

    1.2.5.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   ĠENERALI

    2.1.   Fil-każ ta' windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik, għandhom isiru testijiet għajr testijiet tal-forma tar-ras (paragrafu 3.2) u testijiet ta' kwalitajiet ottiċi fuq biċċiet tat-test ċatti li jew jinqatgħu mill-windskrijns attwali jew huma magħmulin b 'mod speċjali għal dak il-għan. F 'kull wieħed miż-żewġ każijiet, il-biċċiet tat-test għandhom, fl-aspetti kollha, ikunu rappreżentattivi b 'mod rigoruż tal-windskrijns prodotti f 'serje li għalihom tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni.

    2.2.   Qabel kull test, il-kampjuni tat-test tal-ħġieġ laminat għandhom jinħażnu għal mhux inqas minn erba’ sigħat f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C. it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-kampjuni tat-test malli l-kampjuni tat-test jinħarġu mir-reċipjent li fih ikun nħażnu.

    3.   IT-TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   It-test tal-forma tar-ras fuq windskrijn komplut

    3.2.1.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu ttestjati erba' biċċiet tat-test mis-serje li għandhom l-iżgħar erja żviluppata u erba' biċċiet tat-test mis-serje li għandhom l-ikbar erja żviluppata, li jintgħażlu skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 13.

    3.2.2.   Metodu tal-ittestjar

    3.2.2.1.   Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 3.1.

    3.2.2.2.   L-għoli tal-waqgħa għandu jkun 1,50 m ± 0/5 mm.

    3.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    3.2.3.1.   Dan it-test għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

    3.2.3.1.1.

    Is-saff tal-ħġieġ jinkiser, u jidhru bosta xquq ċirkolari iċċentrati bejn wieħed u ieħor fuq il-punt tal-impatt, bix-xquq l-aktar viċin tal-punt tal-impatt ikunu mhux aktar minn 80 mm minnu;

    3.2.3.1.2.

    Is-saff tal-ħġieġ jibqa’ mwaħħal mas-saff tan-nofs tal-materjal tal-plastik. Separazzjoni parzjali waħda jew aktar mis-saff ta’ bejn is-saffi b’ wisa’ ta’ inqas minn 4 mm, fuq kull naħa tax-xaqq jiġu permessi barra minn anella ta’ dijametru ta’ 60 mm iċċentrata fuq il-punt tal-impatt;

    3.2.3.1.3.

    Hija permessa tiċrita fis-saff tan-nofs sa tul ta' 35 mm fuq in-naħa tal-impatt.

    3.2.3.2.   Sett ta' biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni jitqiesu bħala sodisfaċenti mil-lat tat-test tal-forma tar-ras jekk it-testijiet kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti:

    4.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA

    4.1.   Indiċi ta’ diffikultà, il-metodu tat-test u l-interpretazzjoni tar-riżultati

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 6, il-paragrafu 4.

    4.2.   Madankollu, it-tielet rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4.3.4.1 tal-Anness 6 mhuwiex rilevanti.

    5.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    5.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    5.1.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix fuq il-wiċċ ta’ barra

    5.1.1.1.   Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 6, il-paragrafu 5.1.

    5.1.2.   It-test tar-reżistenza għall-brix fuq il-wiċċ ta’ ġewwa

    5.1.2.1.   Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 2.

    5.2.   It-test tar-reżistenza għat-temperatura għolja

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 5.

    5.3.   It-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.3.

    5.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    5.5.   It-test tar-reżistenza għall-bdil fit-temperatura

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 8.

    6.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalitajiet ottiċi stabbiliti fl-Anness 3, il-paragrafu 9, għandhom japplikaw għal kull tip ta' windskrijn.

    7.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 10.

    8.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BRIX

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.


    ANNESS 11

    ĦĠIĠIET TAL-ĦĠIEĠ-PLASTIK

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Il-ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik għandhom jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu differenti f 'mill-inqas waħda mill-karattestiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.

    Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks;

    1.1.2.

    Bil-kategorija tal-ħxuna applikabbli għall-ħxuna nominali 'e', hija permessa tolleranza tal-manifattura ta' ± 0.2 mm:

    Kategorija I

    e ≤ 3,5 mm

    Kategorija II

    3,5 mm < e ≤ 4,5 mm

    Il-Kategorija III

    4,5 mm < e

    1.1.3.

    Il-ħxuna nominali tas-saff(i) tal-materjal tal-plastik li jaġixxi bħala s-saff tan-nofs,

    1.1.4.

    Il-ħxuna nominali tal-ħġieġa,

    1.1.5.

    It-tip ta' saffi(i) tal-materjal tal-plastik li jaġixxi (jaġixxu) bħala s-saff (jew is-saffi) tan-nofs (pereżempju PVB jew materjal ieħor) u tas-saff tal-plastik fuq il-wiċċ ta' ġewwa,

    1.1.6.

    Kwalunkwe trattament speċjali li seta' twettaq fuq is-saffi tal-ħġieġ.

    1.2.

    Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    In-natura tal-materjali (ħġieġ illustrat (pjanċa), ħġieġ float, ħġieġ tal-folja),

    1.2.2.

    Il-kulur (totali jew parzjali) ta' kwalunkwe saff(i) tal-plastik (bi jew mingħajr kulur),

    1.2.3.

    L-għoti tal-kulur lill-ħġieġ (bi jew mingħajr kulur).

    1.2.4.

    L-inkorporazzjoni jew xorta oħra tal-oskurazzjoni opaka.

    2.   ĠENERALI

    2.1.

    Fil-każ ta' ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik it-testijiet għandhom jitwettqu fuq biċċiet tat-test ċatti li jew jinqatgħu minn ħġieġ normali jew isiru apposta. F'kull wieħed miż-żewġ każijiet, il-biċċiet tat-test għandhom, fl-aspetti kollha, jkunu rappreżentattivi b'mod rigoruż tal-ħġiġiet li għalihom tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni għall-produzzjoni.

    2.2.

    Qabel kull test, il-biċċiet tat-test tal-ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik għandhom jinħażnu għal mhux inqas minn erba’ sigħat f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C. It-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-biċċiet tat-test malajr kemm jista' jkun wara li jkunu nħarġu mir-reċipjent li fih ikun nħażnu.

    2.3.

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati jekk il-ħġieġa sottomessa għall-approvazzjoni jkollha l-istess kompożizzjoni bħla dik ta' windskrijn diġà approvata skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 10.

    3.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA – TEST B'BALLUN TA' 227 g

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 7, il-paragrafu 3.

    4.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    4.1   It-test tar-reżistenza għall-brix

    4.1.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix fuq il-wiċċ ta’ barra

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 7, il-paragrafu 5.1.

    4.1.2.   It-test tar-reżistenza għall-brix fuq il-wiċċ ta’ ġewwa

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 2.1.

    4.2.   It-test tar-reżistenza għat-temperatura għolja

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 5.

    4.3.   It-test tar-reżistenza għar-radjazzjoni

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.3.

    4.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    4.5.   It-test tar-reżistenza għall-bdil fit-temperatura

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 8.

    5.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-trażmittanza regolari tad-dawl stabbiliti fl-Anness 3, il-paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal ħġieġ jew partijiet oħrajn tal-ħġieġ li jinsabu f'postijiet li huma essenzjali għall-viżibilità tas-sewwieq.

    6.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 10.

    7.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-BRIX

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.


    ANNESS 12

    UNITAJIET B'IKTAR MINN ĦĠIEĠA WAĦDA

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Unijajiet b'iktar minn ħġieġa waħda jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu jvarjaw f’mill-inqas waħda mill-karatteristiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.

    Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks;

    1.1.2.

    In-numru ta' ħġiġiet komponenti.

    1.1.3.

    Il-kompożizzjoni tal-unità b'iktar minn ħġieġa waħda (simmetriku, asimmetriku),

    1.1.4.

    It-tip ta’ kull ħġieġa komponenti kif definita fil-paragrafu 1 tal-Annessi 5, 7 jew 11 għal dan ir-Regolament,

    1.1.5.

    Il-wisa’ nominali tal-ispazju bejn iż-żewġ ħġiġiet,

    1.1.6.

    It-tip ta’ ssiġillar.

    1.2.

    Il-karatteristiċi sekondarji huma:

    1.2.1.

    Il-karatteristiċi sekondarji ta’ kull ħġieġa komponenti, kif definita fil-paragrafu 1.2 tal-Annessi 5, 7 jew 11 għal dan ir-Regolament.

    2.   ĠENERALI

    2.1.

    Kull komponent ta’ ħġieġ li jifforma l-unità b'iktar minn ħġieġa wadħa jista’ jkun jew approvat skont it-tip jew soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness rilevanti għal dan ir-Regolament (l-Annessi 5, 7 jew 11).

    2.2.

    It-testijiet li saru fuq unità b'iktar minn ħġieġa waħda li jkollha spazju wieħed jew iktar b'wisa' nominali “e1” (… “en”) għandhom jitqiesu li huma applikabbli għall-unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda kollha li jkollhom l-istess karatteristiċi u wisa' nominali tal-ispazju jew spazji jkun “e1 ± 3 mm” (… “en ± 3 mm”). Madankollu, l-applikant għall-approvazzjoni jista’ jissottometti għat-testijiet tal-approvazzjoni l-kampjun li jkollu l-iżgħar spazju(i) u l-kampjun wara li l-ikbar spazju(i).

    2.3.

    Fil-każ ta' unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda li jkollhom mill-inqas ħġieġa laminata waħda jew ħġieġa tal-ħġieġ-plastik waħda, il-biċċiet tat-test għandhom jinħażnu għal mill-inqas erba' sigħat qabel it-test f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C. It-testijiet għandhom isiru immedjatament wara li l-biċċiet tat-test ikunu tneħħew mir-reċipjent fejn ikunu nħażnu.

    3.   IT-TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Sitt biċċiet tat-test (1 100 mm × 500 mm) ± 5/2 mm għandhom jiġu sottomessi għal ittestjar għal kull tip ta’ kategorija ta’ ħxuna tal-ħġiġiet komponenti u kull wisa’ tal-ispazju kif definit fil-paragrafu 1.1.4. hawn fuq.

    3.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 3.1.

    3.3.2.

    L-għoli tal-waqgħa għandu jkun 1,50 m ± 0/5 mm.

    3.3.3.

    Fil-każ ta’ unità b'iktar minn ħġieġa waħda asimmettrika, għandhom jitwettqu tliet testijiet fuq wiċċ wieħed u tliet testijiet fuq il-wiċċ l-ieħor.

    3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    3.4.1.

    Il-ħġieġ multipli li jikkonsisti minn ħġiġiet mill-ħġieġ imwebbes b’mod uniformi biss:

    It-test għandu jiġi kkunsidrat li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk il-komponenti kollha jinkisru;

    3.4.2.

    Il-ħġieġ multiplu li jikkonsisti minn ħġiġiet tal-ħġieġ laminat u/jew ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik:

    It-test għandu jiġi kunsidrat li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    3.4.2.1.

    Iż-żewġ komponenti tal-biċċa tat-test iċedu u jinkisru, u jidhru xquq ċirkulari numerużi ċċentrati approssimament fuq il-punt tal-impatt;

    3.4.2.2.

    It-tiċrit fis-saff (jew is-saffi) ta’ bejn is-saffi huwa permess sakemm ir-ras tal-manekkin ma jgħaddix mill-biċċa tat-test;

    3.4.2.3.

