This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R0132
Commission Delegated Regulation (EU) 2026/132 of 20 January 2026 amending Delegated Regulation (EU) 2019/2035 as regards rules for the traceability of kept dogs, cats and ferrets
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/132 tal-20 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 fir-rigward tar-regoli għat-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/132 tal-20 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 fir-rigward tar-regoli għat-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma
C/2026/21
ĠU L, 2026/132, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/132/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/132 |
27.3.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/132
tal-20 ta’ Jannar 2026
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 fir-rigward tar-regoli għat-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 118(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi, inter alia, regoli għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (2) jistabbilixxi regoli supplimentari għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma. Il-Parti III, it-Titolu V, il-Kapitolu 1 ta’ dak ir-Regolament Delegat tistabbilixxi regoli dwar it-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma, inklużi l-obbligi fuq l-operaturi fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u t-tip ta’ dokument ta’ identifikazzjoni li huwa meħtieġ biex jakkumpanja dawk l-annimali meta jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor. |
|
(3) |
L-Artikolu 70 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jipprevedi li l-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati individwalment bi transponder injettabbli approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-esperjenza prattika fl-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli wriet ċerti limitazzjonijiet fl-iżgurar tal-identifikazzjoni korretta u livell suffiċjenti ta’ traċċabbiltà ta’ dawk l-annimali meta jiġu mċaqalqa bejn l-Istati Membri. Għalhekk, jeħtieġ li tissaħħaħ is-sistema attwali biex tippermetti l-identifikazzjoni xierqa u livell xieraq ta’ traċċabbiltà ta’ dawk l-annimali billi jiġi speċifikat l-obbligu li jiġu impjantati transponders injettabbli fl-annimali identifikati, il-persuni li jitħallew iwettqu tali impjantazzjonijiet, ir-rekwiżiti dettaljati għat-transponders injettabbli, u l-obbligi tal-Istati Membri f’dak ir-rigward. |
|
(4) |
L-Artikolu 71 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jipprevedi li sabiex il-klieb, il-qtates u l-inmsa jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, dawk l-annimali jridu jkunu akkumpanjati mill-istess dokument ta’ identifikazzjoni kif meħtieġ għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi kif previst fl-Artikolu 6, il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013, li jistabbilixxi r-regoli għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, tħassar bl-Artikolu 270(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 mill-21 ta’ April 2021. Madankollu, l-Artikolu 277 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li minkejja dak it-tħassir, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jibqa’ japplika sal-21 ta’ April 2026 fir-rigward tal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, minflok il-Parti VI tar-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(6) |
Ir-regoli dwar id-dokument ta’ identifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi stabbiliti fl-Artikolu 6, il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 urew li huma effettivi fit-traċċabbiltà tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ dawk ir-regoli jenħtieġ li jinżammu fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, kif emendat b’dan ir-Regolament iżda jenħtieġ li jiġu aġġornati biex iqisu l-esperjenza prattika miksuba mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiġi emendat biex jipprovdi dispożizzjonijiet speċifiċi għad-dokumenti ta’ identifikazzjoni li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-klieb, il-qtates u l-inmsa meta jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’dawn id-dokumenti ta’ identifikazzjoni, il-ħruġ u l-mili tagħhom u d-distribuzzjoni ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni vojta mill-awtorità kompetenti. |
|
(7) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-moviment tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa bejn l-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jipprevedi tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. |
|
(8) |
Tali dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu disponibbli biex jiġu indirizzati l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa, il-manifatturi tat-transponders, il-veterinarji u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jingħataw żmien xieraq biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jitfasslu biex jipprevjenu li l-klieb, il-qtates u l-inmsa miżmuma identifikati kif xieraq jgħaddu minn kwalunkwe proċess ta’ identifikazzjoni ġdid u li l-passaporti maħruġa kif xieraq jiġu revokati u maħruġa mill-ġdid. Dawn ma jwaqqfux lill-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa, il-manifatturi tat-transponders, il-veterinarji u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli l-ġodda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
|
(9) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni relatat mat-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jieqaf japplika fl-21 ta’ April 2026, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika mit-22 ta’ April 2026, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 70 huwa sostitwit b’dan l-Artikolu li ġej: “Artikolu 70 Obbligi fuq l-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa fir-rigward tal-mezzi u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali, u l-applikazzjoni u l-użu tagħhom L-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jiżguraw li meta dawk l-annimali jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor:
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/131 tal-20 ta’ Jannar 2026 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (ĠU L, 2026/131, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/131/oj).” " |
|
2. |
jiżdied l-Artikolu 70a li ġej: “Artikolu 70a Mezz ta’ identifikazzjoni tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma It-transponders injettabbli użati għall-identifikazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa miżmuma, previsti fl-Artikolu 70, il-punt (a), iridu:
|
|
3. |
L-Artikolu 71 huwa sostitwit b’dan l-Artikolu li ġej: “Artikolu 71 Dokument ta’ identifikazzjoni tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa miżmuma 1. L-operaturi li jżommu l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom jiżguraw li kull annimal maħsub biex jiġi mċaqlaq lejn Stat Membru ieħor ikun akkumpanjat minn dokument ta’ identifikazzjoni fil-forma ta’ passaport kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/705 (*2), mimli kif xieraq u maħruġ f’konformità mal-Artikolu 71a. 2. Il-passaport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V. 3. Il-passaport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu numru magħmul mill-kodiċi ISO tal-Istat Membru tal-ħruġ f’konformità mal-istandard ISO 3166, segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku. 4. L-operatur tal-annimal ikkonċernat għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan l-Artikolu meta passaport li ma jkunx konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti kien:
(*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/705 tal-20 ta’ Marzu 2026 li jistabbilixxi l-mudelli tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni u l-mudelli tad-dikjarazzjonijiet għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (ĠU L, 2026/705, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/705/oj)." (*3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/803/oj)." (*4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/577/oj).”;" |
|
4. |
jiżdied l-Artikolu 71a li ġej: “Artikolu 71a Ħruġ u mili tal-passaport 1. Il-veterinarji uffiċjali jew il-veterinarji awtorizzati biss kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131, kif deċiż mill-awtorità kompetenti, għandhom joħorġu l-passaport imsemmi fl-Artikolu 71(1). 2. Il-veterinarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joħorġu passaport biss wara li:
L-entrata dwar l-informazzjoni msemmija fil-punt (l) tal-Anness V tista’ timtela u tiġi ċċertifikata wkoll minn veterinarju għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Meta joħorġu l-passaport imsemmi fl-Artikolu 71(1), il-veterinarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3) u fil-punti (a) sa (f) tal-Anness V, għal perjodu minimu li għandu jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, iżda li ma għandux ikun inqas minn 3 snin. (*5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/688/oj).”;" |
|
5. |
jiżdied l-Artikolu 71b li ġej: “Artikolu 71b Passaporti vojta 1. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli passaporti vojta f’forma stampata biss lill-veterinarji uffiċjali jew lill-veterinarji awtorizzati kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131. 2. Il-veterinarji awtorizzati li lilhom ikunu saru disponibbli l-passaporti vojta msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx iqassmu ulterjorment dawk il-passaporti vojta. 3. Il-veterinarji awtorizzati għandhom jirritornaw il-passaporti vojta kollha għad-dispożizzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti meta:
Meta mudell tal-passaport imsemmi fil-punt (b) ma jkunx jista’ jintuża aktar, dawk il-passaporti vojta jridu jinqerdu mill-awtorità kompetenti, jew taħt is-superviżjoni tagħha. 4. L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords tal-ismijiet u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-veterinarji awtorizzati li lilhom ikunu għamlu disponibbli passaporti vojta b’referenza għan-numru msemmi fl-Artikolu 71(3), kif ukoll l-ismijiet u l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ dawk li rritornaw passaporti vojta f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 5. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jinżammu għal perjodu minimu li għandu jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, iżda li ma għandux ikun inqas minn 3 snin.” |
|
6. |
L-Annessi IV u V il-ġodda jiżdiedu f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-22 ta’ April 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2035/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/576/oj).
ANNESS
L-Annessi IV u V li ġejjin jiżdiedu mar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035:
“ANNESS IV
REKWIŻITI TEKNIĊI GĦAT-TRANSPONDERS UŻATI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ KLIEB, QTATES U INMSA
It-transponders użati biex jidentifikaw individwalment il-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom:
|
(a) |
jikkonformaw mal-istruttura tal-kodiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju kif definit fl-istandards ISO 11784 u 11785; |
|
(b) |
jiġu evalwati f’konformità mal-istandard ISO 24631-1 biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards ISO 11784 u 11785. |
ANNESS V
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FIL-PASSAPORT GĦALL-KLIEB, GĦALL-QTATES U GĦALL-INMSA
Il-passaporti għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-post tat-transponder, jew fejn applikabbli, tat-tatwaġġ; |
|
(b) |
id-data tal-applikazzjoni, jew fejn applikabbli, id-data tal-qari tat-transponder jew tat-tatwaġġ; |
|
(c) |
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali muri mit-transponder, jew fejn applikabbli, mit-tatwaġġ; |
|
(d) |
l-isem u d-data tat-twelid kif iddikjarati mill-operatur, jew fejn applikabbli, mis-sid tal-annimal domestiku; |
|
(e) |
l-ispeċi, ir-razza, is-sess, il-kulur, u kull karatteristika jew karatteristiċi tal-annimal notevoli jew li jintgħarfu; |
|
(f) |
l-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur, jew fejn applikabbli, tas-sid tal-annimal domestiku; |
|
(g) |
l-isem, l-informazzjoni ta’ kuntatt u l-firma tal-veterinarju li joħroġ jew jimla l-passaport; |
|
(h) |
il-firma tal-operatur, jew fejn applikabbli, tas-sid tal-annimal domestiku; |
|
(i) |
id-data tal-ħruġ tal-passaport; |
|
(j) |
id-dettalji tat-tilqim kontra l-marda tar-rabja; |
|
(k) |
id-data tat-teħid tad-demm għat-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja; |
|
(l) |
id-dettalji tat-trattament kontra l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis; |
|
(m) |
il-konformità ma’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-mard għajr l-infezzjoni bil-virus tar-rabja u l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis; |
|
(n) |
informazzjoni rilevanti oħra dwar l-istat tas-saħħa tal-annimal domestiku.. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/132/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)