    L-ebda framment kbir tal-ħġieġ ma għandu jinqala’ mis-saff tan-nofs.

    3.4.3.

    Ħġieġ multiplu li jikkonsisti minn mill-inqas ħġieġa mwebbsa b’mod uniformi waħda u mill-inqas ħġieġa tal-ħġieġ laminat jew tal-ħġieġ-plastik waħda għajr windskrijns:

    3.4.3.1.

    Il-ħġieġa/ħġiġiet tal-ħġieġ imsaħħaħ b'mod uniformi jinqasam/jinqasmu;

    3.4.3.2.

    Il-ħġieġa/ħġiġiet tal-ħġieġ laminat jew il-ħġieġa/ħġiġiet tal-ħġieġ-plastik iċċedi u tinkiser, u jidhru bosta xquq ċirkolari ċċentrati bejn wieħed u ieħor fuq il-punt tal-impatt;

    3.4.3.3.

    It-tiċrit fis-saff (jew is-saffi) ta’ bejn is-saffi huwa permess sakemm ir-ras tal-manekkin ma jgħaddix mill-biċċa tat-test;

    3.4.3.4.

    L-ebda framment kbir tal-ħġieġ ma għandu jinqala’ mis-saff tan-nofs.

    3.4.4.

    Sett ta’ biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti fir-rigward tal-imġiba taħt l-impatt tar-ras jekk it-testijiet kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti.

    4.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Id-dispożizzjonijiet dwar it-trażmittanza regolari tad-dawl stabbiliti fl-anness 3 tal-paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda jew partijiet ta’ unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda li jinsabu f’postijiet li huma essenzjali għall-viżibilità tas-sewwieq.


    ANNESS 13

    RAGGRUPPAMENT TAL-WINDSKRIJNS GĦALL-ITTESTJAR TAL-APPROVAZZJONI

    1.

    Il-fatturi tal-windskrijn li jitqiesu huma:

    1.1.

    L-erja tal-iżvilupp,

    1.2.

    L-għoli tas-segment,

    1.3.

    Il-kurvatura.

    2.

    Grupp huwa magħmul minn klassi ta’ ħxuna.

    3.

    Il-klassifikazzjoni titwettaq f’ordni axxendenti ta’ erja żviluppata.

    Għandhom jingħażlu l-ħames l-akbar u l-ħames l-iżgħar erji żviluppati, u għandhom jingħataw in-numru kif ġej:

    1 għall-ikbar

    1 għall-iżgħar

    2 għall-ikbar li jiġi wara l-1

    2 għall-iżgħar li jiġi wara l-1

    3 għall-ikbar li jiġi wara l-2

    3 għall-iżgħar li jiġi wara l-2

    4 għall-ikbar li jiġi wara l-3

    4 għall-iżgħar li jiġi wara l-3

    5 għall-ikbar li jiġi wara l-4

    5 għall-iżgħar li jiġi wara l-4

    4.

    F’kull waħda mis-serji definiti taħt il-paragrafu 3. hawn fuq, l-għoli tas-segment għandu jkun indikat kif ġej:

     

    1 għall-ikbar għoli tas-segment,

     

    2 għall-ikbar li jmiss,

     

    3 għall-ikbar li jmiss,

    eċċ.

    5.

    F’kull waħda mis-serji definiti taħt il-paragrafu 3. hawn fuq, il-kurvaturi għandhom jiġu indikati kif ġej:

     

    1 għall-iżgħar kurvatura,

     

    2 għall-iżgħar li jkun imiss,

     

    3 għall-iżgħar li jkun imiss,

    eċċ.

    6.

    In-numri assenjati lil kull windskrijn fiż-żewġ serji definiti taħt il-paragrafu 3. hawn fuq għandhom jingħaddu flimkien

    6.1.

    Il-windskrijn fost dawk li jkollhom l-akbar ħames erjas li jkollu l-iżgħar total, u l-windskrijn fost dawk li jkollhom l-iżgħar ħames erjas li jkollu l-iżgħar total, għandu jiġi sottopost għal testijiet kompleti kif definiti f’wieħed mill-Annessi 4, 6, 8, 9 u 10.

    6.2.

    Il-windskrijns l-oħrajn tal-istess serji għandhom jiġu sottoposti għat-testijiet tal-kwalitajiet ottiċi deskritti fl-Anness 3, paragrafu 9.

    7.

    Uħud mill-windskrijns b’parametri differenti b’mod sinifikanti ta’ forma u/jew raġġ ta’ kurvatura mill-estremitajiet tal-gruppi magħżula jistgħu jiġu ttestjati wkoll jekk is-servizz tekniku li jkun qed itwettaq it-testijiet jikkunsidra li l-parametri msemmija x’aktarx għandhom effetti avversi apprezzabbli.

    8.

    Il-limiti tal-grupp jiġu determinati mill-erja żviluppata tal-windskrijn. Fejn windskrijn li jkun ġie sottomess għall-approvazzjoni tat-tip ikollu erja żviluppata barra mill-limiti approvati u/jew għandu għoli ta’ segment ferm akbar jew raġġ ta’ kurvatura ferm iżgħar, dan jiġi kkunsidrat li huwa ta’ tip ġdid u għandu jkun soġġett għal testijiet addizzjonali jekk is-servizz tekniku jqis li dawn it-testijiet huma teknikament meħtieġa, filwaqt li titqies l-informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu fir-rigward tal-prodott u l-materjal użat.

    9.

    Jekk kwalunkwe mudell ta’ windskrijn ieħor jiġi mmanifatturat sussegwentement mid-detentur tal-approvazzjoni fi klassi ta’ ħxuna diġà approvata:

    9.1.

    Għandu jiġi aċċertat jekk dan il-mudell jistax jiġi inkluż fost l-akbar ħamsa jew l-iżgħar ħamsa magħżula għall-approvazzjoni tal-grupp imsemmi;

    9.2.

    Għandha jerġa’ jsir in-numerar skont il-proċeduri definiti fil-paragrafi 3, 4 u 5.

    9.3.

    Jekk it-total tan-numri mogħtija lill-windskrijn li jkun għadu kif ġie inkorporat fost l-ikbar ħames jew l-iżgħar ħames windskrijns

    9.3.1.

    Jinstab illi jkun l-iżgħar, għandhom isiru t-testijiet li ġejjin:

    9.3.1.1.

    Għal windskrijns tal-ħġieġ imwebbes:

    9.3.1.1.1.

    Frammentazzjoni,

    9.3.1.1.2.

    It-test rigward il-mudell tar-ras,

    9.3.1.1.3.

    Id-distorzjoni ottika,

    9.3.1.1.4.

    Is-separazzjoni tal-immaġni sekondarja,

    9.3.1.1.5.

    It-trażmissjoni tad-dawl.

    9.3.1.2.

    Għal windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju jew tal-ħġieġ-plastik:

    9.3.1.2.1.

    It-test rigward il-mudell tar-ras,

    9.3.1.2.2.

    Id-distorzjoni ottika,

    9.3.1.2.3.

    Is-separazzjoni tal-immaġni sekondarja,

    9.3.1.2.4.

    It-trażmissjoni tad-dawl.

    9.3.1.3.

    Għall-windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat, it-testijiet preskritti fil-paragrafi 9.3.1.1.1, 9.3.1.1.2 u 9.3.1.2.

    9.3.1.4.

    Għall-windskrijns miksija b’materjal tal-plastik, it-testijiet preskritti fil-paragrafu 9.3.1.1. jew 9.3.1.2, skont kif ikun il-każ.

    9.3.2.

    Jekk le, għandhom jitwettqu biss it-testijiet preskritti għall-iċċekkjar tal-kwalitajiet ottiċi kif deskritti fl-Anness 3, il-paragrafu 9.


    ANNESS 14

    ĦĠIĠIET TAL-PLASTIK RIĠIDU

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Il-windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik riġidu għandhom jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu differenti minn xulxin f'mill-inqas waħda mill-karattestiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.

    Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks:

    1.1.2.

    Id-desinjazzjoni kimika tal-materjal.

    1.1.3.

    Il-klassifikazzjoni tal-materjal mill-manifattur.

    1.1.4.

    Il-proċess tal-manifattura.

    1.1.5.

    Il-forma u d-dimensjonijiet.

    1.1.6.

    Il-ħxuna nominali. Il-limitu tat-tolleranza għall-ħxuna għal prodotti tal-plastik estruż huwa ± 10 fil-mija tal-ħxuna nominali. Għal prodotti tal-plastik magħmula b'metodi oħrajn (eż. folja tal-akriliku fondut), it-tolleranza tal-ħxuna aċċettabbli hija mogħtija mill-ekwazzjoni (

    Formula

    fejn e hija l-ħxuna tal-folja f'millimetri. L-istandard ta' referenza huwa l-ISO 7823/1.

    1.1.7.

    Il-kulur tal-prodott tal-plastik.

    1.1.8.

    In-natura tal-kisi tal-wiċċ.

    1.2.

    Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    Il-preżenza jew in-nuqqas ta' kondutturi jew ta' elementi tat-tisħin.

    2.   ĠENERALI

    2.1.

    Fil-każ ta' ħġiġiet tal-plastik riġidu, it-testijiet għandhom jitwettqu jew fuq kampjuni tat-test ċatti rigorożament rappreżentattivi tal-prodott lest jew fuq partijiet lesti. Il-kejlijiet ottiċi kollha għandhom jitwettqu fuq partijiet reali.

    2.2.

    Il-biċċiet tat-test iridu jinħelsu minn immaskjar protettiv u jridu jitnaddfu sewwa qabel it-test.

    2.2.1.

    Huma jridu jinħażnu għal 48 siegħa f'temperatura ta' 23 °C + 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija.

    2.3.

    Sabiex tiġi deskritta l-imġiba tal-ksur taħt stress dinamiku, se jinħolqu klassijiet skont l-applikazzjoni tal-plastik. Dawn il-klassijiet huma relatati mal-probabbiltajiet ta' kuntatt tar-ras umana mal-ħġieġ tal-plastik u jinkludu rekwiżiti differenti rigward it-test b'mudell ta' ras.

    3.   IT-TEST TAL-FLESSIBBILTÀ

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandha tiġi sottoposta għall-ittestjar biċċa tat-test waħda ċatta b'qisien ta' 300 mm × 25 mm.

    3.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 12.

    3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sabiex biċċa jew kampjun tat-test jitqiesu riġidi, id-diflessjoni vertikali tal-biċċa tat-test għandha tkun inqas minn jew ugwali għal 50 mm wara 60 sekonda.

    4.   IT-TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    4.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    4.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar sitt biċċiet tat-test ċatti (1 170 mm × 570 + 0/– 2 mm) jew sitt partijiet sħaħ.

    4.3.   Metodu tal-ittestjar

    4.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 3.2.

    4.3.2.

    Għal ħġieġ bħal diviżjonijiet u twieqi li jisseparaw li jkollhom probabbiltà ta' impatt (klassifikazzjoni VIII/A), l-għoli tal-waqgħa għandu jkun 3 m. Għandu jitkejjel ukoll il-valur HIC.

    4.3.3.

    Għal ħġieġ bħat-twieqi tal-ġenb, it-twieqi ta' wara u t-tamboċċi li għandhom possibbiltajiet imnaqqsa ta' impatt (klassifikazzjoni VIII/B), l-għoli tal-waqgħa għandu jkun 1,5 m. Għandu jitkejjel ukoll il-valur HIC.

    4.3.4.

    Fil-każ ta' ħġieġ li m'għandux possibbiltajiet ta' kuntatt kif ukoll għal twieqi żgħar ġewwa l-vetturi u għat-twieqi kollha fit-trejlers (klassifikazzjoni VIII/C), mhux se jkun hemm ittestjar b'mudell ta' ras. Tieqa żgħira hija tieqa li fiha ma jistax jiġi mmarkat ċirku b'dijametru ta' 150 mm.

    4.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-test għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk titwettaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    4.4.1.

    Il-biċċa jew il-kampjun tat-test ma jiġix ippenetrat u lanqas m'għandu jinkiser f'biċċiet żgħar separati għal kollox.

    4.4.2.

    Il-valur HIC ikun inqas minn 1 000.

    4.4.3.

    Sett ta' biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni jiġu kkunsidrati bħala sodisfaċenti mil-lat tat-test tal-forma tar-ras jekk tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    4.4.3.1.

    It-testijiet kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti, jew

    4.4.3.2.

    Wara li test ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test jew kampjuni tagħti riżultati sodisfaċenti.

    5.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA – TEST B'BALLUN TA' 227 g

    5.1.   L-indiċijiet tad-diffikultajiet tal-karatteristiċi sekondarji:

    (1)

    Mingħajr kondutturi jew elementi tat-tisħin;

    (2)

    B'kondutturi jew elementi tat-tisħin.

    5.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għaxar biċċiet tat-test ċatti ta' 300 mm + 10/– 0 mm jew għaxar partijiet lesti sostanzjalment ċatti.

    5.3.   Metodu tal-ittestjar

    5.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak preskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.

    5.3.2.

    L-għoli tal-waqgħa għad-diversi valuri tal-ħxuna huwa mogħti fit-tabella hawn taħt:

    Ħxuna minima (mm)

    L-għoli tal-waqgħa (m)

    < 3

    2

    4

    3

    5

    4

    > 6

    5

    Għal valuri intermedji tal-ħxuna tal-biċċa tat-test fl-intervall bejn 3 mm u 6 mm, l-għoli tal-waqgħa jrid jiġi interpolat.

    5.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    5.4.1.

    It-test tal-mudell tar-ras għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-ballun ma jgħaddix mill-biċċa tat-test

    (b)

    Il-biċċa tat-test ma tinqasamx f'diversi biċċiet.

    Bħala riżultat tal-impatt, huma madankollu permissibbli xquq u fissuri fil-folja.

    5.4.2.

    Sett tal-biċċiet tat-test soġġett għall-approvazzoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test b'ballun ta' 227 g jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    5.4.2.1.

    Tmien testijiet separati jew aktar jagħtu riżultat sodisfaċenti fl-għoli tal-waqgħa.

    5.4.2.2.

    Wwara li tliet testijiet jew iktar ikunu taw riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tagħi riżultati sodisfaċenti.

    5.5.   Test b'ballun ta' 227 g f'temperatura ta' – 18 °C ± 2 °C

    5.5.1.

    Sabiex titnaqqas il-bidla fit-temperatura tal-kampjun għat-test, it-test għandu jitwettaq fi żmien 30 sekonda mit-tneħħija tal-kampjun tat-test mill-apparat ta' kundizzjonament.

    5.5.2.

    Il-metodu tat-test għandu jkun dak deskritt fil-paragrafu 5.3 ta' dan l-Anness, ħlief li t-temperatura tat-test tkun – 18 °C ± 2 °C.

    5.5.3.

    Interpretazzjoni tar-riżultati bħal fil-paragrafu 5.4 ta' dan l-Anness.

    6.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    6.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    6.1.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 4. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 4, it-test isir għal 1 000, 500 jew 100 ċiklu sabiex jiġi mkejjel il-brix fuq il-wiċċ tal-prodott.

    6.1.2.   Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar tliet biċċiet tat-test kwadri b'ġenb ta' 100 mm għal kull tip ta' wiċċ.

    6.1.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.1.3.1.

    Fil-każ ta' ħġieġ tal-klassi L, it-test tal-brix għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk it-tixrid tad-dawl totali wara l-brix ma jaqbiżx it-2 fil-mija wara 1 000 ċiklu fuq il-wiċċ ta' barra tal-biċċa tat-test u l-4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta' ġewwa tal-biċċa tat-test.

    6.1.3.2.

    Fil-każ ta' ħġieġ tal-klassi M, it-test tal-brix għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk it-tixrid tad-dawl totali wara l-brix ma jaqbiżx l-10 fil-mija wara 500 ċiklu fuq il-wiċċ ta' barra tal-biċċa tat-test u l-4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta' ġewwa tal-biċċa tat-test.

    6.1.3.3.

    Fil-każ tat-tamboċċi, m'hemmx bżonn test tal-brix.

    6.1.4.   Sett ta' biċċiet tat-test għall-approvazzjoni għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-kampjuni kollha jissodisfaw ir-rekwiżiti jew

    (b)

    Wara li ma tgħaddix biċċa tat-test waħda, ripetizzjoni tat-testijiet fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tagħti riżultat sodisfaċenti.

    6.2.   Test tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati

    6.2.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.4. L-esponiment radjanti tal-ultravjola totali bil-lampa tal-ksenon b'ark twil għandu jkun ta' 500 MJ/m2. Waqt l-irradjazzjoni, il-kampjuni tat-test għandhom jiġu esposti għal raxx tal-ilma f'ċikli kontinwi. Matul ċiklu ta' 120 minuta, il-kampjuni tat-test jiġu esposti għal dawl mingħajr raxx tal-ilma għal 102 minuti, u għal dawl bir-raxx tal-ilma għal 18-il minuta.

    6.2.1.1.

    Għandhom ikunu permessi metodi oħrajn li jagħtu riżultati ekwivalenti.

    6.2.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar tliet biċċiet tat-test ċatti ta' 130 mm × 40 mm maqtugħin minn kampjun ta' folja ċatta.

    6.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.2.3.1.

    Ir-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati għandha titqies li tkun tat riżultat sodisfaċenti jekk:

    6.2.3.1.1.

    It-trażmittanza tad-dawl imkejla skont l-Anness 3, paragrafu 9.1 ma tinżilx taħt il-95 fil-mija tal-valur ta' qabel l-esponiment għall-kundizzjonijiet tat-temp simulati. Barra minn hekk, għat-twieqi li jkunu meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq, il-valur m'għandux jinżel taħt is-70 fil-mija.

    6.2.3.1.2.

    M'għandhomx iseħħu bżieżaq jew dekompożizzjonijiet viżibbli oħrajn, telf tal-kulur, tibjid jew xegħir waqt l-esponiment għal kundizzjonijiet tat-temp simulati.

    6.2.4.   Sett tal-biċċiet jew tal-kampjuni tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-testijiet tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    6.2.4.1.

    Il-biċċiet tat-test kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti.

    6.2.4.2.

    Wara li biċċa tat-test tkun tat riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet jew kampjuni tat-test tagħti riżultati sodisfaċenti.

    6.3.   It-test tas-sega

    6.3.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 13, għandhom japplikaw biss għal prodotti riġidi miksija.

    6.3.2.   It-test tas-sega għandu jitwettaq fuq waħda mill-biċċiet tat-test mill-paragrafu 6.2.

    6.3.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.3.3.1

    It-test tas-sega għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk:

    6.3.3.1.1.

    Jintlaħaq il-valur tas-sega Gt1.

    6.3.3.2.

    Il-kampjun tat-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti mill-perspettiva tal-approvazzjoni jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    6.3.3.2.1.

    It-test ikun ta riżultati sodisfaċenti.

    6.3.3.2.2.

    Wara li t-test ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, test ieħor imwettaq fuq biċċa oħra li tifdal mit-test fil-paragrafu 6.2. jagħti riżultati sodisfaċenti.

    6.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    6.4.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    6.4.2.   Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għaxar biċċiet tat-test kwadri b'ġenb ta' 300 mm.

    6.4.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.4.3.1

    It-test tal-umdità għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk:

    6.4.3.1.1.

    Ma sseħħ l-ebda dekompożizzjoni viżibbli għal bżieżaq jew tibjid fuq xi kampjun,

    6.4.3.1.2.

    U jekk it-trażmittanza tad-dawl imkejla skont l-Anness 3, paragrafu 9.1. ma tinżilx għal inqas minn 95 fil-mija tal-valur ta' qabel it-test u barra minn hekk għal mhux inqas minn 70 fil-mija għal kwalunkwe tieqa meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq.

    6.4.4.   Wara l-ittestjar, il-biċċiet tat-test għandhom jinħażnu għal mill-anqas 48 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija, u mbagħad għandhom jiġu sottoposti għat-test bit-twaqqigħ ta' ballun ta' 227 g deskritt taħt il-partita 5 ta' dan l-Anness.

    7.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal prodotti li jkunu meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq.

    7.1.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sett ta' biċċiet tat-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    7.1.1.

    Il-biċċiet tat-test kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti.

    7.1.2.

    Wara li biċċa tat-test waħda tkun tat riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' biċċiet tat-test jagħti riżultati sodisfaċenti.

    8.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    8.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 10.

    8.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-test tar-reżistenza għan-nar għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk ir-rata tal-ħruq tkun inqas minn 110 mm/min.

    8.2.1.

    Għall-iskop tal-approvazzjoni, sett ta' kampjuni jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    8.2.1.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultat sodisfaċenti.

    8.2.1.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.

    9.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KIMIĊI

    9.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.

    9.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sett ta' kampjuni għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    9.2.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti.

    9.2.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.


    ANNESS 15

    ĦĠIĠIET TAL-PLASTIK FLESSIBBLI

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    Il-ħġieġ tal-plastik flessibbli għandhom jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu differenti f'mill-inqas waħda mill-karattestiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.

    Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks:

    1.1.2.

    Id-desinjazzjoni kimika tal-materjal.

    1.1.3.

    Il-klassifikazzjoni tal-materjal mill-manifattur.

    1.1.4.

    Il-proċess tal-manifattura.

    1.1.5.

    Il-ħxuna nominali (e), hija permessa tolleranza tal-manifattura: ± (0,1 mm + 0,1. e); d > 0,1 mm.

    1.1.6.

    Il-kulur tal-prodott tal-plastik.

    1.1.7.

    In-natura tal-kisi/kisjiet tal-wiċċ.

    1.2.

    Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    2.   ĠENERALI

    2.1.

    Fil-każ ta' ħġiġiet tal-plastik flessibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq biċċiet tat-test ċatti li jkunu jew maqtugħin minn prodotti lesti jew li jkunu prodotti apposta għal dak il-għan. Fiż-żewġ każijiet, il-biċċa tat-test trid tkun f'kull aspett rigorożament rappreżentattiva għall-ħġieġ kollu li jiġi prodott fir-run u li għalihom tkun qiegħda titfittex l-approvazzjoni.

    2.2.

    Il-biċċiet tat-test irid jitneħħilhom kull immaskjar protettiv u jridu jitnaddfu sewwa qabel it-test.

    2.2.1.

    Huma jridu jinħażnu għal 48 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija.

    3.   IT-TEST TAL-FLESSIBBILTÀ U T-TEST TAL-LIWI

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandha tiġi sottoposta għall-ittestjar biċċa tat-test waħda ċatta b'qisien ta' 300 mm × 25 mm.

    3.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 12.

    3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sabiex biċċa jew kampjun tat-test jitqiesu bħala flessibbli, id-diflessjoni vertikali tagħhom trid tkun aktar minn 50 mm wara 60 sekonda.

    10 sekondi wara liwi ta' 180°, il-materjal ma għandu juri l-ebda ksur jew ħsara fil-punt tal-liwi.

    4.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA

    4.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    4.2.   Test b'ballun ta' 227 g f'temperatura ta' 20 °C ± 5 °C

    4.2.1.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għaxar biċċiet tat-test kwadri ta' 300 mm + 10/– 0 mm.

    4.2.2.   Metodu tal-ittestjar

    4.2.2.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak preskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.

    4.2.2.2.

    L-għoli tal-waqgħa huwa 2 m għal kull ħxuna.

    4.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    4.2.3.1.

    It-test bil-ballun għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk il-ballun ma jippenetrax il-biċċa tat-test.

    4.2.3.2.

    Sett tal-biċċiet tat-test soġġett għall-approvazzoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test b'ballun ta' 227 g jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    4.2.3.2.1.

    Tmien testijiet jew aktar jagħtu riżultat sodisfaċenti fl-għoli tal-waqgħa.

    4.2.3.2.2.

    Meta aktar minn żewġ testijiet ikunu taw riżultat mhux sodisfaċenti fl-għoli minimu tal-ballun, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tagħti riżultati sodisfaċenti.

    4.3.   Test b'ballun ta' 227 g f'temperatura ta' – 18 °C ± 2 °C

    4.3.1.   Sabiex titnaqqas kemm jista' jkun il-bidla fit-temperatura tal-biċċa għat-test, it-test għandu jitwettaq fi żmien 30 sekonda mit-tneħħija tal-biċċa tat-test mill-apparat ta' kundizzjonament.

    4.3.2.   Il-metodu tat-test għandu jkun dak deskritt fil-paragrafu 4.2.2 ta' dan l-Anness, ħlief li t-temperatura tal-kampun għat-test tkun – 18 °C ± 2 °C.

    4.3.3.   Interpretazzjoni tar-riżultati bħal fil-paragrafu 4.2.3 ta' dan l-Anness.

    5.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    5.1.   Test tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati

    5.1.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.4. L-esponiment radjanti tal-ultravjola totali bil-lampa tal-ksenon b'ark twil għandu jkun ta' 500 MJ/m2. Waqt l-irradjazzjoni, il-kampjuni tat-test għandhom jiġu esposti għal raxx tal-ilma f'ċikli kontinwi. Matul ċiklu ta' 120 minuta, il-kampjuni tat-test jiġu esposti għal dawl mingħajr raxx tal-ilma għal 102 minuti, u għal dawl bir-raxx tal-ilma għal 18-il minuta.

    5.1.1.1.

    Għandhom ikunu permessi metodi oħrajn li jagħtu riżultati ekwivalenti.

    5.1.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar tliet biċċiet tat-test ċatti ta' 130 mm × 40 mm maqtugħin minn kampjun ta' folja ċatta.

    5.1.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Ir-reżistenza għat-test tal-kundizzjonijiet tat-temp simulati għandha titqies li tkun tat riżultat sodisfaċenti jekk:

    5.1.3.1.

    It-trażmittanza tad-dawl imkejla skont l-Anness 3, paragrafu 9.1 ma tinżilx taħt il-95 fil-mija tal-valur ta' qabel l-esponiment għall-kundizzjonijiet tat-temp simulati. Barra minn hekk, għat-twieqi li jkunu meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq, il-valur m'għandux jinżel taħt is-70 fil-mija.

    5.1.3.2.

    M'għandhomx iseħħu bżieżaq jew dekompożizzjonijiet viżibbli oħrajn, telf tal-kulur, tibjid jew xegħir waqt l-esponiment għal kundizzjonijiet tat-temp simulati.

    5.1.4.   Sett tal-biċċiet jew tal-kampjuni tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-testijiet tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    5.1.4.1.

    Il-biċċiet tat-test kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti.

    5.1.4.2.

    Wara li biċċa tat-test tkun tat riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet jew kampjuni tat-test tagħti riżultati sodisfaċenti.

    6.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal prodotti li jkunu meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq.

    6.1.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sett ta' kampjuni għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    6.1.1.

    Il-kampjuni kollha jkunu taw riżultati sodisfaċenti.

    6.1.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, test ieħor tal-kampjuni tat-test jagħti riżultati sodisfaċenti.

    7.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    7.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 10.

    7.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-test tar-reżistenza għan-nar għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk ir-rata tal-ħruq tkun inqas minn 110 mm/min.

    7.2.1.

    Għall-iskop tal-approvazzjoni, sett ta' kampjuni jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    7.2.1.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultat sodisfaċenti.

    7.2.1.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.

    8.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KIMIĊI

    8.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.

    8.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sett ta' kampjuni għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    8.2.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti.

    8.2.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.


    ANNESS 16

    UNITAJIET B'IKTAR MINN ĦĠIEĠA WAĦDA TAL-PLASTIK RIĠIDU

    1.   DEFINIZZJONI TA’ TIP

    (L-Anness 16 huwa validu biss għal unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda magħmula minn żewġ ħġiġiet)

    Unijajiet b'iktar minn ħġieġa waħda jitqiesu li jappartjenu għal tipi differenti jekk ikunu jvarjaw f’mill-inqas waħda mill-karatteristiċi prinċipali jew sekondarji li ġejjin.

    1.1.   Il-karatteristiċi prinċipali huma kif ġej:

    1.1.1.

    L-ismijiet kummerċjali jew trade marks;

    1.1.2.

    Id-desinjazzjoni kimika tal-folji komponenti.

    1.1.3.

    Il-klassifikazzjoni tal-folji mill-manifattur.

    1.1.4.

    Il-ħxuna tal-folji komponenti.

    1.1.5.

    Il-proċess tal-manifattura tat-tieqa.

    1.1.6.

    Il-wisa' tal-arja maqbuda bejn il-folji tal-plastik komponenti.

    1.1.7.

    Il-kulur tal-folji tal-plastik.

    1.1.8.

    In-natura u t-tip ta' kisi.

    1.2.   Il-karatteristiċi sekondarji huma kif ġej:

    1.2.1.

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    2.   ĠENERALI

    2.1.   Fil-każ ta' unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu, it-testijiet għandhom jitwettqu jew fuq biċċiet tat-test ċatti jew fuq partijiet lesti, skont ir-rekwiżiti tat-test.

    2.2.   Il-biċċiet tat-test irid jitneħħilhom kull immaskjar protettiv u għandhom jitnaddfu qabel l-ittestjar. Huma jridu jinħażnu għal 24 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija qabel l-ittestjar.

    2.3.   It-tolleranza tal-ħxuna nominali għal prodotti tal-plastik estruż hija ± 10 fil-mija tal-ħxuna nominali. Għal prodotti tal-plastik magħmula b'tekniki oħrajn (eż. folja tal-akriliku fondut), it-tolleranza tal-ħxuna aċċettabbli hija mogħtija bl-ekwazzjoni:

    Formula

    Fejn e hija l-ħxuna nominali tal-folja.

    L-istandard ta' referenza huwa l-ISO 7823/1

    NB: Fejn il-ħxuna ma tkunx kostanti minħabba l-metodi tal-iffurmar, il-kejl tal-ħxuna għandu jkun fiċ-ċentru ġeometriku tal-unità.

    2.4.   Test imwettaq fuq unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu li jkollhom wisgħa nominali tad-diskrepanza e mkejla fiċ-ċentru ġeometriku, għandu jitqies bħala applikabbli għall-unitajiet kollha b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu li jkollhom l-istess karatteristiċi u wisgħa nominali tad-diskrepanza e ta' ± 5 mm.

    Inkella, l-applikant għall-approvazzjoni jista' jissottometti l-kampjun li jkollu l-akbar u l-iżgħar diskrepanzi nominali.

    3.   IT-TEST TAL-FLESSIBBILTÀ

    3.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    3.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandha tiġi sottoposta għall-ittestjar biċċa waħda tat-test għal kull folja komponenti tat-tieqa b'qisien ta' 300 mm × 25 mm.

    3.3.   Metodu tal-ittestjar

    3.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, paragrafu 12.

    3.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Id-devjazzjoni vertikali taż-żewġ folji komponenti għandha tkun inqas minn 50 mm wara 60 sekonda.

    4.   IT-TEST TAL-FORMA TAR-RAS

    4.1.   Indiċi ta’ diffikultà tal-karatteristiċi sekondarji

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    4.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar sitt twieqi rappreżentattivi b'daqs ta' 1 170 mm × 570 mm (± 0/2 mm fiż-żewġ direzzjonijiet). Il-biċċiet tat-test se jkollhom dispożizzjoni għall-ikklampjar periferali.

    4.3.   Metodu tal-ittestjar

    4.3.1.

    Il-metodu tat-test użat għandu jkun dak deskritt fl-Anness 3, il-paragrafu 3.2. L-impatt se jkun fuq in-naħa ta' ġewwa tat-tieqa.

    4.3.2.

    Għal ħġieġ bħal diviżjonijiet u twieqi li jisseparaw li jkollhom probabbiltà kbira ta' impatt, l-għoli tal-waqgħa għandu jkun 3 m.

    Għandu jitkejjel ukoll il-valur HIC.

    4.3.3.

    Għal ħġiġiet bħat-twieqi tal-ġenb, it-twieqi ta' wara u t-tamboċċi li jkollhom possibbiltajiet imnaqqsa ta' impatt, l-għoli tal-waqgħa għandu jkun 1,5 m.

    Għandu jitkejjel ukoll il-valur HIC.

    4.3.4.

    Fil-każ ta' ħġiġiet li ma jkollhomx possibbiltajiet ta' kuntatt, bħalma huma t-twieqi f'karavans ta' trejlers u anki għal twieqi żgħar, mhux se jkun hemm ittestjar b'mudell ta' ras. Tieqa żgħira hija tieqa li fiha ma jistax jiġi mmarkat ċirku b'dijametru ta' 150 mm.

    4.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-test għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk titwettaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    4.4.1.

    Il-biċċa tat-test ma jiġix ippenetrat u lanqas m'għandu jinkiser f'biċċiet żgħar separati għal kollox.

    4.4.2.

    Il-valur HIC ikun inqas minn 1 000.

    4.4.3.

    Sett ta' biċċiet tat-test sottomessi għall-approvazzjoni jiġu kkunsidrati bħala sodisfaċenti mil-lat tat-test tal-forma tar-ras jekk tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    4.4.3.1.

    It-testijiet kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti, jew

    4.4.3.2.

    Wara li test ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tagħti riżultati sodisfaċenti.

    5.   IT-TEST TAS-SAĦĦA MEKKANIKA – TEST B'BALLUN TA' 227 G

    5.1.   L-indiċijiet tad-diffikultajiet tal-karatteristiċi sekondarji:

    L-ebda karatteristiku sekondarju m’huwa involut.

    5.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għaxar biċċiet tat-test ċatti mill-folja komponenti ta' barra jew għaxar partijiet lesti b'daqs ta' 300 mm × 300 mm (± 10/0 mm).

    5.3.   Metodu tal-ittestjar

    5.3.1.

    Il-metodu użat għandu jkun dak preskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.

    L-impatt għandu jkun fuq in-naħa ta' barra tat-tieqa tat-test.

    5.3.2.

    L-għoli tal-waqgħa għad-diversi valuri tal-ħxuna tal-komponent ta' barra tat-tieqa huwa mogħti fit-tabella hawn taħt:

    Ħxuna tal-folja ta’ barra

    (mm)

    L-għoli tal-waqgħa

    (m)

    < 3

    4

    5

    > 6

    2

    3

    4

    5

    Għal valuri intermedji tal-ħxuna fl-intervall bejn 3 mm u 6 m, l-għoli tal-waqgħa jrid jiġi interpolat.

    5.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    5.4.1.

    It-test tal-mudell tar-ras għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-ballun ma jgħaddix mill-biċċa tat-test

    (b)

    Il-biċċa tat-test ma tinqasamx f'diversi biċċiet.

    5.4.2.

    Sett tal-biċċiet tat-test soġġett għall-approvazzoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-test b'ballun ta' 227 g jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    5.4.2.1.

    Tmien testijiet separati jew aktar jagħtu riżultat sodisfaċenti fl-għoli tal-waqgħa.

    5.4.2.2.

    Wwara li tliet testijiet jew iktar ikunu taw riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tagħi riżultati sodisfaċenti.

    5.5.   Test b'ballun ta' 227 g f'temperatura ta' – 18 °C ± 2 °C

    5.5.1.

    Sabiex titnaqqas il-bidla fit-temperatura tal-kampjun għat-test, it-test għandu jitwettaq fi żmien 30 sekonda mit-tneħħija tal-kampjun tat-test mill-apparat ta' kundizzjonament.

    5.5.2.

    Il-metodu tat-test għandu jkun dak deskritt fil-paragrafu 5.3 ta' dan l-Anness, ħlief li t-temperatura tat-test tkun – 18 °C ± 2 °C.

    5.5.3.

    Interpretazzjoni tar-riżultati bħal fil-paragrafu 5.4 ta' dan l-Anness.

    6.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-AMBJENT

    6.1.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    6.1.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 4. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 4, it-test isir għal 1 000, 500 jew 100 ċiklu sabiex jiġi mkejjel il-brix fuq il-wiċċ tal-prodott.

    6.1.2.   Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar tliet biċċiet tat-test ċatti ta' 100 mm għal kull tip ta' wiċċ.

    6.1.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.1.3.1.

    Fil-każ ta' ħġieġ tal-klassi L, it-test tal-brix għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk it-tixrid tad-dawl totali wara l-brix ma jaqbiżx it-2 fil-mija wara 1 000 ċiklu fuq il-wiċċ ta' barra tal-kampjun u l-4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta' ġewwa ta' kampjun għat-test.

    6.1.3.2.

    Fil-każ ta' ħġieġ tal-klassi M, it-test tal-brix għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk it-tixrid tad-dawl totali wara l-brix ma jaqbiżx l-10 fil-mija wara 500 ċiklu fuq il-wiċċ ta' barra tal-kampjun tat-test u l-4 fil-mija wara 100 ċiklu fuq il-wiċċ ta' ġewwa tal-kampjun għat-test.

    6.1.3.3.

    Fil-każ tat-tamboċċi, m'hemmx bżonn test tal-brix.

    6.1.4.   Sett ta' kampjuni għall-approvazzjoni għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-kampjuni kollha jissodisfaw ir-rekwiżiti jew

    (b)

    Wara li kampjun wieħed ma jkunx għadda, ripetizzjoni tat-testijiet fuq sett ġdid ta' kampjuni tagħti riżultat sodisfaċenti.

    6.2.   Test tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati

    6.2.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 6.4. L-esponiment radjanti tal-ultravjola totali bil-lampa tal-ksenon b'ark twil għandu jkun ta' 500 MJ/m2. Waqt l-irradjazzjoni, il-kampjuni tat-test għandhom jiġu esposti għal raxx tal-ilma f'ċikli kontinwi. Matul ċiklu ta' 120 minuta, il-kampjuni tat-test jiġu esposti għal dawl mingħajr raxx tal-ilma għal 102 minuti, u għal dawl bir-raxx tal-ilma għal 18-il minuta.

    6.2.1.1.   Għandhom ikunu permessi metodi oħrajn li jagħtu riżultati ekwivalenti.

    6.2.2.   In-numru tal-biċċiet tat-test

    Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar tliet biċċiet tat-test ċatti ta' 130 mm × 40 mm maqtugħin mill-qoxra ta' barra tat-tieqa.

    6.2.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.2.3.1.   Ir-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati għandha titqies li tkun tat riżultat sodisfaċenti jekk:

    6.2.3.1.1.

    It-trażmittanza tad-dawl imkejla skont l-Anness 3, paragrafu 9.1 ma tinżilx taħt il-95 fil-mija tal-valur ta' qabel l-esponiment għall-kundizzjonijiet tat-temp simulati. Barra minn hekk, għat-twieqi li jkunu meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq, il-valur m'għandux jinżel taħt is-70 fil-mija.

    6.2.3.1.2.

    M'għandhomx iseħħu bżieżaq jew dekompożizzjonijiet viżibbli oħrajn, telf tal-kulur, tibjid jew xegħir waqt l-esponiment għal kundizzjonijiet tat-temp simulati.

    6.2.4.   Sett tal-biċċiet jew tal-kampjuni tat-test sottomessi għall-approvazzjoni għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti mil-lat tat-testijiet tar-reżistenza għal kundizzjonijiet tat-temp simulati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    6.2.4.1.

    Il-biċċiet tat-test kollha jkunu taw riżultat sodisfaċenti.

    6.2.4.2.

    Wara li biċċa tat-test tkun tat riżultat mhux sodisfaċenti, serje oħra ta' testijiet imwettqa fuq sett ġdid ta' biċċiet tat-test tagħti riżultati sodisfaċenti.

    6.3.   It-test tas-sega

    6.3.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 13, għandhom japplikaw biss għal prodotti miksija.

    6.3.2.   It-test tas-sega għandu jitwettaq fuq waħda mill-biċċiet tat-test mill-paragrafu 6.2.

    6.3.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.3.3.1.

    It-test tas-sega għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk:

    Jintlaħaq il-valur tas-sega Gt1.

    6.3.3.2.

    Il-kampjun tat-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti mill-perspettiva tal-approvazzjoni jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    6.3.3.2.1.

    It-test ikun ta riżultati sodisfaċenti.

    6.3.3.2.2.

    Wara li t-test ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, test ieħor imwettaq fuq biċċa oħra li tifdal mit-test fil-paragrafu 6.2. jagħti riżultati sodisfaċenti.

    6.4.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    6.4.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 7.

    6.4.2.   Għandhom jiġu sottoposti għall-ittestjar għaxar biċċiet kwadri jew twieqi għat-test ta' 300 × 300 mm.

    6.4.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    6.4.3.1.

    It-test tal-umdità għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk:

    6.4.3.1.1.

    Ma sseħħ l-ebda dekompożizzjoni viżibbli għal bżieżaq jew tibjid fuq xi kampjun,

    6.4.3.1.2.

    u jekk it-trażmittanza tad-dawl imkejla skont l-Anness 3, paragrafu 9.1. ma tinżilx għal inqas minn 95 fil-mija tal-valur ta' qabel it-test u barra minn hekk għal mhux inqas minn 70 fil-mija għal kwalunkwe tieqa meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq.

    6.4.4.   Wara l-ittestjar, il-kampjuni tat-test għandhom jinħażnu għal mill-inqas 48 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija, u mbagħad jiġu sottoposti għat-test bil-waqgħa tal-ballun ta' 227 g deskritt taħt il-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.

    7.   KWALITAJIET OTTIĊI

    Ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 9.1, għandhom japplikaw għal prodotti li jkunu meħtieġa għall-viżibilità tas-sewwieq.

    7.1   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sett ta' kampjuni għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    7.1.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti.

    7.1.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.

    8.   IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    8.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 10.

    8.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    It-test irid isir separatament fuq iż-żewġt uċuħ tal-unità b'iktar minn ħġieġa waħda.

    It-test tar-reżistenza għan-nar għandu jitqies li jkun ta riżultat sodisfaċenti jekk ir-rata tal-ħruq tkun inqas minn 110 mm/min.

    8.2.1.   Għall-iskop tal-approvazzjoni, sett ta' kampjuni jitqies bħala sodisfaċenti jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    8.2.1.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultat sodisfaċenti.

    8.2.1.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.

    9.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KIMIĊI

    9.1.   Indiċi ta’ diffikultà u l-metodu tat-test

    Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.

    L-ittestjar għandu jiġi applikat biss għal kampjuni rappreżentattivi tal-wiċċ ta' barra tal-unità b'iktar minn ħġieġa waħda.

    9.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Sett ta' kampjuni għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    9.2.1.

    Il-kampjuni kollha jagħtu riżultati sodisfaċenti.

    9.2.2.

    Wara li kampjun wieħed ikun ta riżultat mhux sodisfaċenti, sett ieħor ta' kampjuni jagħti riżultati sodisfaċenti.


    ANNESS 17

    IL-KEJL TAL-GĦOLI TAS-SEGMENT U L-POŻIZZJONI TAL-PUNTI TAL-IMPATT

    Figura 1

    Id-determinazzjoni tal-għoli tas-segment “h”

    Image

    Fil-każ ta' ħġieġa tas-sikurezza li jkollha kurvatura sempliċi, l-għoli tas-segment ikun ugwali għal: h1 massimu.

    Fil-każ ta' ħġieġa tas-sikurezza li jkollha kurvatura doppja, l-għoli tas-segment ikun ugwali għal: h1 massimu+ h2 massimu.

    Figura 2

    Punti tal-impatt preskritti għall-windskrijns

    Image

    Image

    Figura 3

    Punti tal-impatt preskritti għal ħġiġiet tal-ħġieġ imwebbes b'mod uniformi

    Image

    Image

    Image

    Il-punti li jidhru fil-Figuri 3(a), 3(b) u 3(c) huma eżempji tal-postijiet għal punti tal-impatt preskritti fl-Anness 5, il-paragrafu 2.5.


    ANNESS 18

    PROĊEDURA BIEX JIĠU DETERMINATI Ż-ŻONI TAT-TEST FUQ WINDSKRIJNS TA' VETTURI FIR-RIGWARD TAL-PUNTI "V"

    1.   IL-POŻIZZJONIJIET TAL-PUNTI "V"

    1.1.   Il-pożizzjoni tal-punti "V" fir-rigward tal-punt “R” (ara l-Anness 19 għal dan ir-Regolament), kif indikata mill-koordinati X, Y u Z fis-sistema ta' referenza tridimensjonali, hija murija fit-Tabelli 1 u 2.

    1.2.   Tabella 1 tagħti l-koordinati bażiċi għal angolu tad-dahar tas-sit ta' disinn ta' 25°. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija murija f'dan l-Anness, il-Figura 3.

    Tabella 1

    Il-Punt “V”

    a

    b

    c (d)

    V1

    68  mm

    –5  mm

    665  mm

    V2

    68  mm

    –5  mm

    589  mm

    1.3.   Il-korrezzjoni għall-angoli ppjanati tad-dahar tas-sits minbarra dawk ta' 25°

    1.3.1.

    It-Tabella II turi korrezzjonijiet ulterjuri li għandhom isiru fuq il-koordinati X u Z ta' kull punt "V" meta l-angolu tad-dahar tas-sedil iddisinjat ma jkunx 25°. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija murija f'dan l-Anness, il-Figura 3.

    Tabella 2

    L-angolu tad-dahar tas-sit

    (fi °)

    Koordinati orrizzontali

    X

    Koordinati vertikali

    Z

    L-angolu tad-dahar tas-sit

    (fi °)

    Koordinati orrizzontali

    X

    Koordinati vertikali

    Z

    5

    – 186  mm

    28  mm

    23

    –17  mm

    5  mm

    6

    – 176  mm

    27  mm

    24

    –9  mm

    2  mm

    7

    – 167  mm

    27  mm

    25

    0  mm

    0  mm

    8

    – 157  mm

    26  mm

    26

    9  mm

    –3  mm

    9

    – 147  mm

    26  mm

    27

    17  mm

    –5  mm

    10

    – 137  mm

    25  mm

    28

    26  mm

    –8  mm

    11

    – 128  mm

    24  mm

    29

    34  mm

    –11  mm

    12

    – 118  mm

    23  mm

    30

    43  mm

    –14  mm

    13

    – 109  mm

    22  mm

    31

    51  mm

    –17  mm

    14

    –99  mm

    21  mm

    32

    59  mm

    –21  mm

    15

    –90  mm

    20  mm

    33

    67  mm

    –24  mm

    16

    –81  mm

    18  mm

    34

    76  mm

    –28  mm

    17

    –71  mm

    17  mm

    35

    84  mm

    –31  mm

    18

    –62  mm

    15  mm

    36

    92  mm

    –35  mm

    19

    –53  mm

    13  mm

    37

    100  mm

    –39  mm

    20

    –44  mm

    11  mm

    38

    107  mm

    –43  mm

    21

    –35  mm

    9  mm

    39

    115  mm

    –47  mm

    22

    –26  mm

    7  mm

    40

    123  mm

    –52  mm

    2.   L-ERJAS TAT-TEST

    2.1.   Żewġ żoni tat-test għandhom jiġu stabbiliti mill-punti "V".

    2.2.   “Erja tat-test A” hija l-erja tal-wiċċ ta' barra tal-windskrijn limitata mill-intersezzjoni tal-erba' pjani li ġejjin (ara l-Figura 1a u 1b):

    (a)

    Pjan inklinat 'il fuq mill-assi X f'angolu ta' 3°, li jgħaddi minn V1, u parallel mal-assi Y (pjan 1);

    (b)

    Pjan inklinat 'l isfel mill-assi X f'angolu ta' 1°, li jgħaddi minn V2, u parallel mal-assi Y (pjan 2);

    (c)

    Pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2 u inklinat f'angolu ta' 13° lejn ix-xellug tal-assi X fil-każ ta' vetturi li jinstaqu mix-xellug u lejn il-lemin tal-assi X fil-każ ta' vetturi li jinstaqu mil-lemin (pjan 3);

    (d)

    Pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2 u inklinat f'angolu ta' 20° lejn il-lemin tal-assi X fil-każ ta' vetturi li jinstaqu mix-xellug u lejn ix-xellug tal-assi X fil-każ ta' vetturi li jinstaqu mil-lemin (pjan 4);

    (e)

    Fil-każ ta’ pożizzjoni tas-sewqan ċentrali unika, żewġ pjani ‘l fuq u ‘l isfel kif definit fil-paragrafi 2.2(a) u (b) hawn fuq u żewġ pjani vertikali li jgħaddu minn V1 u V2 u inklinati f’angolu ta’ 15° lejn ix-xellug tal-assi X (pjan 3) u 15° lejn il-lemin tal-assi X (pjan 4) (ara Figura 1b).

    2.3.   “Erja tat-test B” hija l-erja tas-superfiċe ta' barra tal-windskrijn imdawra mill-intersezzjoni tal-erba' pjani li ġejjin:

    (a)

    Pjan inklinat 'il fuq mill-assi X f'angolu ta' 7°, li jgħaddi minn V1, u parallel mal-assi Y (pjan 5);

    (b)

    Pjan inklinat 'l isfel mill-assi X f'angolu ta' 5°, li jgħaddi minn V2, u parallel mal-assi Y (pjan 6);

    (c)

    Pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2 u inklinat f'angolu ta' 17° lejn ix-xellug tal-assi X fil-każ ta' vetturi li jinstaqu mix-xellug u lejn il-lemin tal-assi X fil-każ ta' vetturi li jinstaqu mil-lemin (pjan 7);

    (d)

    Pjan simmetriku fir-rigward tal-pjan 7 f'relazzjoni mal-pjan lonġitudinali mezzan tal-vettura (pjan 8).

    2.4.   L-“erja tat-test imnaqqsa B” hija l-erja tat-test B bl-esklużjoni tal-erjas li ġejjin (1) (ara l-Figuri 2 u 3).

    2.4.1.   L-erja tat-test A definita taħt il-paragrafu 2.2, estiża skont il-paragrafu 9.2.2.1 tal-Anness 3;

    2.4.2.   Fid-diskrezzjoni tal-manifattur tal-vettura, jista' japplika wieħed mill-paragrafi li ġejjin:

    2.4.2.1.

    Kwalunkwe oskurazzjoni opaka limitata 'l isfel mill-pjan 1 u lateralment mill-pjan 4 u s-simmetriku tagħha fir-rigward tal-pjan lonġitudinali mezzan tal-vettura (pjan 4′);

    2.4.2.2.

    Kwalunkwe oskurazzjoni opaka limitata 'l isfel mill-pjan 1 bil-kundizzjoni li tkun ġewwa erja wiesgħa 300 mm iċċentrata fuq il-pjan lonġitudinali mezzan tal-vettura u bil-kundizzjoni li l-oskurazzjoni opaka taħt it-traċċa tal-pjan 5 tkun ġewwa erja limitata lateralment mit-traċċi ta' pjani li jgħaddu maġenb il-limiti ta' segment (2) wiesa' 150 mm u parallel rispettivament mat-traċċi tal-pjani 4 u 4′.

    2.4.3.   Kwalunkwe oskurazzjoni opaka limitata mill-intersezzjoni tal-wiċċċ ta' barra tal-windskrijn:

    (a)

    Ma' pjan inklinat 'l isfel mill-assi X f'angolu ta' 4°, li jgħaddi minn V2, u parallel mal-assi Y (pjan 9);

    (b)

    Mal-pjan 6;

    (c)

    Mal-pjani 7 u 8 jew ix-xifer tal-wiċċ ta' barra tal-windskrijn jekk l-intersezzjoni tal-pjan 6 mal-pjan 7 (pjan 6 mal-pjan 8) ma taqsamx il-wiċċ ta' barra tal-windskrijn;

    2.4.4.   Kwalunkwe oskurazzjoni opaka limitata mill-intersezzjoni tal-wiċċċ ta' barra tal-windskrijn:

    (a)

    Ma' pjan orizzontali li jgħaddi minn V1 (pjan 10);

    (b)

    Mal-pjan 3; (3)

    (c)

    mal-pjan 7 (4) jew ix-xifer tal-wiċċ ta' barra tal-windskrijn jekk l-intersezzjoni tal-pjan 6 mal-pjan 7 (pjan 6 mal-pjan 8) ma taqsamx il-wiċċ ta' barra tal-windskrijn;

    (d)

    Mal-pjan 9;

    2.4.5.   Erja sa 25 mm mix-xifer tal-wiċċ ta' barra tal-windskrijn jew minn kwalunkwe oskurazzjoni opaka. Din l-erja m'għandhiex taffettwa l-erja estiża tat-test A.

    2.5.   Definizzjoni tal-punti datum (ara l-Figura 3)

    Il-punti datum huma punti li jinsabu fl-intersezzjoni mas-superfiċe ta' barra tal-windskrijn li jirradjaw 'il quddiem mill-punti V:

    2.5.1.   Il-punt datum vertikali ta' fuq quddiem V1 u 7° fuq l-orizzontali (Pr1);

    2.5.2.   Il-punt datum vertikali ta' isfel quddiem V2 u 5° taħt l-orizzontali (Pr2);

    2.5.3   Il-punt datum orizzontali quddiem V1 u 17° lejn ix-xellug (Pr3);

    2.5.4.   Tliet punti datum oħra simmetriċi għall-punti definiti skont il-paragrafi 2.5.1 sa 2.5.3 fir-rigward tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura (rispettivament P′r1, P′r2, P′r3).

    Figura 1 a

    Erja tat-test "A" (eżempju ta' vettura li tinstaq mix-xellug)

    Image

    Figura 1b

    Żona tat-test "A" (eżempju ta’ Pożizzjoni Ċentrali tas-Sewqan)

    Image

    Figura 2 a

    L-erja tat-test imnaqqsa "B" (eżempju ta' vettura li tinstaq mix-xellug) – l-erja tal-oskurazzjoni ta' fuq kif definita fil-paragrafu 2.4.2.2

    Image

    Figura 2b

    L-erja tat-test imnaqqsa "B" (eżempju ta' vettura li tinstaq mix-xellug) – l-erja tal-oskurazzjoni ta' fuq kif definita fil-paragrafu 2.4.2.1

    Image

    Figura 3

    Stabbiliment tal-punti datum (eżempju ta' vettura li tinstaq mix-xellug)

    Image


    (1)  Iżda billi jiġi kkunsidrat il-fatt li l-punti datum kif definiti skont il-paragrafu 2.5. iridu jkunu qegħdin fl-erja trasparenti.

    (2)  Imkejjel fuq il-wiċċ ta' barra tal-windskrin u fuq it-traċċa tal-pjan 1.

    (3)  Għan-naħa l-oħra tal-windskrin, bi pjan simmetriku fir-rigward tal-pjan 3 fir-rigward tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

    (4)  Għan-naħa l-oħra tal-windskrin, mal-pjan 8.


    ANNESS 19

    IL-PROĊEDURA BIEX IKUNU DETERMINATI L-PUNT “H” U L-ANGOLU TAT-TORSO PROPRJU GĦALL-POŻIZZJONIJIET TA' BILQIEGĦDA FIL-VETTURI BIL-MUTUR  (1)

    Appendiċi 1

    Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt H (il-magna 3 DH)

    Appendiċi 2

    Sistema ta’ referenza tridimensjonali

    Appendiċi 3

    Dejta ta' referenza dwar il-pożizzjonijiet ta' bilqiegħda


    (1)  Il-proċedura kif definita fl-Anness 1 u l-Appendiċijiet tiegħu tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3) (id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, disponibbli fi: www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html)


    ANNESS 20

    KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    1.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-fini ta’ dan l-anness:

    1.1.

    “Tip ta' prodott” tfisser il-ħġieġ kollu li għandu l-istess karatteristiċi prinċipali;

    1.2.

    “Klassi tal-ħxuna” tfisser il-ħġieġ kollu li l-partijiet komponenti tiegħu jkollhom l-istess ħxuna fi ħdan it-tolleranzi permessi;

    1.3.

    “Unità tal-produzzjoni” tifsser il-faċilitajiet tal-produzzjoni kollha ta’ tip wieħed jew diversi tipi ta’ ħġieġ stabbiliti fl-istess post; tista’ tinkludi diversi linji tal-produzzjoni;

    1.4.

    “Xift” tfisser perjodu taż-żmien tal-produzzjoni li jsir mill-istess linja tal-produzzjoni matul is-sigħat tax-xogħol ta' kuljum;

    1.5.

    “Linja tal-produzzjoni” tfisser perjodu kontiwu ta' produzzjoni tal-istess tip ta' prodott fl-istess linja tal-produzzjoni;

    1.6.

    “Ps” tfisser in-numru ta’ ħġieġ tal-istess tip ta’ prodott li jipproduċi l-istess xift;

    1.7.

    “Pr” ifisser in-numru ta’ ħġieġ tal-istess tip ta’ prodott li jiġi prodott matul il-linja tal-produzzjoni.

    2.   TESTIJIET

    Il-ħġieġ għandu jkun soġġett għal dawn it-testijiet li ġejjin:

    2.1.   Windskrijns tal-ħġieġ imsaħħaħ

    2.1.1.

    It-test tal-frammentazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4, il-paragrafu 2.

    2.1.2.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    2.1.3.

    It-test tat-tagħwiġ ottiku skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.2.

    2.1.4.

    It-test tas-separazzjoni tax-xbieha sekondarja skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.3.

    2.2.   Ħġiġiet imwebbsa b 'mod uniformi

    2.2.1.

    It-test tal-frammentazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Anness 5, il-paragrafu 2.

    2.2.2.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    2.2.3.

    Fil-każ ta’ ħġieġ li jintuża għall-windskrijns:

    2.2.3.1.

    It-test tat-tagħwiġ ottiku skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.2.

    2.2.3.2.

    It-test tas-separazzjoni tax-xbieha sekondarja skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.3.

    2.3.   Windskrijns tal-ħġieġ laminat ordinarju u windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik

    2.3.1.

    It-test b 'mudell ta' ras skont ir-rekwiżiti tal-Anness 6, il-paragrafu 3.

    2.3.2.

    It-test b 'ballun ta' 2 260 g skont ir-rekwiżiti tal-Anness 6, il-paragrafu 4.2 u l-Anness 3, il-paragrafu 2.2.

    2.3.3.

    It-test tar-reżistenza għal temperatura għolja skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 5.

    2.3.4.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    2.3.5.

    It-test tat-tagħwiġ ottiku skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.2.

    2.3.6.

    It-test tas-separazzjoni tax-xbieha sekondarja skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.3.

    2.3.7.

    Fil-każ ta' windskrijns tal-ħġieġ tal-plastik biss:

    2.3.7.1.

    It-test tar-reżistenza għall-brix skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 2.1.

    2.3.7.2.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 3.

    2.3.7.3.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.

    2.4.   Il-ħġiġiet tal-ħġieġ laminat ordinarju u tal-ħġieġ-plastik.

    2.4.1.

    It-test b 'ballun ta' 227 g skont ir-rekwiżiti tal-Anness 7, il-paragrafu 4.

    2.4.2.

    It-test tar-reżistenza għal temperatura għolja skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 5.

    2.4.3.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    2.4.4.

    Fil-każ ta' ħġieġ tal-ħġieġ-plastik biss:

    2.4.4.1.

    It-test tar-reżistenza għall-brix skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 2.1.

    2.4.4.2.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 3.

    2.4.4.3.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.

    2.4.5.

    Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati jekk it-testijiet korrispondenti jkunu twettqu fuq windskrijn tal-istess kompożizzjoni.

    2.5.   Windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat

    2.5.1.

    Minbarra t-testijiet preskritti fil-paragrafu 2.3 ta' dan l-Anness, għandu jitwettaq test tal-frammentazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Anness 8, il-paragrafu 4.

    2.6.   Ħġieġ tas-sikurezza miksi b'materjal tal-plastik

    B 'żieda mat-testijiet deskritti fil-paragrafi varji ta' dan l-Anness, għandhom isiru t-testijiet li ġejjin:

    2.6.1.

    It-test tar-reżistenza għall-brix skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 2.1.

    2.6.2.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9, il-paragrafu 3.

    2.6.3.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 11.2.1.

    2.7.   Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda

    2.7.1.

    It-testijiet li jridu jitwettqu huma dawk speċifikati f’dan l-Anness għal kull ħġieġa li tifforma parti mill-unità b'iktar minn ħġieġa waħda, bl-istess frekwenza u l-istess rekwiżiti.

    2.7.2.

    Fil-każ tal-unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda, il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl għandu jsir bir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 9.1.

    2.8.   Ħġiġiet tal-plastik riġidu

    2.8.1.

    It-test tal-waqgħa b'ballun ta' 227 g skont ir-rekwiżiti tal-Anness 14, il-paragrafu 5.

    2.8.2.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    2.8.3.

    It-test b 'mudell ta' ras skont ir-rekwiżiti tal-Anness 14, il-paragrafu 6.1.

    2.8.4.

    It-test b 'mudell ta' ras skont ir-rekwiżiti tal-Anness 14, il-paragrafu 6.3.

    NB: It-test hawn fuq tal-paragrafu 2.8.2. japplika biss jekk il-ħġieġ ikun sejjer jintuża f 'post meħtieġ għall-viżibilità tas-sewqan.

    It-test hawn fuq tal-paragrafu 2.8.4 għandu jitwettaq biss fuq kampjuni li ma jkunux ġew sottoposti għal test skont il-paragrafu 6.2 tal-Anness 14.

    2.8.5.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 11.

    2.9.   Ħġieġ tal-plastik flessibbli ħlief windskrijns

    2.9.1.

    It-test tal-waqgħa b'ballun ta' 227 g skont ir-rekwiżiti tal-Anness 15, il-paragrafu 4.

    2.9.2.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    NB: It-test hawn fuq tal-paragrafu 2.9.2. japplika biss jekk il-ħġieġ ikun sejjer jintuża f 'post meħtieġ għall-viżibilità tas-sewqan.

    2.9.3.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 11.2.1.

    2.10.   Unitajiet b'iktar minn ħġieġa waħda tal-plastik riġidu

    2.10.1.

    It-test tal-waqgħa b'ballun ta' 227 g skont ir-rekwiżiti tal-Anness 16, il-paragrafu 5.

    2.10.2.

    Il-kejl tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, il-paragrafu 9.1.

    NB: It-test hawn fuq tal-paragrafu 2.10.2 japplika biss jekk il-ħġieġ ikun sejjer jintuża f 'post meħtieġ għall-viżibilità tas-sewqan.

    2.10.3.

    It-test tar-reżistenza għall-umdità skont ir-rekwiżiti tal-Anness 3, paragrafu 11.

    3.   IL-FREKWENZA TAT-TESTIJIET U TAR-RIŻULTATI

    3.1.   It-test tal-frammentazzjoni

    3.1.1.   Testijiet

    3.1.1.1.

    L-ewwel serje ta' testijiet li tikkonsisti fi ksur f 'kull punt tal-impatt speċifikat f 'dan ir-Regolament għandha ssir fil-bidu tal-produzzjoni ta' kull tip ta' ħġieġ sabiex jiġi stabbilit l-aktar punt ta' ksur serju. Ir-riżultat tat-testijiet għandu jiġi rrekordjat.

    Madankollu, għall-windskrijns tal-ħġieġ imwebbes, l-ewwel serje ta' testijiet għandha ssir jekk il-produzzjoni annwali ta' dan it-tip ta' ħġieġ taqbeż il-200 unità.

    3.1.1.2.

    Matul ir-run tal-produzzjoni, it-test tal-kontroll għandu jsir bl-użu tal-punt tal-ksur hekk kif stabbilit fil-paragrafu 3.1.1.1.

    3.1.1.3.

    Għandu jsir kontroll fil-bidu ta' kull run tal-produzzjoni jew wara bidla fil-kulur.

    3.1.1.4.

    Matul it-tirata tal-produzzjoni it-testijiet tal-kontroll għandhom jitwettqu bil-frekwenza minima li ġejja:

    Windskrijns tal-ħġieġ imsaħħaħ

    Ħġiġiet tal-ħġieġ imsaħħaħ

    Windskrijns tal-ħġieġ laminat ittrattat

    Ps ≤ 200: qasma kull linja tal-produzzjoni

    Pr ≤ 500: wieħed għal kull xift

    0,1 fil-mija għal kull tip

    Ps > 200: qasma kull erba’ sigħat tal-produzzjoni

    Pr > 500: tnejn għal kull xift

     

    3.1.1.5.

    Għandu jsir kontroll fit-tmiem tar-run tal-produzzjoni fuq waħda mill-aħħar ħġieġ iffabbrikati.

    3.1.1.6.

    Għal Pr < 20, jeħtieġ li jitwettaq test tal-frammentazzjoni wieħed biss għal kull run tal-produzzjoni.

    3.1.2.   Riżultati

    għandhom jiġu rrekordjati r-riżultati kollha, inklużi r-riżultati mingħajr irrekordjar permanenti tax-xejra tal-frammentazzjoni.

    barra minn hekk, għandu jsir test b 'irrekordjar permanenti tax-xejra tal-frammentazzjoni darba kull xift, ħlief għal Pr ≤ 500. F 'dan il-każ tal-aħħar, għandu jsir test wieħed b 'irrekordjar permanenti tax-xejra tal-frammentazzjoni għal kull tiratura.

    3.2.   It-test tal-forma tar-ras

    3.2.1.   Testijiet

    Il-kontrolli għandhom jitwettqu fuq biċċiet tat-test li jikkorrespondu ma' mill-inqas 0,5 fil-mija tal-produzzjoni ta' kuljum ta' windskrijns tal-ħġieġ laminat minn linja waħda tal-produzzjoni. Għandu jiġi ttestjat massimu ta' 15-il windscreen kuljum.

    Il-għażla tal-biċċiet tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni skont it-tipi varji tal-windscreens.

    Bħala alternattiva u bil-qbil tas-servizz amministrattiv, dawn it-testijiet jistgħu jiġu sostitwiti bit-test bil-ballun ta' 2 260 g (ara l-paragrafu 3.3. hawn taħt). L-imġiba taħt l-impatt tar-ras trid tiġi vverifikata, fi kwalunkwe każ, fuq mill-inqas żewġ kampjuni għal kull klassi ta' ħxuna kull sena.

    3.2.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.3.   It-test tal-impatt bil-ballun ta' 2 260 g.

    3.3.1.   Testijiet

    Il-frekwenza minima għall-verifika hija test wieħed komplet fix-xahar għal kull klassi ta' ħxuna.

    3.3.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.4.   It-test tal-impatt bil-ballun ta' 227 g.

    3.4.1.   Testijiet

    Il-biċċiet tat-test għandhom jinqatgħu minn parts lesti. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, it-testijiet jistgħu jitwettqu fuq prodotti lesti, jew fuq partijiet minnhom.

    Il-kontrolli għandhom jitwettqu fuq kampjun li jikkorrispondi ma’ mill-inqas 0,5 fil-mija tal-produzzjoni ta’ xift, b’massimu ta’ 10 kampjuni għal kull ġurnata.

    3.4.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.5.   It-test tar-reżistenza għat-temperatura għolja

    3.5.1.   Testijiet

    Il-biċċiet tat-test għandhom jinqatgħu minn parts lesti. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, it-testijiet jistgħu jitwettqu fuq prodotti lesti, jew fuq partijiet minnhom. Dawn għandhom jintgħażlu sabiex jiġu ttestjati s-saffi kollha tan-nofs b 'mod proporzjonali għall-użu tagħhom.

    Il-kontroll għandu jitwettaq fuq mill-inqas tliet kampjuni għal kull kulur tas-saff tan-nofs meħuda mill-produzzjoni ta' kuljum.

    3.5.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.6.   It-trażmissjoni tad-dawl

    3.6.1.   Testijiet

    Għandhom jiġu ssottomessi għal dan it-test, kampjuni rappreżentattivi tal-prodotti lesti mogħtija kulur.

    Il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-inqas fil-bidu ta' kull run tal-produzzjoni jekk ikun hemm bidla fil-karatteristiċi tal-ħġieġa li taffettwa r-riżultati tat-test.

    Windskrijns u ħġiġiet li jkollhom trażmittanza tad-dawl regolari mkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip ta' mhux anqas minn 75 fil-mija, u ħġieġ li s-simbolu tiegħu jkun V (ara l-paragrafu 5.5.2 ta' dan ir-Regolament), għandhom jiġu eżentati minn dan it-test.

    Alternattivament, għal ħġieġ imsaħħaħ, ċertifikat ta’ konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq jista’ jiġi sottomess mill-fornitur tal-ħġieġ.

    3.6.2.   Riżultati

    Għandu jiġi rrekordjat il-valur tat-trażmittanza tad-dawl regolari. Barra minn hekk, għall-windskrijns b'oskurazzjoni opaka, għandu jiġi vverifikat mid-disinni imsemmija fil-paragrafu 3.2.1.2.2.4 ta' dan ir-Regolament, li tali faxex ikunu barra l-erja tat-test B jew iż-żona I skont il-kategorija tal-vettura li għaliha jkun intenzjonat il-windskrijn. Kwalunkwe oskurazzjoni opaka trid tkun f 'konformità mad-dispożizzjonijiet li hemm fl-Anness 18.

    3.7.   It-tagħwiġ ottiku u s-separazzjoni tax-xbieha sekondarja

    3.7.1.   Testijiet

    Kull windscreen għandu jiġi spezzjonat għad-difetti viżwali. Barra minn hekk, permezz tal-metodi speċifikati jew kwalunkwe metodu li jagħti riżultati simili, il-kejl irid isir fid-diversi żoni tal-viżjoni fil-frekwenzi minimi li ġejjin:

     

    Jew fejn Ps ≤ 200, kampjun wieħed kull xift,

     

    Jew, fejn il-Ps > 200, żewġ kampjuni kull xift,

     

    Jew 1 fil-mija tal-produzzjoni totali, fejn il-biċċiet tat-test magħżula jkunu rappreżentattivi tall-produzzjoni kollha.

    3.7.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.8.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    3.8.1.   Testijiet

    Il-ħġiġiet bil-wiċċ miksi bil-plastik u l-ħġieġ tal-plastik biss għandhom jiġu sottomessi għal dan it-test. Għandu jkun hemm mill-inqas kontroll fix-xahar u għal kull tip ta' kisi ta' b 'materjal tal-plastik jew materjal tal-plastik.

    3.8.2.   Riżultati

    Il-kejl tat-tifrix tad-dawl għandu jiġi rreġistrat.

    3.9.   It-test tar-reżistenza għall-umdità

    3.9.1.   Testijiet

    Il-ħġiġiet bil-wiċċ miksi bil-plastik u tal-ħġieġ tal-plastik biss għandhom jiġu ssottomessi għal dan it-test. Għandu jkun hemm mill-inqas kontroll fix-xahar u għal kull tip ta' kisi ta' b 'materjal tal-plastik jew materjal tal-plastik.

    3.9.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.10.   It-test tar-reżistenza għall-brix

    3.10.1.   Testijiet

    Il-ħġiġiet bil-wiċċ miksi bil-plastik u l-ħġieġ tal-plastik biss għandhom jiġu sottomessi għal dan it-test. Għandu jkun hemm mill-inqas kontroll fix-xahar u għal kull tip ta' kisi ta' b 'materjal tal-plastik jew materjal tal-plastik.

    3.10.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.

    3.11.   It-test tas-sega

    3.11.1.   Testijiet

    Għal dan it-test għandu jiġi sottomess biss ħġieġ tal-plastik riġidu b 'kisi reżistenti għall-brix. Għandu jkun hemm mill-anqas kontroll wieħed fil-ġimgħa u għal kull tip ta' materjal tal-plastik u l-kisi tiegħu, fuq kampjuni li ma jkunux ġew sottoposti għat-test għall-kundizzjonijiet tat-temp simulati (ara l-Anness 14, paragrafu 6.2).

    Kull 3 xhur għandu jsir test fuq kampjuni esposti għal kundizzjonijiet tat-temp.

    3.11.2.   Riżultati

    Għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati kollha.


    ANNESS 21

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-IŻOLAMENT TAL-ĦĠIEĠ TAS-SIKUREZZA FUQ IL-VETTURI

    1.   AMBITU

    Dan l-Anness jistabbilixxi dispożizzjonijiet rigward l-installazzjoni ta' ħġieġ tas-sikurezza f 'vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) sabiex ikun assigurat livell għoli ta' sikurezza għall-okkupanti u, b 'mod partikolari, sabiex is-sewwieq jiġi pprovdut b 'livell għoli ta' viżibilità fil-kundizzjonijiet kollha tat-traffiku, mhux biss 'il quddiem iżda wkoll lura u lateralment.

    Huwa ma japplikax għal vetturi korazzati kif definiti hawn taħt fil-paragrafu 2.3.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta' dan l-anness,

    2.1.

    “Vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur u t-trejler tagħha, maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima tad-disinn li taqbeż il-25 km/h, bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jimxu fuq il-linji tal-ferroviji u l-makkinarju mobbli kollu;

    2.2.

    “Kategorija ta’ vetturi” tfisser sett ta’ vetturi li jidħlu fil-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni adottata fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini ta’ Vetturi (R.E.3) (1);

    2.3.

    “Vettura bi skop speċjali”, “karavan”, “vettura korazzata”, “ambulanza”, “karozza tal-mejtin”, “karozza konvertibbli”, huma definiti rispettivament fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3) (1).

    2.4.

    “Vettura b'żewġ pjani” hija definita fil-paragrafu 2.1.2 tar-Regolament Nru 107.

    3.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAL VETTURI TAL-KATEGORIJI M, N u O

    3.1.

    Il-ħġiġiet tas-sikurezza għandhom jitwaħħlu b 'tali mod illi, minkejja t-tensjonijiet li l-vettura tiġi soġġetta għalihom fil-kundizzjonijiet normali ta' tħaddim, jibqgħu fil-pożizzjoni u jissoktaw joffru viżibbiltà u sikurezza lill-okkupanti tal-vettura;

    3.2.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza għandu jġorr il-marka tal-approvazzjoni tat-tip komponenti xierqa speċifikata fil-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament, segwita, meta jkun meħtieġ, minn wieħed mis-simboli addizzjonali previsti fil-paragrafu 5.5.

    4.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL VETTURI TAL-KATEGORIJI M u N (1)

    4.1.   Il-windskrijns

    4.1.1.   It-trażmittanza tad-dawl regolari m 'għandhiex tkun inqas minn 70 fil-mija.

    4.1.2.   Il-windskrijn irid ikun tat-tip approvat għat-tip ta' vettura li jkun intenzjonat li jitwaħħal fiha.

    4.1.3.   Il-windskrijn għandu jitwaħħal bil-mod korrett b 'referenza għall-punt “R” tas-sewwieq tal-vettura.

    4.1.4.   Il-vetturi li jkollhom veloċità massima tad-disinn ta' aktar minn 40 km/h ma jistax jitwaħħlilhom windskrijn imwebbes.

    4.2.   Ħġieġ tas-sikurezza ħlief windskrijns u ħġieġ tad-diviżjonijiet.

    4.2.1.   Ħġieġ tas-sikurezza meħtieġ għall-kamp viżiv ta' quddiem tas-sewwieq

    4.2.1.1.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza li minnu jinkiseb il-kamp viżiv ta' quddiem tas-sewwieq kif definit fil-paragrafu 2.23.1 ta' dan ir-Regolament, irid ikollu trażmittanza tad-dawl regolari ta' mill-anqas 70 fil-mija.

    4.2.1.2.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza tal-plastik irid iġorr simbolu addizzjonali /B/L, kif definit fil-paragrafi 5.5.5 u 5.5.7 ta' dan ir-Regolament.

    4.2.2.   Ħġieġ tas-sikurezza meħtieġ għall-viżjoni ta' wara tas-sewwieq

    4.2.2.1.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza definit fil-paragrafu 2.23.2 ta' dan ir-Regolament irid ikollu trażmittanza tad-dawl ta' mill-anqas 70 fil-mija, iżda fejn ikunu mwaħħla żewġ mirja esterni li juru wara, il-ħġieġ huwa permess li jkollu trażmittanza tad-dawl ta' inqas minn 70 fil-mija, bil-kundizzjoni li huwa jġorr is-simbolu addizzjonali V speċifikat fil-paragrafu 5.5.2 ta' dan ir-Regolament.

    4.2.2.2.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza tal-plastik għandu jkollu simbolu addizzjonali A/L jew B/L, kif definit fil-paragrafi 5.5.5 u 5.5.7 ta' dan ir-Regolament.

    Bħala alternattiva, il-ħġieġ ta' wara fis-saqaf jintlewa ta' vettura konvertibbli jista' jkollu s-simbolu addizzjonali /B/M.

    Il-ħġieġ ta' wara fis-saqaf jintlewa ta' vettura konvertibbli jista' jkun magħmul minn ħġieġa tal-plastik flessibbli.

    4.2.3.   Ħġieġ ieħor tas-sikurezza

    4.2.3.1.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza li mhuwiex kopert mid-definizzjonijiet tal-paragrafi 2.23.1 u 2.23.2 ta' dan ir-Regolament għandu jkollu s-simbolu addizzjonali V speċifikat fil-paragrafu 5.5.2 ta' dan ir-Regolament, jekk it-trażmittanza tad-dawl tkun inqas minn 70 fil-mija.

    4.2.3.2.

    Il-ħġieġ tas-sikurezza tal-plastik għandu jkollu wieħed mis-simboli addizzjonali definiti fil-paragrafi 5.5.5, 5.5.6, u 5.5.7 ta' dan ir-Regolament. Madankollu, meta l-vettura tkun intenzjonata għall-ġarr tal-passiġġieri, mhuwiex permess ħġieġ bis-simboli addizzjonali /C/L jew /C/M f 'postijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħabta tar-ras.

    4.2.4.   Eżenzjonijiet

    Fil-każ tal-ħġieġ tas-sikurezza tal-plastik, id-dispożizzjonijiet relatati mar-reżistenza għall-brix kif imsemmija fil-paragrafi 4.2.2.2 u 4.2.3.2 ta' dan l-anness ma japplikawx għall-vetturi u l-postijiet bil-ħġieġ elenkati hawn taħt:

    (a)

    Ambulanzi

    (b)

    Karozzi tal-mejtin

    (c)

    Trejlers, fosthom karavans

    (d)

    Tamboċċi u ħġieġ li jinsab fis-saqaf ta' vettura

    (e)

    Il-ħġieġ kollu tal-pjan ta' fuq ta' vettura b 'żewġ pjani

    Mhux meħtieġ test tal-brix/simbolu.

    4.3.   Rekwiżiti partikolari

    4.3.1.

    Kwalunkwe ħġieġa li tħares 'il quddiem ħlief windskrijn trid tkun magħmula jew minn ħġieġ laminat jew minn ħġieġ tal-plastik li jġorr is-simbolu addizzjonali /A, kif definit fil-paragrafi 5.5.5 u 5.5.7 ta' dan ir-Regolament.

    4.3.2.

    Il-paragrafu 4.3.1 ma japplikax għal vetturi li jkollhom veloċità tad-disinn massima ta' inqas minn 40 km/h.


    (1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS//WP29/78/Rev. 2, para. 2).


    Top